Navigation path

Left navigation

Additional tools

10 snin tal-munita ewro: u r-rebbieħ huwa …

European Commission - IP/11/817   30/06/2011

Other available languages: EN FR DE ES NL IT SV PT FI EL ET SK SL

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

10 snin tal-munita ewro: u r-rebbieħ huwa …

Brussell, it-30 ta’Ġunju 2011 – Iċ-ċittadini u r-residenti taż-żona tal-ewro għażlu d-disinn rebbieħ ta' munita ewro ġdida li ser toħroġ f'Jannar li ġej biex tfakkar l-10 snin tal-muniti u l-karti tal-flus tal-ewro. Kważi 35 000 persuna vvutaw f’kompetizzjoni onlajn biex għażlu bejn ħames disinji li kienu ġew magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iċ-ċittadini taż-żona kollha tal-ewro. Il-munita kommemorattiva taż-2 euro l-ġdida ser tinħareġ mill-Istati Membri kollha li jinsabu fiż-żona tal-ewro. Huwa stmat li madwar 90 miljun munita minn dawn ser ikunu fiċ-ċirkolazzjoni.

Id-disinn rebbieħ jissimbolizza l-mod li bih l-ewro kellha rwol tassew globali fl-aħħar għaxar snin u l-importanza tal-ewro fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini (irrappreżentata mill-persuni fid-disinn), fil-kummerċ (il-vapur), fl-industrija (il-fabbrika) u fl-enerġija (impjanti tal-enerġija tar-riħ).

L-għażla tad-disinn tal-munita

Iċ-ċittadini tal-pajjiżi taż-żona tal-ewro ġew mistiedna biex iressqu d-disinji permezz ta’ sit tal-internet apposta matul perjodu ta’ tliet ġimgħat f’Mejju. Ġurija professjonali għażlet ħamsa minn fost aktar minn 800 disinn li tressqu.

Dawn il-ħames disinni tressqu għall-vot pubbliku fuq sit tal-internet għaċ-ċittadini u r-residenti taż-żona tal-ewro bejn is-6 u l-24 ta’ Ġunju. Kważi 35 000 persuna vvotaw. Id-disinn rebbieħ kiseb 34 % tal-voti.

Id-disinn rebbieħ ġie magħmul mis-Sur Helmut Andexlinger li huwa disinjatur professjonali fiz-zekka tal-Awstrija.

Muniti tal-euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni

Din hija t-tielet darba li l-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro ħarġu munita tal-ewro b'disinn komuni fuq in-naħa nazzjonali. L-ewwel waħda kienet il-munita kommemorattiva taż-2 euro li ħarġet fl-2007 biex tiċċelebra l-50 anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma u t-tieni waħda dik li biha tfakkru l-10 snin ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-ħolqien tal-ewro bħala flus skritturali, fl-2009.

Il-muniti kommemorattivi dejjem kellhom il-valur ta' 2 euro, u jiċċirkolaw fiż-żona tal-ewro kollha, filwaqt li spiss jqajmu interess qawwi fost dawk li jġemmgħu l-muniti.

Għal aktar informazzjoni dwar il-muniti ewro żur is-sit:

http://ec.europa.eu/economy_finance/euro/index_mt.htm

Contacts :

Amadeu Altafaj Tardio (+32 2 295 26 58)

Catherine Bunyan (+32 2 299 65 12)

Pia Seppälä (+32 2 299 24 88)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website