Sélecteur de langues
Chemin de navigation

Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, il-5 ta' Ottubru 2012
Is-salarji tal-għalliema mnaqqsa jew iffriżati f’għadd dejjem akbar ta’ pajjiżi Ewropej
Sittax-il pajjiż Ewropew naqqsu jew iffriżaw is-salarji tal-għalliema minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Skont rapport ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Għalliema, l-agħar li ntlaqtu mir-restrizzjonijiet baġitarji u l-miżuri tal-awsterità kienu l-għalliema fl-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Portugall u s-Slovenja. Is-salarji tal-għalliema fil-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Renju Unit, il-Kroazja u l-Liechtenstein naqsu ftit jew inkella baqgħu l-istess. Madankollu, ir-rapport Teachers' and School Heads' Salaries and Allowances in Europe 2011/12 (ir-Rapport dwar is-Salarji u l-Konċessjonijiet tal-Għalliema u l-Kapijiet tal-Iskola għall-2011/12) juri wkoll li f’erba’ pajjiżi, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Islanda, is-salarji tal-għalliema żdiedu min-nofs l-2010, filwaqt li l-paga fir-Rumanija issa kważi rritornat għal-livelli ta' qabel il-kriżi.
“L-għalliema jaqdu rwol vitali fil-ħajja ta’ wliedna u, kif jaf kulħadd, huma jistgħu jagħmlu d-differenza kollha fil-futur tagħhom,” qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ. “Ir-rimunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema għandhom ikunu prijorità ewlenija, sabiex din il-professjoni jirnexxilha tattira u żżomm l-aqwa nies. Iżda mhix il-paga biss li tattira lill-aqwa għalliema: huwa kruċjali li l-klassijiet ikunu mgħammra kif xieraq u li l-għalliema jkollhom sehem xieraq fl-immodernizzar tal-kurrikuli u r-riformi fl-edukazzjoni.”
Ir-rapport juri li, min-nofs l-2010, il-kriżi ekonomika bdiet taffettwa l-pagi tal-għalliema, b’għadd dejjem akbar ta’ pajjiżi jnaqqsu kemm is-salarji u kemm il-konċessjonijiet bħall-ħlas waqt il-vaganzi u l-bonuses. Il-Greċja naqqset is-salarji bażiċi tal-għalliema bi 30 % u waqqfet il-bonuses tal-Milied u l-Għid. Fl-2011, l-Irlanda naqqset is-salarji għall-għalliema ġodda bi 13 % u dawk li bdew jgħallmu wara l-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena kellhom tnaqqis addizzjonali ta’ 20 % fil-paga minħabba li tneħħew il-konċessjonijiet tal-kwalifiki. Fl-2010, fi Spanja, is-salarji tal-għalliema u ta’ impjegati oħra tas-settur pubbliku, tnaqqsu b'madwar 5 % u minn dakinhar ma ġewx aġġustati għall-inflazzjoni; fil-Portugall ġew applikati miżuri simili.
Fl-Ewropa, is-salarju massimu b'mod ġenerali għal għalliema fi grad ogħla huwa darbtejn ogħla mis-salarju minimu għal għalliema ġodda. Iżda l-fatt li l-medja ta' żmien biex wieħed jilħaq is-salarju massimu hija bejn 15 u 25 sena, qed iħasseb lill-organizzazzjonijiet tal-għalliema li ż-żgħażagħ jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jidħlu f’din il-professjoni.
Għalkemm is-salarji tal-għalliema għandhom it-tendenza li ma jkunux attraenti għall-ewwel, meta wieħed jikkunsidra l-konċessjonijiet għal responsabbiltajiet addizzjonali jew għas-sahra, ħafna minnhom joqorbu lejn il-livell tal-paga statutorja massima għall-għalliema f’ħafna pajjiżi Ewropej. Pereżempju, fil-Latvja, attwalment il-paga netta hija kważi darbtejn ogħla mis-salarju bażiku massimu. Anki fid-Danimarka, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Ingilterra u Wales, il-paga netta hija ogħla mis-salarju bażiku massimu meta jiżdiedu l-konċessjonijiet. Sa ċertu punt, dan jista’ jiġi spjegat mill-fatt li hemm sehem relattivament kbir ta’ għalliema li jinsab fi gruppi ta’ etajiet akbar. Diversi pajjiżi qed iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqasijiet ta’ għalliema u jinsabu mħassba dwar forza tax-xogħol li qed tixjieħ ("Key Data on Education in Europe 2012”, IP/12/121).
