Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Ngħinu lis-Somalja tirkupra u tiżviluppa: Il-Kummissjoni Ewropea se tinvesti €175 miljun addizzjonali fil-governanza, l-edukazzjoni u s-sikurezza tal-ikel

Commission Européenne - IP/11/951   05/08/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Ngħinu lis-Somalja tirkupra u tiżviluppa: Il-Kummissjoni Ewropea se tinvesti €175 miljun addizzjonali fil-governanza, l-edukazzjoni u s-sikurezza tal-ikel

Brussell, il-5 ta' Awwissu 2011 - Illum Andris Piebalgs, il-Kummissarju tal-UE għall-Iżvilupp ħabbar id-deċiżjoni li jiġi intensifikat l-impenn fit-tul tal-Ewropa lejn is-Somalja b'€175 miljun addizzjonali f'għajnuna għall-iżvilupp. Il-fondi ser imorru għand is-Somaliland, il-Puntland, u reġjuni oħra fejn diġà ġew stabbiliti kundizzjonijiet tas-sigurtà vijabbli u livelli minimi ta' governanza, kif ukoll fis-Somalja Ċentrali, fejn l-istabbiltà qiegħda titjieb u l-kundizzjonijiet jippermettu li l-assistenza għall-iżvilupp tagħmel differenza.

Il-Kummissarju Piebalgs, li vvjaġġa lejn is-Somaliland inqas minn xahar ilu, tenna l-konvinzjoni tiegħu li l-għajnuna għall-iżvilupp tista' tipprovdi soluzzjonijiet sostenibbli għaliex tindirizza l-kawżi ewlenin ta' kriżi protratta. Il-Kummissarju qal: "is-Somalja għaddeja minn kriżi umanitarji serji. In-nixfa hija r-raġuni immedjata għal dan, iżda l-kawżi fundamentali jinsabu fil-problemi strutturali aktar profondi ta' dan l-istat fraġli. B'dan il-finanzjament ġdid, aħna se nikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u se ninvestu f’infrastruttura aħjar, fis-sigurtà tal-ikel u fl-edukazzjoni. Nemmnu li l-impenn fit-tul tagħna se jgħin lis-Somalja timxi fid-direzzjoni tal-iżvilupp ekonomiku inklużiv u sostenibbli u tal-istabbiltà. Il-poplu tagħha, li ilu ħafna jbati, ma jistħoqqlu xejn inqas minn dan."

Il-pakkett ta' għajnuna ta' llum jiżdied mal-pakkett ta' għajnuna ta' €212 miljun fuq ħames snin li jinsab għaddej għas-Somalja (bejn l-2008 u l-2013); u dan issa jżid l-allokazzjoni totali għall-pajjiż taħt l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għal €387 miljun.

Aktar tagħrif isegwi

Għal aktar tagħrif

L-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fis-Somalja hija primarjament iffokata fuq l-oqsma li ġejjin:

  • L-Iżvilupp ekonomiku/is-sigurtà tal-ikel inkluża l-infrastruttura: Il-fondi tal-UE jiffinanzjaw proġetti fl-agrikoltura, l-annimali, l-iżvilupp tas-settur privat u l-infrastruttura ekonomika. L-appoġġ addizzjonali se jsaħħaħ dawn il-proġetti, kif ukoll jipprovdi appoġġ fl-infrastruttura biex jitjiebu l-provvista tal-ilma u l-enerġija, il-ġestjoni tal-iskart, u s-servizzi tas-saħħa f'muniċipalitajiet magħżula.

  • L-Edukazzjoni: Is-Somalja għadha tgħodd fost il-pajjiżi bl-iktar livelli baxxi fid-dinja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni. Bil-fondi addizzjonali, l-UE se tkompli ttejjeb ir-rati tal-litteriżmu billi tespandi l-kopertura tas-servizzi tal-edukazzjoni bażika lejn żoni ġeografiċi ġodda u tindirizza ħtiġijiet edukattivi tal-popolazzjoni rurali u ta' gruppi żvantaġġati. Permezz ta' investimenti ffukati fit-taħriġ vokazzjonali, l-UE se tkompli tindirizza l-ħtiġijiet kritiċi f’oqsma prinċipali bħan-negozji, l-intraprenditorija, is-sajd u l-annimali. Appoġġ immirat biex l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla jgħinu biex jiġu indirizzati bżonnijiet kritiċi fl-iżvilupp tar-riżorsi umani f'dan l-ambjent fraġli.

  • Il-Governanza: L-UE diġà hija donatur prinċipali għal programmi kbar li jassistu lis-settur pubbliku, il-pulizija, il-qrati, l-istituzzjonijiet demokratiċi, il-proċessi elettorali u s-soċjetà ċivili fis-Somalja. L-investimenti f'dan is-settur se jkomplu jiffukaw fuq it-tisħiħ tal-governanza effettiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; l-infurzar tal-liġi, is-sigurtà u l-istat tad-dritt; ir-rikonċiljazzjoni u l-proċess kostituzzjonali, inkluż enfasi qawwija fuq il-konsultazzjoni pubblika u l-komunikazzjoni; u proċessi elettorali fis-Somaliland, fil-Puntland u possibbilment fil-livell federali.

Għajnuna umanitarja lis-Somalja

L-Unjoni Ewropea hija wkoll donatur ewlieni ta' għajnuna umanitarja lil miljuni ta' Somali affettwati mill-vjolenza u ġuħ f'pajjiżhom u fir-reġjun (l-Etjopja, il-Kenja, il-Ġibuti).

Fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea allokat €35 miljun f'għajnuna umanitarja lis-Somalja. Fl-2011, diġà ġew allokati €30 miljun u €28 miljun oħra jinsabu fil-proċess li jingħataw. Dawn il-fondi jappoġġjaw interventi fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel, is-saħħa, in-nutriment, il-kenn, is-sanità tal-ilma, il-promozzjoni tal-iġjene, l-appoġġ għall-għajxien, il-ħarsien u l-koordinazzjoni tal-għajnuna.

Iż-żieda f’fondi umanitarji għas-Somalja hija parti minn pakkett usa’ biex tiġi indirizzata l-kriżi severa kkawżata min-nixfa u l-ġuħ fil-Qarn tal-Afrika. Ammont ta' €97.47 miljun diġà ġie allokat lill-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika fl-2011. Il-Kummissjoni bdiet il-proċess biex timmobilizza malajr €60 miljun oħra biex ittaffi s-sofferenza ta' ħafna nies. Dan se jżid l-għajnuna totali għal kważi €158 miljun.

Għal aktar informazzjoni

MEMO/11/549

IP/11/837 dwar iż-żjara tal-Kummissarju Piebalgs lejn is-Somaliland

Skeda informattiva tal-ECHO

http://ec.europa.eu/echo/index_en.htm

Il-websajt tad-DĠ għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni – EuropeAid:

http://ec.europa.eu/europeaid/index_en.htm

Il-websajt tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/piebalgs/index_en.htm

Persuni ta' kuntatt :

Catherine Ray (+32 2 296 99 21)

Wojtek Talko (+32 2 297 85 51)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site