Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Antitrust: Ir-rapport dwar il-prezzijiet tal-karozzi juri li d-differenzi fil-prezz ta’ karozzi ġodda fl-UE naqsu fl-2010

Brussell, 26 ta’ Lulju 2011 – L-iktar rapport riċenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prezzijiet tal-karozzi juri li l-prezzijiet tal-karrozzi naqas bi 2.5% f’termini reali fl-2010 fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Kien hemm ukoll konverġenza żgħira fil-prezzijiet tal-katalgu tal-karozzi ġodda. Dawn it-tendenzi tal-prezzijiet fuq perjodu ta' żmien twil isaħħu d-deċiżjoni li l-Kummissjoni ħadet is-sena l-oħra, jiġifieri li m’għadhux ġustifikat li jkun hemm regoli speċifiċi dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-bejgħ tal-karrozzi.

Joaquín Almunia, il-Viċi President tal-Kummissjoni inkarigat mill-politika dwar il-kompetizzjoni qal li “Hija xi ħaġa tajba li l-konsumaturi fl-Ewropa qed jibbenefikaw mill-kompetizzjoni fis-swieq tal-bejgħ ta’ karozzi ġodda u qed ikomplu jgawdu minn prezzijiet li qed jonqsu b’mod sinifikattiv f’termini reali. Il-fatt li d-differenzi fil-prezzijiet bejn l-Istati Membri naqsu iktar huwa indikatur pożittiv ta’ kompetizzjoni transkonfinali. Bi pjaċir qed nara wkoll li għall-ewwel darba f’għaxar snin il-prezzijiet reali madwar l-UE kollha għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni ma komplewx jiżdiedu, u dan hu sinjali li s-settur fehem ir-regoli l-ġodda tal-logħba” .

Globalment, id-differenzi fil-prezzijiet tal-karozzi tal-passiġġieri bejn l-Istati Membri naqsu, kif jidher fil-katalogi tal-prezzijiet tal-manifatturi. Imma f’xi każijiet id-differenzi baqgħu kbar b’indikazzjoni li l-konsumaturi jiffrankaw ħafna jekk jixtru minn pajjiż ieħor ġar tagħhom. Fiż-żona tal-euro, l-indikatur tad-differenzi fil-prezzijiet ma nbidilx (ara t-tabella nru 1.)

L-indiċi tal-prezz tal-UE għall-karozzi (li jirrifletti l-prezzijiet nominali mħallsa mill-konsumaturi, inkluż roħs, VAT u taxxi ta’ reġistrazzjoni) żdied b'0.3% biss, kontra żieda ta' 2.8% fil-prezzijiet globali tal-konsumaturi, li jirriżulta f’waqa' ta' 2.5% fil-prezzijiet reali tal-karozzi.

Ġie rreġistrat tnaqqis fil-prezzijiet reali tal-karozzi f'total ta' 24 pajjiż tal-UE (ara t-Tabella 1). Il-prezzijiet kienu stabbli f’żewġ pajjiżi oħra (+0.2% fl-Italja u f’Malta) filwaqt li żdiedu fil-Portugall (+2.6%). Madankollu, fil-każ tal-aħħar tajjeb li wieħed jinnota li fis-sena ta’ qabel ix-xerrejja bbenefikaw minn tnaqqis fil-prezzijiet reali tal-karozzi li kien ogħla mill-medja (-6.7%)

It-tnaqqis fil-prezzijiet reali kien partikolarment qawwi fl-Islovakkja (-17.4%), fil-Bulgarija (-13.5%), fis-Slovenja (-11.6%) u fir-Repubblika Ċeka (-9.0%). Fil-Polonja naqsu b’5.6%. Fost is-swieq il-kbar, il-prezzijiet reali naqsu l-aktar fir-Renju Unit (-3.7%), filwaqt li fil-Ġermanja, fi Spanja u fi Franza esperjenzaw tnaqqis fil-prezzijiet aktar moderat (-1.9%, -1.6% u -0.9% rispettivament).

It-tnaqqis fil-prezzijiet reali tal-karozzi fil-pajjżi tal-UE huwa tkomplija ta' tendenza li ġiet osservata għal iktar minn għaxar snin, li tindika li l-kompetizzjoni bejn il-manifatturi tal-karozzi fis-suq tal-karozzi l-ġodda qiegħda taħdem.

Il-prezzijiet reali għat-tiswija u l-manutenzjoni, li f’dawn l-aħħar għaxar snin kienu żdiedu b’rata ogħla mill-livell ġenerali tal-inflazzjoni, fl-2010 ma żdiedux.

Ir-rapport dwar il-prezzijiet tal-karozzi.

Ir-rapport dwar il-prezzijiet tal-karozzi hu parti mill-monitoraġġ tal-Kummissjoni tas-settur tal-vetturi bil-mutur. Huwa jagħti ħarsa ġenerali lejn il-prezzijiet tal-katalgu tad-89 karozza li l-aktar jinbiegħu u li jirrappreżentaw 26 ditta madwar l-UE kollha. Ir-rapport jippermetti lill-konsumaturi li jqabblu l-prezzijiet tal-karozzi madwar l-Ewropa kollha u li japprofittaw mill-opportunitajiet tas-Suq Uniku tal-UE.

