Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta' Ottubru 2012

OPEN DAYS 2012: Niżguraw il-Politika Reġjonali peress li hija l-Fond tat-Tkabbir fl-Ewropa

L-akbar avveniment annwali fid-dinja tal-politika reġjonali u urbana jimmarka l-għaxar anniversarju tiegħu fi żmien kritiku. It-taħdidiet dwar il-baġit tal-UE waslu fil-fażi finali kruċjali tagħhom, u qed jiġu diskussi riformi kbar fil-mod kif jaħdmu l-fondi strutturali. Aktar minn 6,000 rappreżentant reġjonali minn madwar l-Ewropa se jingħaqdu fis-sejħa għal Politika Reġjonali b'saħħitha u b'baġit li jaqbel.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, u l-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, se jiftħu erbat ijiem ta' dibattitu u diskussjoni. Johannes Hahn, il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, u Ramón Luis Valcárcel, il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, li qed jospitaw dan l-avveniment se jkunu fil-panel ta' dibattitu ta' livell għoli dwar ir-rwol ċentrali li għandha l-Politika ta' Koeżjoni tal-UE biex tinvesti fl-irkupru ekonomiku tal-Ewropa, u biex tilħaq l-għanijiet tal-Ewropa 2020.

Il-Kummissarju Hahn ikkummenta: "L-avveniment tal-OPEN DAYS 2012 se jiġi f'mument ewlieni fil-ġejjieni tal-politika tagħna. L-imsieħba reġjonali tagħna għandhom iċ-ċans isemmgħu leħinhom f'dan il-perjodu deċiżiv. Il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għad-diskussjoni u determinata li tiddefendiha. Hija biċċa għodda siewja li nistgħu nużaw biex nindirizzataw il-kriżi u tassew impenjati biex ngħinu lil kull reġjun tal-UE biex jasal jagħmel dan. Madanakollu neħtieġu baġit realistiku ħalli l-fondi tal-UE jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu għat-tkabbir, u fuq kollox biex jinħolqu l-impjiegi - u t-tama."

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Valcárcel, żied jgħid: "Ma hemm l-ebda mod kif noħorġu mill-kriżi u l-ebda rkupru ekonomiku mingħajr politika ta' koeżjoni b'saħħitha, maħsuba għar-reġjuni kollha tal-UE. F'fażi delikata bħal din fin-negozjati tal-baġit tal-UE, l-avveniment tal-OPEN DAYS se jgħin biex jiċċara dan kollu billi juri eżempji konkreti ta' kif ir-reġjuni u l-bliet qed jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli permezz tal-fondi strutturali. Għall-Kumitat tar-Reġjuni dan huwa wkoll ċans biex jidher u jkun aċċessibbli r-riżultat tal-attivitajiet tagħha ta' netwerking u monitoraġġ li għandhom l-għan li jtejbu il-mod kif jintlaħqu l-għanijiet tal-Ewropa 2020."

L-avveniment tal-OPEN DAYS se juri kif qed tirrendi l-Politika Reġjonali tal-UE:

billi tidderieġi mill-ġdid il-fondi fejn huma l-aktar meħtieġa, fil-fatt l-istimi tagħna juru li l-investiment tal-UE ta aċċess għall-finanzjament lil mill-anqas 56,000 SME.

Flimkien mal-Inizjattiva Barroso, dan għen 460,000 żagħżugħ fil-programmi biex jingħeleb il-qgħad.

Fil-fatt mill-2007 inħolqu 450,000 impjieg minn intrapriżi appoġġati mill-fondi strutturali tal-UE.

L-avveniment tal-OPEN DAYS se jgħin biex tiġi definita l-politika għall-ġejjieni: Rappreżentanti tal-politika reġjonali se jieħdu sehem f'aktar minn 100 seminar u workshop – bit-tema ta' "Ir-Reġjuni u l-Bliet tal-Ewropa: Jagħmlu Differenza". L-enfasi se tixteħet fuq il-prijoritajiet ewlenin għall-perjodu li jmiss ta' finanzjament 2014-2020:

  • Tkabbir ekoloġiku u intelliġenti għal kulħadd, tingħata promozzjoni lill-innovazzjoni/riċerka u l-iżvilupp

  • Appoġġ lill-SMEs

  • Koperazzjoni territorjali

  • It-twassil u l-kejl tar-riżultati għal politika aktar effettiva u strateġika

Il-punti ewlenin tal-programm

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Ramon Luis Valcárcel, u l-Kummissarju Johannes Hahn: se jkunu fil-panel ta' diskussjoni nhar it-8 ta' Ottubru fis-14:30.

Il-Kummissarju Johannes Hahn f'diskussjoni miftuħa għall-istampa "Niżguraw il-Politika Reġjonali peress li hija l-Għodda tal-Investiment tal-Baġit tal-UE" nhar id-9 ta' Ottubru mit-8:30 sad-9:30 (fis-sala Schuman, Berlaymont).

Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Joaquin Almunia, li huwa responsabbli għall-Kompetizzjoni u l-Kummissarju Johannes Hahn se jieħdu sehem f'dibattitu ta' livell għoli dwar il-Kompetizzjoni, l-Għajnuna Statali u l-Iżvilupp Reġjonali: iċ-Ċentru Albert Borchette, nhar il-Ħamis 11 ta' Ottubru fl-10:00 fil-Kamra 0A

2013 RegioStars Awards: 27 proġett li qed jikkompetu f'ħames kategoriji jenfasizzaw il-ħidma eċċellenti u innovattiva li qed isir mal-art: avveniment ippreżentat mill-Kummissarju Hahn fil-Kumitat tar-Reġjuni nhar id-9 ta' Ottubru fl-16:00.

Esperti minn madwar l-Ewropa se jagħtu lekċers u seminars fl-Università waqt l-OPEN DAYS.

"Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità" (CLLD) se jkun il-qofol tal-Laqgħat ta' din is-sena ospitati fil-Kumitat tar-Reġjuni, b'16-il workshop li jittrattaw dan l-element il-ġdid fl-iżvilupp urban/lokali matul il-perjodu wara l-2013. Se jkun hemm ukoll wirja b'għaxar artisti li permezz tax-xogħlijiet tagħhom jagħtu stampa tal-għaxar snin tal-avveniment tal-OPEN DAYS u tal-INTERREG IVC – il-programm iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Flimkien mas-seminars ta' Brussell, hemm pjanati 350 avveniment lokali msemmija "L-Ewropa fir-reġjun jew fil-belt tiegħi" bejn Settembru u Novembru fis-27 Stat Membru tal-UE, kif ukoll fil-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, l-Islanda, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera u t-Turkija.

Għal aktar tagħrif:

www.opendays.europa.eu

@EU_Regional / @EU_CoR: #euopendays – Ir-ritratti kollha jkunu jistgħu jinstabu fuq Flickr

http://ec.europa.eu/regional_policy/conferences/od2012/journalists.cfm

Media programme

Regional Partnerships

Kuntatti :

Shirin Wheeler (+32 2 296 65 65)

Annemarie Huber (+32 2 299 33 10)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website