Ir-rapport Teachers' and School Heads' Salaries and Allowances in Europe 2011/12 jiżvela wkoll li filwaqt li l-pajjiżi kollha jiddikjaraw li t-titjib tal-livelli ta' prestazzjoni tal-istudenti huwa prijorità ewlenija, nofs il-pajjiżi koperti fir-rapport biss jagħtu konċessjonijiet lill-għalliema skont kemm tkun pożittiva l-prestazzjoni tat-tagħlim jew ir-riżultati tal-istudenti (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit – l-Ingilterra u Wales; l-Irlanda ta’ Fuq, u t-Turkija).
Sfond
Is-Salarji u l-Konċessjonijiet tal-Għalliema u tal-Kapijiet tal-Iskejjel fl-Ewropa għall-2011/12.
Dan ir-rapport annwali jagħti ħarsa ġenerali kumparattiva lejn is-salarji ta’ 32 pajjiż Ewropew (l-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja, l-Islanda, il-Leichtenstein, il-Kroazja u t-Turkija). Dan ikopri l-għalliema u l-kapijiet tal-iskejjel kompletament kwalifikati u li jaħdmu full-time, fl-edukazzjoni fil-livelli ta' qabel il-primarja, tal-primarja, tas-sekondarja u dawk postsekondarji.
Ir-rapport jinkludi informazzjoni dwar:
Il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-iffissar tal-pagi tal-għalliema;
Is-salarji fis-settur privat;
Is-salarji statutorji minimi u massimi relattivi għall-PDG għal kull persuna u meta mqabblin mas-salarji attwali (salarji statutorji flimkien mal-konċessjonijiet);
Iż-żieda fis-salarji skont l-esperjenza;
Iż-żieda/it-tnaqqis l-aktar reċenti fil-kapaċità tal-akkwist tal-għalliema u l-effett tal-kriżi ekonomika;
It-tipi differenti ta’ konċessjonijiet u l-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-allokazzjoni tagħhom.
Il-Eurydice
Ir-rapport ġie kkumpilat min-Netwerk Eurydice tal-Kummissjoni Ewropea, li jipprovdi analiżi u tagħrif dwar is-sistemi u l-politiki edukattivi Ewropej. Dan huwa magħmul minn 38 unità nazzjonali bbażati f'34 pajjiż li qed jipparteċipaw fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja tal-UE (l-Istati Membri tal-UE, il-Kroazja, is-Serbja, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija). Is-Serbja u l-Isvizzera ma pparteċipawx fir-rapport Teachers' and School Heads' Salaries and Allowances in Europe 2011/12. Il-Eurydice huwa kkoordinat u mmexxi mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tal-UE.
Għal aktar tagħrif
Ir-rapport sħiħ Teachers' and School Heads' Salaries and Allowances in Europe 2011/12, bl-Ingliż, huwa disponibbli fuq: http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/facts_and_figures/salaries.pdf
Il-Kummissjoni Ewropea: Edukazzjoni and taħriġ
Is-sit elettroniku ta' Androulla Vassiliou
Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU
Contacts : Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott Dina Avraam (+32 2 295 96 67) |
Annessi
Figura 1: L-evoluzzjoni tas-salarji statutorji tal-għalliema u tal-kapijiet tal-iskejjel f’termini assoluti fis-settur pubbliku fl-2010/11 u fl-2011/12, meta mqabbla mas-sena ta’ qabel
2010/11 | 2011/12 |
![]() | ![]() |
![]() | Żieda minħabba | ![]() | Żieda minħabba | ![]() | Aġġustament biss |
![]() | Salarji ffriżati | ![]() | Tnaqqis |
Noti speċifiċi għal kull pajjiż
L-Irlanda: Is-salarji għall-għalliema fis-servizz fl-2011/12 baqgħu l-istess bħall-2010/11. Għall-għalliema l-ġodda, li daħlu fis-servizz wara l-1 ta’ Jannar 2010, is-salarji tnaqqsu b’10 %. Ġie applikat tnaqqis addizzjonali ta’ 3,2 % għal dawk li daħlu fis-servizz wara l-1 ta’ Diċembru 2011.