Memorandum b’analiżi ulterjuri dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/competition/sectors/motor_vehicles/prices/report.html

Regoli dwar il-kompetizzjoni fis-settur tal-karozzi

F’Ġunju 2010 daħal fis-seħħ qafas ġdid tal-liġi dwar il-kompetizzjoni għas-settur tal-karozzi (ara IP/10/619 and MEMO/10/217). L-għan prinċipali tar-riforma huwa li jiġi żgurat li jkun hemm iktar kompetizzjoni u kompetizzjoni aħjar fis-swieq ta' wara l-bejgħ, jiġifieri t-tiswija u l-manutenzjoni li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-ispejjeż għas-sidien tal-karozzi u dan tul il-ħajja kollha tal-karozza. Permezz tar-regoli l-ġodda huwa iktar faċli li jiġu trattati l-prattiki bħan-nuqqas ta’ rilaxx ta’ informazzjoni teknika lill-garaxxijiet indipendenti tat-tiswija jew l-użu ħażin tal-garanziji. Il-manifatturi tal-karozzi jistgħu, min-naħa l-oħra, jorganizzaw in-netwerks ta' bejgħ tagħhom bl-aħjar mod għalihom, filwaqt li jesperjenzaw manifestazzjonijiet ta' kompetizzjoni qawwija bejn id-ditti.

TABELLA 1

Id-differenzi fil-prezzijiet għal għażla tal-iktar karozzi li jinbiegħu

(Id-differrenza fil-prezz hija espressa bħala % tal-prezzijiet bl-euro qabel it-taxxa, billi tqabblu l-ogħla pajjiż mal-orħos pajjiż fis-suq taż-Żona tal-Euro fl-1 ta' Jannar 2011). Sors: Listi tal-prezzijiet tal-manifatturi

Kategorija ta’ daqs żgħir

A u B:

1/01/2011

1/01/2010

1/01/2009

Peugeot 207

36.9%

39.7%

32.7%

Renault Clio

39.5%

32.3%

44.9%

Fiat Grande Punto/Punto

44.3%

29.2%

30.4%

VW Polo

34.4%

28.1%

26.8%

Ford Fiesta

25.4%

24.3%

17.9%

Daqs mejdu Kategorija C:

1/01/2011

1/01/2010

1/01/2009

Peugeot 308

36.1%

36.0%

31.7%

VW Golf

24.4%

27.4%

25.8%

Ford Focus

23.8%

27.9%

28.7%

Renault Mégane

30.3%

26.8%

51.6%

Audi A3

23.4%

18.1%

17.4%

Karozzi ta’ daqs kbir Kategorija

D, E u F:

1/01/2011

1/01/2010

1/01/2009

VW Passat

31.8%

28.1%

24.1%

Mercedes C

17.3%

14.2%

12.8%

Audi A4

14.0%

13.1%

17.0%

BMW 320D

8.7%

10.6%

10.3%

TABELLA 2

Il-bidla fl-indiċi tal-prezz minn sena għal oħra u l-prezz reali tal-karozzi espress f'%

(Jannar 2011 imqabbel ma’ Jannar 2010)

Il-prezzijiet tal-karozzi huma espressi bil-munita lokali, billi tqies ir-roħs u ġew inklużi t-taxxi. Sors: Eurostat

Il-Pajjiżi taż-Żona tal-Euro

Prezz nominali tal-karozzi

Inflazzjoni viżibbli

Prezzijiet reali tal-karozzi

l-Awstrija

0,9

2,5

-3,4

il-Belġju

0,7

3,7

-3,0

Ċipru

-1,6

3,0

-4,5

l-Estonja

-0.1

5.1

-5.2

il-Finlandja

1,2

3,1

-1,9

Franza

1,1

2,0

-0,9

il-Ġermanja

0,1

2,0

-1,9

il-Greċja

1,1

4,9

-3,8

l-Irlanda

-5,5

0,2

-5,7

l-Italja

2,1

1,9

0,2

il-Lussemburgu

0,9

3,4

-2,5

Matla

3,5

3,3

0,2

il-Pajjiżi l-Baxxi

-1,7

2,0

-3,7

il-Portugall

6,2

3,6

2,6

is-Slovakkja

-14,2

3,2

-17,4

is-Slovenja

-9,3

2,3

-11,6

Spanja

1,4

3,0

-1,6

Żona tal-Euro

0,8

2,3

-1,5

Pajjiżi barra ż-Żona tal-Euro

Prezz nominali tal-karozzi

Inflazzjoni viżibbli

Prezzijiet reali tal-karozzi

il-Bulgarija

-9,2

4,3

-13,5

ir-Repubblika Ċeka

-7,1

1,9

-9,0

id-Danimarka

-1,0

2,6

-3,6

l-Estonja

-0,1

5,1

-5,2

l-Ungerija

-2,5

4,0

-6,5

il-Latvja

-2,6

3,5

-6,1

il-Litwanja

-4,4

2,8

-7,2

il-Polonja

-2,1

3,6

-5,6

ir-Rumanija

4,7

7,0

-2,3

l-Isvezja

0,3

1,4

-1,1

ir-Renju Unit

0,3

4,0

-3,7

UE

Prezz nominali tal-karozzi

Inflazzjoni viżibbli

Prezzijiet reali tal-karozzi

0,3

2,8

-2,5

Persuni ta’ kuntatt :

Amelia Torres (+32 2 295 46 29)

Marisa Gonzalez Iglesias (+32 2 295 19 25)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website