Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

'Nikkollegaw l-Ewropa' – negozjanti prominenti u dawk li jfasslu l-politika jappoġġjaw bil-qawwa l-pjan tal-Kummissjoni ta' 50 biljun Ewro għal investiment strateġiku tal-infrastruttura fit-trasport, l-enerġija u l-internet

Commission Européenne - IP/12/1046   02/10/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 2 ta' Ottubru 2012

'Nikkollegaw l-Ewropa' – negozjanti prominenti u dawk li jfasslu l-politika jappoġġjaw bil-qawwa l-pjan tal-Kummissjoni ta' 50 biljun Ewro għal investiment strateġiku tal-infrastruttura fit-trasport, l-enerġija u l-internet

F’konferenza ta’ livell għoli fi Brussell, negozjanti prominenti u dawk li jfasslu l-politika appoġġjaw bil-qawwa l-ħolqien tal-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa kif propost mill-Kummissjoni Ewropea għall-perjodu ta' finanzjament il-ġdid tal-Unjoni Ewropea bejn l-2014 u l-2020. B'mhux anqas minn 50 biljun euro il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tista' tkun strument ewlieni għal investiment immirat fl-infrastruttura fuq il-livell Ewropew sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tas-Suq Uniku u tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-kompetittività fl-Unjoni Ewropea kollha.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso qal: "Neħtieġu Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ambizzjuża biex ninvestu fit-tkabbir futur tal-Ewropa u biex nagħtu spinta lill-ħolqien tax-xogħol. Ta' spiss, iċ-ċittadini u n-negozji jaffaċċjaw ostakli ta' netwerks ta' infrastruttura li jkunu nofs kedda, ineffiċjenti jew sempliċiment ma jeżistux. Il-'Faċilità Nikkoleggaw l-Ewropa' tipprovdi soluzzjoni Ewropea għal problema Ewropea b'lenti fuq infrastruttura strateġika, il-karattru innovattiv tagħha u bil-valur miżjud verament Ewropew tagħha. Matul il-konferenza tal-lum, dan ġie rikonoxxut fil-wisa' u ninsab fiduċjuż li dan il-messaġġ se jinstema fil-bliet kapitali tal-Istati Membri tagħna.

Waqt l-avveniment kelliema u parteċipanti apprezzaw il-karattru innovattiv u l-valur miżjud importanti li se tipprovdi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se tgħin biex tinbena infrastruttura strateġika li tgħin lill-"Ewropa biex tikkompeti u tikber" f'dinja globalizzata, f'konformità mal-istrateġija ta' Ewropa 2020 u l-Patt għat-Tkabbir li dan l-aħħar intlaħaq ftehim dwaru.

Mingħajrha, il-parteċipanti qablu, ħafna mill-investimenti infrastrutturali meħtieġa fit-trasport, l-enerġija u l-internet fl-UE ma jseħħux jekk ikunu trattati purament fil-livell nazzjonali. Dan hu partikolarment minnu waqt din il-kriżi li tinsab għaddejja, li pereżempju qed ixxekkel il-banek milli jsellfu għall-investiment fl-infrastruttura. Il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti jistennew investimenti privati sinifikanti grazzi għal strumenti finanzjarji innovattivi marbuta mal-Faċilita Nikkollegaw l-Ewropa, bħal bonds tal-proġetti, u l-orjentazzjonijiet aktar fit-tul u s-sigurtà tal-ippjanar li din tipprovdi.

Bosta semmew il-proġetti eżistenti ta' infrastruttura mwieżna permezz tal-UE li juru biċ-ċar il-benefiċċji u l-valur miżjud tal-investiment fl-infrastruttura fil-livell tal-UE bħal pereżempju l-konnessjoni elettrika bejn l-Irlanda u r-Renju Unit li ġiet inawgurata dan l-aħħar, jew il-kumpressuri li jippermettu l-flussi tal-gass f'żewġ direzzjonijiet fl-Istati Membri tal-Ewropa ċentrali u tal-lvant.

Netwerks trans-Ewropej li jkollhom prestazzjonijiet tajbin, sostenibbli u interkonnessi b'mod effiċjenti kienu meqjusa essenzjali għat-tħaddim sħiħ tas-Suq Uniku tal-UE u għall-bidla lejn ekonomija aktar sostenibbli b'użu baxx tal-karbonju.

