Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Sejjer vaganza? Hemm għajnuna disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE f'mumenti ta' ħtieġa

Brussell, is-27 ta’ Lulju 2011 – Wieħed minn kull sitt Ewropej jippjana li jieħu l-vaganza prinċipali tiegħu 'il barra mill-UE din is-sena (ara Anness) B’kollox, l-Ewropej jagħmlu madwar 90 miljun vjaġġ ‘il barra mill-UE kull sena fuq xogħol jew divertiment. Iżda x’jiġri jekk ikollok bżonn l-għajnuna meta tkun imsiefer u pajjiżek m’għandu l-ebda ambaxxata jew konsolat fejn qiegħed toqgħod? Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom ċerti drittijiet taċ-ċittadinanza Ewropea. Pereżempju, tista’ titlob għal għajnuna mingħand ambaxxata jew konsolat ta’ pajjiż ieħor tal-UE f'każ li pajjiżek m'huwiex rappreżentat. Dan id-dritt japplika f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum, bħal f’każ li jinsteraq passaport, inċident serju jew mard, kif ukoll waqt xi kriżi – bħall-avvenimenti riċenti fil-Libja. Sabiex jiżdied l-għarfien ta’ dan id-dritt, il-passaporti ġodda kollha fl-UE se jkollhom informazzjoni stampata dwar protezzjoni konsolari flimkien mal-indirizz tas-sit tal-internet tal-UE maħsub sabiex jipprovdi dettalji fuq fejn tista' ssib għajnuna waqt il-vaganzi tiegħek 'il barra mill-UE: www.consularprotection.eu. 20 pajjiż tal-UE diġà qegħdin jagħmlu hekk jew ikkonfermaw li se jagħmlu hekk fil-każ tal-passaporti l-ġodda1 Il-bqija huma mistennija li jagħmlu bħalhom dalwaqt.

Hekk kif iiċ-ċittadini tal-UE jsiefru dan is-sajf, huwa importanti li jkunu jafu d-drittijiet tagħhom," qalet il Viċi-President Viviane Reading, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. “Għandhom id-dritt li jitolbu għall-għajnuna mingħand kwalunkwe konsolat jew ambaxxata tal-UE meta l-Istat Membru tagħhom ma jkunx rappreżentat f’pajjiż ‘il barra mill-UE. Għandhom id-dritt għall-protezzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta l-ambaxxata tal-Istat Membru li jirrikorru għaliha. Sabiex jissaħħu dawn id-drittijiet u tiffaċilita l-protezzjoni konsolari ta’ kuljum taċ-ċittadini, il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi miżuri leġiżlattivi dwar il-koordinazzjoni u l-kumpens finanzjarju fis-sitt xhur li ġejjin. Il-protezzjoni konsolari toħroġ mi s-solidarjetà Ewropea. Iċ-ċittadini għandhom ikunu jafu fejn għandhom isibu l-għajnuna meta jkollhom bżonn. M’għandhomx għalfejn jinkwetaw dwar proċeduri amministrattivi.”

Huwa biss fl-Istati Uniti, fiċ-Ċina u fir-Russja li s-27 pajjiż kollha tal-UE għandhom rappreżentazzjoni diplomatika. Il-kriżijiet fil-Libja, fl-Eġittu u fil-Jemen enfasizzaw l-importanza tal-appoġġ konsolari għaċ-ċittadini barranin mitluqin waħidhom f’sitwazzjonijiet diffiċli. Pereżempju, kien hemm madwar 6,000 ċittadin tal-UE fil-Libja meta faqqgħet il-kriżi, iżda tmien Stati Membri biss kellhom rappreżentanzi hemm. Il-protezzjoni konsolari hija importanti f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum ukoll, bħal meta jintilef jew jinsteraq passaport, f’każ ta inċident serju jew mard, arrest jew detenzjoni.

Sfond

It-Trattati tal-UE jiggarantixxu liċ-ċittadini kollha tal-UE d-dritt għal trattament ugwali fir-rigward tal-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari ta' kwalunkwe Stat Membru meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw jew jgħixu ‘il barra mill-UE u pajjiżhom stess ma jkunx rappreżentat (ara l-Artikoli 20(2)(c) u 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; L-Artikolu 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE). Kważi f'kull pajjiż fid-dinja, mill-inqas pajjiż wieħed tal-UE mhuwiex rappreżentat.

Għalkemm 62% tal-Ewropej jistennew l-istess tip ta’ għajnuna mingħand l-ambaxxata ta’pajjiż ieħor tal-UE daqs li kieku tingħatalhom minn ta’ pajjiżhom, mhux l-Ewropej u l-uffiċjali konsolari kollha huma konxji tad-dimensjoni tal-UE fir-rigward tal-protezzjoni konsolari.

Fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza ta’ Ottubru 2010 (ara IP/10/1390 u MEMO/10/525 il-Kummissjoni ntrabtet li żżid l-effettività tad-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jkunu mgħejuna f’pajjiżi terzi permezz ta’ miżuri leġiżlattivi u informazzjoni aħjar.

Fit-23 ta’ Marzu 2011 il-Kummissjoni introduċiet sit tal-internet apposta – www.consularprotection.eu – fejn ċittadini ta-UE li jivvjaġġaw f’pajjiż 'il barra mill-UE jistgħu isibu pariri dwar l-ivvjaġġar kif ukoll id-dettalji tal-eqreb ambaxxata (IP/11/355). Il-Kummissjoni se tagħmel ukoll proposti legali qabel l-aħħar ta’ din is-sena biex:

  • ittejjeb iċ-ċertezza legali dwar l-ambitu, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri relatati mal-protezzjoni konsolari u ttejjeb l-użu tar-riżorsi, inkluż fi żminijiet ta' kriżi.

  • tistabilixxi l-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni meħtieġa biex tiffaċilita l-protezzjoni konsolari ta' kuljum għaċ-ċittadini tal-UE mhux rappreżentati u tindirizza l-kwistjoni tal-kumpens finanzjarju tal-protezzjoni konsolari f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

Għal aktar informazzjoni

Anness:

Il-pjanijiet tal-ivvjaġġar u d-destinazzjonijiet taċ-ċittadini tal-UE

Sors: Il-Eurobarometer tat-Tourism, Mejju 2011

http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_328_en.pdf

Eżempju ta’ passaport tal-UE bid-dritt għall-protezzjoni konsolari

Persuni ta’ kuntatt :

Matthew Newman (+32 2 296 24 06)

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

1 :

L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, l-Iżvezja, Spanja, ir-Renju Unit.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website