Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Lejl tar-Riċerkaturi: Avvenimenti fi 350 belt għal bniet u subien kożmiċi

Commission Européenne - IP/12/1013   27/09/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-27 ta' Settembru 2012

Il-Lejl tar-Riċerkaturi: Avvenimenti fi 350 belt għal bniet u subien kożmiċi

Tista’ tistenna 75 sena għal daqqa t’għajn bis-serqa tal-Kometa Halley, iżda kont taf li tista' tilmaħha fi ftit minuti? Kull ma trid hija taħlita ta’ dry ice ta’ ġurnata, ilma, tajn u ftit komponenti oħra - u għandek kometa tiegħek stess. Kemm hija kożmika din? It-tagħlim ta kif tagħmel kometa ma xjenzati spazjali fLondra, kif toħloq sħaba ma meteoroloġi fBolzano, l-Italja, u kif tesplora l-vulkan San Antonio ma ġeoloġi fil-Gżejjer Kanarji huma biss ftit mill-avvenimenti ewlenin tas-seba Lejl tar-Riċerkaturi, li se jseħħu fbosta lokalitajiet fl-Ewropa kollha għada filgħaxija (it-28 ta Settembru).

Madwar 350 belt, minn Akureyri (l-Iżlanda) għal Nicosia (Ċipru), se jieħdu sehem fl-avveniment, bil-għan li tkun skoperta x-xjenza b’mod divertenti u jitqajjem l-interess fil-karrieri tar-riċerka. Il-pubbliku se jkun jista jieħu sehem fesperimenti, jieħu sehem fdimostrazzjonijiet interattivi tax-xjenza, iżur laboratorji ta' riċerka li normalment ikun ristrett u jipprova tagħmir kumpless.

"Din hija opportunità għal kulħadd biex isir xjenzat imqar għal lejl," qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ. "Barra li hija lejl ta’ gost u edukazzjoni, il-Lejl tar-Riċerkaturi annwali huwa mod tajjeb ħafna ta’ kif ikunu impenjati żgħażagħ interessati biex isegwu karriera fir-riċerka.

"Żagħżugħ li jitgħallem kif jagħmel linka inviżibbli fil-klassi llum jista’ faċilment isir xjenzat li jindirizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi l-aktar akuta għada tal-Ewropa," qalet il-Kummissarju.

Matul il-Lejl tar-Riċerkaturi, ix-xjenzati mid-dixxiplini kollha jokkupaw spazji pubbliċi – swieq magħluqa, pjazez, monumenti storiċi, parkijiet, u mużewijiet – biex juru lin-nies ta' kull età kif ix-xogħol tagħhom għandu impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum.

Mijiet ta avvenimenti se jseħħu fi 32 pajjiż fl-UE u dawk ġirien (ara l-lista ta hawn taħt). Agħti ħarsa lejn l-avvenimenti prinċipali fl-ibliet fl-appendiċi jew sib avveniment qrib tiegħek.

Sfond

X’inhu il-Lejl tar-Riċerkaturi?

Il-Lejl tar-Riċerkaturi jsir kull sena fl-Ewropa kollha fir-raba’ Ġimgħa ta' Settembru. Hemm avvenimenti li qed iseħħu f’24 Stat Membru tal-UE, kif ukoll il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Gżejjer Faroe, dik li kienet tissejjaħ r-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, l-Iżrael, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija. It-tliet Stati Membri li mhux qed jieħdu sehem din is-sena huma l-Awstrija, id-Danimarka u l-Lussemburgu.

L-avveniment kiber minn 92 belt parteċipanti fl-2006 għal aktar minn 350 belt din is-sena. Kważi 800,000 viżitatur ħadu sehem fl-2011, u l-għadd mistenni li jiżdied din is-sena.

Għalfejn l-UE qed tinvesti fl-avveniment?

Il-Lejl tar-Riċerkaturi huwa parti mill-Azzjonijiet Marie Curie, iffinanzjati mill-UE, li jippromwovu karrieri internazzjonali fir-riċerka fl-Ewropa. Billi r-riċerkaturi direttament jinġiebu f’kuntatt mal-pubbliku, l-avveniment għandu l-għan li juri r-rwol importanti li għandha r-riċerka fis-soċjetà. It-tħeġġiġ ta’ aktar nies biex jagħżlu karriera fir-riċerka huwa kruċjali għat-tkabbir tal-Ewropa fil-futur, li huwa dejjem iktar dipendenti fuq l-innovazzjoni fil-prodotti, fis-servizzi u l-mudelli tan-negozju.

L-UE tiffinanzja ftit iktar minn nofs l-ispiża globali tal-Lejl tar-Riċerkaturi: EUR 4 miljun minn kważi EUR 7.5 miljun ta din is-sena. L-attivitajiet u l-organizzaturi tal-avveniment intgħażlu permezz ta’ proċess kompetittiv wara sejħa għal proposti.