Xi parteċipanti enfasizzaw ukoll il-komplimentarjetà tal-politika ta' koeżjoni tal-UE mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, filwaqt li enfasizzaw l-importanza tal-politika ta' koeżjoni għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-Unjoni Ewropa kollha kemm hi.

Il-parteċipanti qablu wkoll li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa hi espressjoni konkreta ta' mod ġdid ta' kif wieħed jaħseb u jaħdem bi sħab li se tkun ta' benefiċċju għall-Ewropej madwar l-Istati Membri kollha, kemm għaċ-ċittadini u bl-istess mod għan-negozji hekk kif interkonnessjonijiet aħjar iwasslu għal xogħol u vvjaġġar aktar faċli, itejbu l-kompetittività, l-opportunitajiet tan-negozju u s-sigurtà tal-enerġija u jagħmlu l-ekonomija tal-Ewropa aktar ekoloġika.

Bosta esprimew ix-xewqa li l-appoġġ qawwi globali għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li ġej minn dan l-avveniment ta' livell għoli jista' jimmobbilizza partijiet interessati oħra kif ukoll persuni importanti li jieħdu d-deċiżjonijiet u jinfluwenzaw pożittivament il-kors tan-negozjati bi tħejjija għall-Kunsill Straordinarju Ewropew tat-22-23 ta’ Novembru 2012 ddedikat għall-qafas finanzjarju pluriennali.

Sfond:

Wara l-proposti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali tad-29 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-Regolament għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fid-19 ta’ Ottubru 2011. In-negozjati għadhom għaddejjin fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju tal-2012 qabel fuq il-Patt għal Tkabbir u Impjiegi li jinkludi t-tneħħija tal-ostakoli fis-suq uniku u li jirreferi espliċitament għal dawk is-setturi li huma fil-qalba tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: it-trasport, l-enerġija u l-internet.. Il-Kunsill Ewropew qabel ukoll dwar it-tnedija immedjata ta' bonds tal-proġetti pilota.

Il-konferenza tal-lum kienet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. Attendew il-kelliema li ġejjin:

Leif Johansson, President ta’ Ericsson u President tar-Round Table Europea tal-Industrijalisti (ERT)

Andrus Ansip, Prim Ministru tal-Estonja

Efthemios Flourentzou, Il-Ministru tal-Komunikazzjonijiet u x-Xogħlijiet, tar-Repubblika ta' Ċipru

Amalia Sartori MEP, President tal-PE tal-Kumitat tal-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Adina Ioana Valean MEP, Relatur tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Wolfgang Kopf, il-Viċi President Anzjan tal-Affarijiet Pubbliċi u Regolatorji, Deutsche Telekom

Maciej Witucki, President, Polish Telekom

Marc Hamy, l-Uffiċjal Operattiv Ewlieni, AirbusProSky

Dermot Byrne, il-Kap Eżekuttiv, EirGrid

Pierre Mongin, President u Kap Eżekuttiv tal-grupp RATP

Scott Dickens, Kap Globali tas-Swieq Kapitali Strutturati tal-Bank HSBC

Paul O’Neill, globali Kap Globali għall-Enerġija, Allianz Corporate and Specialty

Il-parteċipanti ġew minn firxa wiesgħa ta’ oqsma, inkluż mis-setturi kkonċernati - it-trasport, l-enerġija u l-internet. Fost l-organizzazzjonijiet u l-kumpaniji rrappreżentati kien hemm il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Orange France Telecom, ThyssenKrupp, Telefónica, British Telecom, Siemens, Deutsche Bank, l-Alcatel-Lucent u Renault.

Minbarra l-President Barroso ħadu sehem il-membri tal-Kummissjoni Ewropea li ġejjin: Il-Viċi Presidenti Neelie Kroes u Siim Kallas u l-Kummissarji Johannes Hahn u Günther Oettinger.

Għal aktar tagħrif:

Materjal għall-istampa dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: IP/11/1200

Aqra l-istqarrijiet tal-President Barroso u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni:

http://ec.europa.eu/bepa/expertise/conferences/index_en.htm

Ara l-vidjow:

http://ec.europa.eu/avservices/video/player.cfm?sitelang=en&ref=I074497

Aqra l-fuljett dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

http://ec.europa.eu/bepa/expertise/conferences/index_en.htm

Dwar il-valur miżjud tal-baġit tal-UE " Flus Fejn Huwa Importanti" MEMO/11/469

Dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali: http://ec.europa.eu/budget/reform

Kuntatti :

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Jens Mester (+32 2 296 39 73)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site