Franza: L-indiċjar ġenerali tas-salarji kien 0,5 % fl-2010, u fl-2011 u l-2012 ma kienx hemm indiċjar. L-iffriżar tas-salarji fl-2011 u l-2012 jikkonċerna l-punt ta’ indiċi. Fl-2011 sar l-ewwel aġġustament tas-salarji għall-għalliema ġodda f’qiegħ l-iskali tal-indiċi. It-tieni aġġustament sar fl-2012. Fit-tnejn li huma kien hemm titjib għall-għalliema f'indiċi ogħla.
Il-Pajjiżi l-Baxxi: Id-dejta mhix disponibbli
Figura 2: Is-salarji statutorji annwali gross minimi u massimi tal-għalliema kompletament kwalifikati u li jaħdmu full-time fl-iskejjel pubbliċi u l-medja tas-salarji annwali gross attwali ta’ din il-kategorija ta’ għalliema, fl-istandard ta’ Kapaċità tal-Akkwist f'Euro (EURO PPS) (2011/12)
Edukazzjoni primarja | Edukazzjoni sekondarja | Edukazzjoni Postsekondarja | |||||||
Salarju statutorju minimu | Salarju statutorju massimu | Salarju medju attwali | Salarju statutorju minimu | Salarju statutorju massimu | Salarju medju attwali | Salarju statutorju minimu | Salarju statutorju massimu | Salarju medju attwali | |
il-Belġju (il-Komunità Franċiża) | 25 815 | 44 483 | : | 25 815 | 44 483 | : | 32 120 | 56 286 | : |
il-Belġju (il-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż) | 23 282 | 40 009 | : | 23 282 | 40 009 | : | 29 337 | 51 012 | : |
il-Belġju (il-Komunità Fjamminga) | 26 262 | 45 507 | 37 805 | 26 262 | 45 507 | 37 457 | 32 812 | 57 625 | 49 229 |
il-Bulgarija | 6 010 | m.a. | 10 405 | 6 010 | m.a. | 10 405 | 6 010 | m.a. | 10 405 |
ir-Repubblika Ċeka | 13 412 | 16 201 | 16 820 | 13 412 | 16 201 | 16 853 | 13 412 | 16 201 | 17 958 |
id-Danimarka | 29 640 | 35 741 | 46 152 | 29 640 | 35 741 | 46 152 | 30 307 | 39 114 | 56 336 |
il-Ġermanja | 38 395 | 51 168 | : | 42 873 | 56 864 | : | 46 374 | 63 944 | : |
l-Estonja | 10 308 | 15 066 | 13 446 | 10 308 | 15 066 | 13 446 | 10 308 | 15 066 | 13 446 |
l-Irlanda | 25 430 | 54 272 | : | 25 430 | 54 272 | : | 25 430 | 54 272 | : |
il-Greċja | 15 327 | 27 990 | 22 213 | 15 327 | 27 990 | 22 213 | 15 327 | 27 990 | 22 213 |
Spanja | 30 061 | 42 625 | : | 33 662 | 47 190 | : | 33 662 | 47 190 | : |
Franza | 20 649 | 39 385 | 25 227 | 23 029 | 41 898 | 25 227 | 23 219 | 42 107 | 25 227 |
l-Italja | 22 394 | 32 924 | 26 359 | 24 141 | 36 157 | 28 257 | 24 141 | 37 799 | 29 568 |
Ċipru | 29 614 | 64 839 | : | 29 614 | 64 839 | : | 29 614 | 64 839 | : |
il-Latvja | 6 257 | 6 512 | 12 948 | 6 257 | 6 512 | 12 948 | 6 257 | 6 512 | 14 608 |
il-Litwanja | 6 155 | 11 341 | : | 6 155 | 11 341 | 14 711 | 6 155 | 11 341 | 14 711 |
il-Lussemburgu | 54 600 | 96 343 | 75 471 | 63 358 | 110 132 | 86 745 | 63 358 | 110 132 | 86 745 |
l-Ungerija | 8 598 | 14 722 | 14 419 | 9 126 | 18 485 | 14 419 | 9 126 | 18 485 | 16 581 |