B’kollox, l-Azzjonijiet Marie Curie huma sostnuti b'EUR 4.7 biljun f’fondi tal-UE. Dawn huma kważi kompletament ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea bħala parti mis-Seba' Programm Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp Teknoloġiku (FP7), pakkett ewlieni tal-UE għall-finanzjament tar-riċerka għall-2007-2013 bvalur ta' EUR 50 biljun.

L-Azzjonijiet Marie Curie huma parti mill-inizjattiva Horizon 2020, il-programm il-ġdid propost tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Horizon 2020 se tapplika mill-2014 sal-2020 u b’baġit propost ta’ EUR 80 biljun huwa parti minn kampanja biex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi ġodda fl-Ewropa.

Għal aktar tagħrif

Il-Kummissjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/education/index_en.htmEdukazzjoni u Taħriġ

Is-sit elettroniku ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Lejl tar-Riċerkaturi

Azzjonijiet Marie Curie u FP7

Unjoni ta’ Innovazzjoni u l-Istrateġija Ewropa 2020

Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka

L-attivitajiet prinċipali fl-ibliet

Londra (Ir-Renju Unit)

Il-Mużew tal-Istorja Naturali se jospita sessjoni dwar kif tibni kometa. Il-formula fl-oriġini tal-kometi li jorbitaw fis-sistema solari se tiġi applikata għal komponenti misjuba fid-dinja, bħall-ilma u t-tajn. Il-pubbliku se jkollu wkoll l-opportunità mal-antropoloġi li jħammeġ l-idejn bl-użu tal-faħam sabiex tinħoloq mill-ġdid l-arti tal-għerien. Skultura ġganteska magħmula minn eluf ta’ snien tat-trabi mogħtija mill-pubbliku se titwaqqaf fuq il-kampus ta' Whitechapel tal-Università ta’ Londra (Queen Mary).

Bolzano (l-Italja)

Dawk li jfittxu l-eċċitament se jkunu jistgħu jittestjaw metodi ta’ sopravivenza f'kundizzjonijiet estremi ta’ cold chamber u f’maltempata ta’ borra simulata fl-Akkademja Ewropea ta' Bolzano. Dawn se jirċievu informazzjoni dwar ir-reazzjoni ta’ ġisimhom wara t-test. Dilettanti tat-temp se jkollhom l-opportunità li joħolqu s-sħab billi jużaw l-ilma, l-arja u l-pressjoni fl-uffiċċju meteoroloġiku.

Fuencaliente (il-Gżejjer Kanarji, Spanja)

Flimkien ma’ xjenzati u gwidi professjonali, dawk li jħobbu l-avventura se jkollhom iċ-ċans jesploraw il-vulkan ta’ San Antonio li jospita flora unika, formazzjonijiet tal-blat u strutturi kkuluriti ta' lava. Produtturi lokali u ġeoloġi se juru kif il-vulkan jtejjeb il-kwalità tal-inbejjed reġjonali.

Krakovja (il-Polonja)

Dimostrazzjonijiet xjentifiċi fi 17-il post se jinkludu wirja dwar kif it-teknoloġija tal-motion-capture użata għal-logħob tal-kompjuter tista’ tgħin biex jiġi djanjostikat u jkun ittrattat il-mard. L-Istitut tal-Fiżika Nukleari se juri l-aċċelleraturi ta’ partiċelli użat għall-kura tal-kanċer tal-għajnejn jew biex tiġi skoperta l-kompożizzjoni ta’ sustanzi mhux magħrufa, li tista' tgħin f’sejbiet fil-konservazzjoni tal-arti, il-mediċina u l-ġeoloġija.

Angers, Besançon, Toulouse (Franza)

Fannijiet tal-ivvjaġġar taż-żmien fi bliet Franċiżi se joħolqu soċjetà tal-ġejjieni msejsa fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-pubbliku u x-xjenzati se jimmaġinaw Angers fl-2025, Besançon fl-2084 u Toulouse fit-tieni nofs tas-seklu, bbażati fuq żviluppi potenzjali fl-edukazzjoni, it-trasport, l-ambjent, l-enerġija u aspetti oħra tas-soċjetà.

Nikosija (Ċipru)

Il-logħba "Għidli Dr Turing, il-magni jistgħu jaħsbu?” se tisfida lill-parteċipanti li jiddistingwu l-vuċi umana minn ħsejjes tal-kompjuter f’konversazzjoni. Dan huwa bbażat fuq test ifformulat fis-snin 50 li jevalwa l-kapaċità tal-kompjuter li juri l-imġiba intelliġenti u jirrispondi bl-istess mod kif persuna setgħet irrispondiet.

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site