Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Żieda fl-appoġġ għas-settur tal-ħaxix wara l-kriżi tal-E. coli

Brussell, it-28 ta' Lulju 2011 – l-Istati Membri qablu fuq proposta tal-Kummissjoni biex l-appoġġ tal-UE skont il-pjan ta' emerġenza għall-produtturi tal-ħaxix milquta mill-kriżi tal-E. coli jiżdied minn EUR 210 miljun għal EUR 227 miljun. Dan se jippermetti lill-Kummissjoni tħallas 100 % tat-talbiet għal kumpens mid-diversi Stati Membri.

Abbażi tan-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri kollha dwar l-appoġġ tal-UE mitlub għall-miżuri eċċezzjonali kollha, jiġifieri l-irtirar tal-prodotti mis-suq, il-ħsad bikri jew in-nuqqas ta' ħsad, jidher li l-impatt finanzjarju tal-miżuri li ttieħdu fil-kuntest ta' din il-kriżi tal-E. coli kien kemxejn ikbar milli mistenni. Minħabba t-tfixkil sinifikanti fis-suq tal-frott u l-ħaxix u l-ħsara kkawżata fis-settur tal-frott u l-ħaxix, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun għalhekk xieraq li żżid il-baġit għal EUR 227 miljun.

Dacian Cioloș, il-Kummissjarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-UE qal: "L-użu tal-fondi tal-PAK jeħtieġ li jkun iġġustifikat bis-sħiħ. Il-ġimgħa l-oħra bosta Stati Membri provdew infomazzjoni kumplimentari dwar it-talba tagħhom għall-kumpens. Illum, għandna stampa ċara tat-total tat-talbiet għall-kumpens. Jien qed nipproponi żieda fil-baġit disponibbli sabiex ikun possibbli li jitħallsu it-talbiet kollha. Dan se jiżgura li aħna nappoġġaw kif xieraq lill-produtturi tal-ħaxix tagħna f'dawn iż-żminijiet ekonomiċi diffiċli għas-settur u jippermetti rimborż għat-talbiet kollha tal-Istati Membri għall-perjodu mis-26 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju. Sa mill-bidu tal-kriżi jien għedt li kont ħerqan ħafna biex nuri li l-Ewropa tista' tirreaġixxi fil-pront meta jkun meħtieġ. Se nipproponi issa lill-Kulleġġ sabiex japprova din iż-żieda fil-baġit fl-iqsar żmien possibbli sabiex nippermettu li l-Istati Membri jħallsu f'malajr dan l-appoġġ tal-UE lill-produtturi intitolati għalih.

Sfond

Fis-17 ta' Ġunju kien hemm qbil mill-Kummissjoni dwar pakkett ta' għajnuna f'każ ta' emerġenza li jiswa EUR 210 miljun, għal min ikabbar il-ħaxix frisk. Din l-iskema ppermettiet li l-UE tħallas lill-produtturi tal-ħjar, tadam, ħass, qargħa bagħli u bżar ħelu li rtiraw mis-suq bejn is-26 ta' Mejju u l-aħħar ta' Ġunju bħala riżultat tal-epidemija tal-E. coli. Id-deċiżjoni tipprevedi rata ta' ħlas minimu ta' 50 % (70 % għall-membri ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi) tal-prezz normali tal-produtturi għal dawn il-prodotti differenti matul ix-xahar ta' Ġunju.

L-Istati Membri kellhom jinnotifikaw l-aħħar talbiet tagħhom għall-kumpens sat-18 ta' Lulju. Madankollu, kienet meħtieġa u mitluba informazzjoni komplimentari minn xi Stati Membri fir-rigward tan-notifikazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni rċeviet u analizzat dawn l-informazzjonijiet kumplimentari, u f'xi każijiet aġġornat in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri konċernati. Issa għandha stampa ċara tat-total tat-talbiet.

L-appoġġ totali tal-UE għal kull Stat Membru għall-operazzjonijiet li saru bejn is-26 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju huwa stabbilit fit-tabella annessa.

Appoġġ tal-UE għal kull Stat Membru – f'EUR

Stat Membru

TOTAL - EUR

AT

2.234.103

BE

3.605.663

BG

2.562.748

CY

N.C.

CZ

261.935

DE

16.003.721

DK

858.423

EE

1.321

EL

7.788.420

ES

70.971.314

FI

N.C.

FR

1.655.415

HU

1.515.586

IE

13.159

IT

34.624.639

LT

N.C.

LU

N.C.

LV

57.381

MT

N.C.

NL

27.180.632

PL

46.395.480

PT

5.243.752

RO

3.745.035

SE

112.872

SI

192.675

SK

536.107

UK

649.175

TOTAL

226.209.556

Kuntatti :

Roger Waite (+32 2 296 14 04)

Johan Reyniers (+32 2 295 67 28)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site