Malta | 23 326 | 30 904 | : | 23 326 | 30 904 | : | 23 326 | 30 904 | : |
il-Pajjiżi l-Baxxi | : | : | : | : | : | : | : | : | : |
l-Awstrija (AHS) | 26 426 | 50 738 | : | 29 074 | 61 181 | 52 308 | 29 074 | 61 181 | 52 308 |
il-Polonja | 9 021 | 14 992 | 22 170 | 10 159 | 17 092 | 22 506 | 11 484 | 19 562 | 21 998 |
il-Portugall | 25 758 | 52 441 | 34 727 | 25 758 | 52 441 | 36 386 | 25 758 | 52 441 | 36 386 |
ir-Rumanija | 5 024 | 14 205 | 9 614 | 5 345 | 14 205 | 9 775 | 5 345 | 14 205 | 9 775 |
is-Slovenja | 22 094 | 34 241 | : | 22 094 | 34 241 | : | 22 094 | 34 241 | : |
is-Slovakkja | 8 860 | 11 996 | 13 968 | 8 860 | 11 996 | 13 968 | 8 860 | 11 996 | 13 925 |
il-Finlandja | 25 617 | 33 317 | 34 553 | 27 666 | 35 983 | 38 333 | 29 338 | 38 843 | 42 524 |
l-Isvezja | 22 439 | 31 188 | 26 762 | 22 439 | 31 188 | 26 762 | 24 394 | 33 452 | 28 923 |
ir-Renju Unit (Ing, Wales) | 24 430 | 41 594 | 41 304 | 24 430 | 41 594 | 44 134 | 24 430 | 41 594 | 44 134 |
ir-Renju Unit (L-Irlanda ta' Fuq) | 24 430 | 41 594 | 38 040 | 24 430 | 41 594 | 41 635 | 24 430 | 41 594 | 41 635 |
ir-Renju Unit (l-Iskozja) | 29 101 | 38 702 | 36 375 | 29 101 | 38 702 | 36 375 | 29 101 | 38 702 | 36 375 |
il-Liechtenstein (Gymnasium) | 44 454 | 72 142 | : | 52 502 | 85 210 | : | 52 502 | 85 210 | : |
in-Norveġja | 31 236 | m.a. | 37 537 | 31 236 | m.a. | 37 537 | 32 663 | m.a. | 40 213 |
il-Kroazja | 13 394 | 15 950 | 17 103 | 13 394 | 18 139 | 17 103 | 13 394 | 18 139 | 18 249 |
l-Islanda | 21 983 | 27 465 | : | 21 983 | 27 465 | : | 27 089 | 36 044 | 29 110 |
it-Turkija | 20 039 | 23 547 | : | 20 039 | 23 547 | : | 18 977 | 22 485 | : |
: Id-dejta mhix disponibbli m.a. Mhux applikabbli
Sors : Il-Eurydice
Noti speċifiċi għal kull pajjiż
Il-Bulgarija: L-istatut tal-għalliema jiddetermina biss is-salarju statutorju bażiku minimu u mhux dak massimu. Il-valuri indikati huma għal għalliema fi grad baxx mingħajr esperjenza ta’ tagħlim.
Il-Ġermanja: Dejta mis-sena skolastika 2010/11.
Il-Polonja: Is-salarji minimi u massimi tal-għalliema għall-edukazzjoni f’livell Primarju u Sekondarju huma kkalkolati għall-għalliema bi kwalifiki kompluti minimi. Madankollu, madwar 90 % tal-għalliema għandhom livell ogħla ta’ kwalifiki u jingħataw rimunerazzjoni ogħla.
In-Norveġja: Għalliema b’taħriġ inizjali ta’ 4/5 snin;
Figura 3: It-tendenzi fis-salarju statutorju annwali gross bażiku minimu f’PPS EURO (fi prezzijiet għas-sena 2000) għall-għalliema tal-primarja u tal-edukazzjoni postsekondarja (ISCED 1 u ISCED 3), 2000-2012

| Primarja | | Livell postsekondarju |
NB: Assi X = Snin ta’ referenza; 2000 sa 2012
Assi Y – Żieda perċentwali relattiva, Sena 2000=100
Sors : Il-Eurydice.
Noti ta’ spjegazzjoni u speċifiċi għal kull pajjiż
Aqra r-rapport sħiħ.