Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Inpoġġu l-ewwel l-interessi tal-vittmi: Approvata liġi Ewropea ġdida li ssaħħaħ id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità

Commission Européenne - IP/12/1066   04/10/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Il-Lussemburgu, l-4 ta' Ottubru 2012

Inpoġġu l-ewwel l-interessi tal-vittmi: Approvata liġi Ewropea ġdida li ssaħħaħ id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding, illum laqgħet bi pjaċir l-adozzjoni finali ta’ liġi Ewropea ġdida li se ssaħħaħ id-drittijiet għall-vittmi tal-kriminalità, li fl-UE huwa stmat li jlaħħqu l-75 miljun fis-sena. Id-Direttiva tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi ġiet adottata llum mill-Kunsill tal-Ministri, wara li l-maġġoranza l-kbira tal-Parlament Ewropew ivvutat favur ir-regoli l-ġodda (b’611 favur, 9 kontra u 13-il astensjoni) (MEMO/12/659, bl-Ingliż biss). Id-Direttiva l-ġdida tal-UE tistabbilixxi d-drittijiet minimi għall-vittmi, ikunu fejn ikunu fl-UE (ara IP/11/585).

"Is-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri tal-UE f'xi każijiet kienu ffukati wisq fuq il-kriminal u mhux biżżejjed fuq il-vittma. B’din il-liġi Ewropea ġdida, se nsaħħu d-drittijiet tal-vittmi. Ħadd ma jixtieq jisfa vittma ta’ reat imma, jekk dan jiġri, tajjeb li n-nies ikunu jafu li se jkollhom l-istess drittijiet bażiċi fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi "qalet il-Viċi President u Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE, Viviane Reding. “Huwa stmat li kull sena 15% tal-Ewropej, jiġifieri 75 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea kollha, jisfaw vittmi ta' reat. Minħabba li 12-il miljun Ewropew jgħixu f'pajjiż tal-UE li mhux pajjiżhom u minħabba li, kull sena, iċ-ċittadini jagħmlu biljun vjaġġ fl-UE, din il-liġi Ewropea l-ġdida se tgħin biex titnaqqas it-tbatija għal bosta nies. Din hija kisba storika u sinjal qawwi li, fejn jidħlu d-drittijiet taċ-ċittadini, l-Ewropa qed tagħti r-riżultati."

Sfond

Id-direttiva tal-UE dwar standards minimi għall-vittmi ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni f'Mejju tal-2011 (IP/11/585 u MEMO/11/310, bl-Ingliż biss). L-adozzjoni tal-lum mill-Kunsill tal-UE ġiet wara votazzjoni plenajra fil-Parlament Ewropew (MEMO/12/659, bl-Ingliż biss). Dan seħħ wara li, f'Ġunju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri waslu għal ftehim wara negozjati intensi li kienu mmedjati mill-Kummissjoni Ewropea. Wara l-pubblikazzjoni tad-direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE, l-Istati Membri se jkollhom tlieta biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali tagħhom.

Id-direttiva l-ġdida tal-UE dwar standards minimi għall-vittmi se tiżgura li, fis-27 Stat Membru:

  • il-vittmi jintwerew rispett, filwaqt li l-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin jiġu mħarrġin dwar kif għandhom jittrattawhom kif inhu xieraq;

  • il-vittmi jingħataw informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-każ tagħhom b'mod li jkunu jistgħu jifhmuh;

  • ikun hemm servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi;

  • il-vittmi jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri, jekk ikunu jridu, filwaqt li tingħatalhom għajnuna biex jattendu għall-proċess;

  • il-vittmi vulnerabbli - bħat-tfal, il-vittmi ta’ stupru, jew dawk li jbatu minn diżabbiltajiet - jiġu identifikati u tingħatalhom protezzjoni xierqa;

  • l-vittmi jiġu protetti waqt li l-pulizija jkunu għaddejjin bl-investigazzjoni tar-reat u matul il-proċeduri tal-qorti.

Għal aktar tagħrif

Il-Kummissjoni Ewropea - id-drittijiet tal-vittmi

http://ec.europa.eu/justice/criminal/victims/index_en.htm (bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż)

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding, fuq l-internet:

http://ec.europa.eu/reding (bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż)

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site