Navigation path
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea Stqarrija għall-istampa Brussell, it-28 ta' Settembru 2012 L-ażil u l-migrazzjoni: L-UE għandha tagħmel aktar biex tipproteġi tfal mhux akkumpanjati Kull sena, eluf ta' minorenni mhux akkumpanjati minn pajjiżi terzi jivvjaġġaw lejn l-Ewropa biex ifittxu ħajja ġdida. Il-maġġoranza jkunu ħarbu minn gwerer, kunflitti jew kundizzjonijiet tal-għajxien diffiċli oħra u xi wħud saħansitra tilfu membri tal-familja matul il-proċess. Illum f'rapport dwar is-sitwazzjoni tal-minuri mhux akkumpanjati fl-UE, il-Kummissjoni tappella sabiex ikun hemm sforzi mtejjba kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew biex ikun hemm rispons effettiv u fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tat-tfal għal din l-isfida transnazzjonali kumplessa. Il-wasla ta' minorenni mhux akkumpanjati minn pajjiżi terzi mhuwiex fenomenu temporanju, iżda hija karatteristika fit-tul tal-flussi migratorji lejn l-UE. Fl-2011, kien hemm 12,225 applikazzjoni għall-ażil minn minorenni mhux akkumpanjati fl-UE27, numru komparabbli mas-snin preċedenti u li x’aktarx ma jinbidilx f’dawk li ġejjin. Numru ħafna ikbar ta' tfal mhux akkumpanjati qed jidħlu fl-Ewropa permezz ta’ rotot tal-migrazzjoni irregolari, skont ma jissuġġerixxu l-istimi pprovduti minn xi Stati Membri. L-Italja pprovdiet dejta, li indikat li kien hemm 5,959 minorenni mhux akkumpanjati fit-territorju Taljan fil-31 ta' Diċembru 2011; Franza pprovdiet stima ta' 6,000 minorenni mhux akkumpanjati (MMA) fit-territorju tagħha; Fi Spanja, iċ-ċifra aggregata ta' MMA għall-perjodu 2008-2011 kienet aktar minn 5,500; Il-Belġju jqis li n-numru ta' MMA huwa 4,000. "Il-minorenni li jaslu waħedhom fil-fruntieri tagħna huma fost il-vittmi l-iktar esposti u vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna. Għalkemm huwa inkoraġġanti li l-politiki tal-UE għenu biex jitjiebu l-kundizzjonijiet u l-protezzjoni tat-tfal, għad hemm aktar sfidi quddiemna. Jeħtieġ li ntejbu l-proċeduri tagħna biex niżguraw li dawn it-tfal jingħataw akkoljenza dinjituża fil-fruntieri tal-Ewropa. Dan jinkludi kooperazzjoni u qsim ta' informazzjoni aħjar bejn il-pajjiżi tal-UE," qalet Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni. Sabiex tiżdied il-protezzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati li jidħlu fl-UE u abbażi tar-rispett għad-drittijiet tat-tfal, fl-2010 l-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni li għen sabiex l-attenzjoni tiġi ffukata fuq il-kwistjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati li jaslu fl-Ewropa: kull deċiżjoni li taffettwa l-ġejjieni tal-minorenni għandha tittieħed fl-aħjar interessi tat-tfal, indipendentement mill-istatus ta’ migrazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni llum adottat rapport ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar minorenni mhux akkumpanjati (2010-2014) – IP/10/534. Ir-rapport jagħti rendikont tal-progress li sar u jidentifika l-oqsma li jeħtieġu iktar attenzjoni u azzjoni mmirata matul is-sentejn li ġejjin. Matul l-aħħar sentejn il-Pjan ta’Azzjoni kellu impatt pożittiv:
Iżda huma meħtieġa sforzi ulterjuri:
Ħoloq Siewja Rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni L-Op-ed ta' Cecilia Malmström dwar minorenni mhux akkumpanjati Il-websajt ta' Cecilia Malmström Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter Il-websajt tad-DĠ għall-Affarijiet Interni Segwi d-DĠ għall-Affarijiet Interni fuq Twitter Il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni
|
Side Bar