Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

L-approvazzjoni tal-ewwel skemi ta' sostenibbiltà tal-UE għall-bijofjuwils.

Brussell, it- 19 ta' Lulju  2011 – il-bijofjuwils jistgħu joffru sostituzzjoni li tħares l-ambjent minflok il-fjuwils fossili. Madanakollu, irridu niżguraw li l-foresti tropikali u t-torbiera rikki fil-karbonju ma jinbidlux f’palm taż-żejt jew fi pjantaġġjuni tal-kannamiela. Irridu niggarantixxu wkoll li meta jitqabblu mal-fjuwils fossili, il-bijofjuwils li jintużaw fl-UE jwasslu għall-iffrankar tanġibbli tal-gassijiet b’effett ta' serra. Għal dan il-għan, is-sostenibbiltà tal-bijofjuwils għandha tiġi spezzjonata mill-Istati Membri jew permezz ta' skemi volontarji li jkunu ġew approvati mill-Kummssjoni Ewropea. Illum, il-Kummissjoni rrikonoxxiet sebgħa minn dawn l-iskemi volontarji: L-ISCC, il-Bonsucro EU, l-RTRS EU RED, l-RSB EU RED, it-2BSvs, l-RSBA, u l-Greenergy. Dan ir-rikonnoxximent japplika direttament fis-27 Stat Membru.

Il-Kummissarju għall-Enerġija, Günther Oettinger qal: "Irridu niżguraw li l-katina kollha tal-produzzjoni u l-provvista tal-bijofjuwils tkun sostenibbli. Għal din ir-raġuni aħna stabbilixxejna l-ogħla standards ta’ sostenibbiltà fid-dinja. L-iskemi rikonoxxuti llum fil-livell tal-UE huma eżempju tajjeb ta’ sistema trasparenti u affidabbli li tiżgura li dawn l-istandards għoljin jintlaħqu."

Sabiex il-bijofjuwils użati fl-UE, kemm jekk jiġu prodotti lokalment u kemm jekk jiġu importati, jirċievu l-appoġġ mingħand il-gvern jew ikunu jistgħu jilħqu l-miri obbligatorji tal-enerġija rinnovabbli nazzjonali, dawn għandhom ikun konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà. Dawn il-kriterji għandhom l-għan li jipprevjenu l-konverżjoni ta’ żoni b’bijodiversità għolja u b’ħażna għolja ta’ karbonju għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-bijofjuwils. Fil-prattika dan ifisser li l-bijofjuwils li jsiru mill-uċuħ tar-raba’ li jkunu tkabbru jew minn artijiet li kienu foresti tropikali jew mergħat naturali b'ekosistema unika ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala sostenibbli. Barra minn hekk, l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta' serra tul il-katina kollha tal-produzzjoni jeħtieġ li jkunu mill-anqas 35 % aktar baxxi meta jitqabblu mal-fjuwils fossili. Dak il-limitu għandu jiżdied mal-medda taż-żmien.

Sfond

L-UE stess stabbilixxiet mira li sal-2020 tilħaq sehem minimu ta’ 10 % tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport. Meta jintużaw il-bijofjuwils biex tintlaħaq din il-mira, dawn għandhom jissodisfaw sensiela ta’ rekwiżiti ta' sostenibbiltà. Dan ifisser li l-proċess tal-bijofjuwils ma jistax isir minn żoni li jkollhom valur għoli ta’ bijodiversità, bħalma huma żoni protetti, jew minn żoni li jaħżnu ammont kbir ta’ karbonju, bħall-foresti jew it-torbiera.

Il-kumpaniji jistgħu jagħżlu jekk iridux juru li huma konformi ma’ dawn r-rekwiżiti sostenibbli permezz ta’ sistemi nazzjonali jew billi jingħaqdu ma’ skema volontarja li tkun rikonoxxuta mill-Kummissjoni.

Meta l-Kummissjoni tkun spezzjonat bir-reqqa skema li tkun konformi mar-rekwiżiti sostenibbli u tkun sodisfatta li tkopri b'mod adegwat ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli1, din tagħti r-rikonoxximent tagħha għal ħames snin. Skema bħal din tivverifika fejn u kif jiġu prodotti l-bijofjuwils. Jekk ir-regoli tal-iskema volontarja jkunu ġew osservati, l-iskema tkun tista’ toħroġ ċertifikat għal dak il-prodott.

Wara valutazzjoni dettaljata li għamlet il-Kummissjoni u wara diversi titjibiet, ġew rikonoxxuti l-iskemi li ġejjin:

  • ISCC (Skema Ġermaniża (iffinanzjata mill-Gvern) li tkopri kull tip ta’ bijofjuwil)

  • Bonsucro EU (Inizjattiva ta’ diskussjoni għall-bijofjuwils ibbażati fuq il-kannamieli, b’iffokar fuq il-Brażil)

  • RTRS EU RED (Inizjattivi ta’ diskussjoni għal bijofjuwils ibbażati fuq is-sojja, b’iffokar fuq l-Arġentina u l-Brażil)

  • RSB EU RED (Inizjattiva ta’ diskussjoni li tkopri kull tip ta’ bijofjuwil)

  • 2BSvs (Skema ta’ industrija Franċiża li tkopri kull tip ta’ bijofjuwil)

  • RSBA (Skema ta’ industrija għal Abengoa li tkopri l-katina tal-provvista tagħhom)

  • Greenergy (Skema ta’ industrija għal Greenergy li tkopri l-etanol mill-kannamiela mill-Brażil)

Attwalment, il-Kummissjoni qed tiddiskuti ma’ skemi volontarji oħrajn kif dawn jistgħu jtejbu l-istandards tagħhom sabiex jilħqu r-rekwiżiti ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils.

Aktar tagħrif

L-iskemi rikonoxxuti u r-rapporti tal-valutazzjoni ser jiġu ppubblikati fuq il-Pjattaforma tat-Trasparenza fuq:

http://ec.europa.eu/energy/renewables/biofuels/sustainability_schemes_en.htm

Aktar dettalji dwar l-iskemi li ġew rikonoxxuti llum jistgħu jinstabu fil-MEMO/11/522.

Persuni ta' kuntatt:

Marlene Holzner (+32 2 296 01 96)

Nicole Bockstaller (+32 2 295 25 89)

1 :

Id-Direttiva 2009/28/KE


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site