Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-Teknoloġiji Ewlenin ta' Appoġġ se jkunu ta' stimolu għas-supremazija teknoloġika tal-Ewropa

European Commission - IP/11/796   28/06/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

It-Teknoloġiji Ewlenin ta' Appoġġ se jkunu ta' stimolu għas-supremazija teknoloġika tal-Ewropa

Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2011 Grupp ewlieni ta' esperti mwaqqaf illum mill-Kummissjoni stabbilixxa linji gwida dwar kif l-industrija Ewropea tista' tingħata vantaġġ kompetittiv bl-użu tat-teknoloġiji industrijali tal-futur (It-Teknoloġiji Ewlenin ta' Appoġġ - KETs). Il-konklużjonijiet ewlenin jistaqsu lil min jieħu d-deċiżjonijiet biex jadottaw għanijiet politiċi radikali biex il-kapaċità kritika tinżamm fl-Ewropa permezz ta' approċċ wieħed komprensiv għall-KETs. B'mod partikolari, il-grupp jirrakkomanda li l-importanza vitali tal-KETs għandha tiġi riflessa fil-bilanċ bejn l-istruttura u l-finanzjament fil-qafas li ġej għar-riċerka u l-innovazzjoni u fil-prijoritajiet tal-politika reġjonali futura tal-UE. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani wissa li l-industrija Ewropea "ssofri telf fil-kompetittività" jekk tonqos milli tisfrutta sew is-sitt KETs importanti li ġejjin (il-mikroelettronika u n-nanoelettronika, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija industrijali, il-fotonika, in-nanoteknoloġija u s-sistemi avvanzati tal-manifattura). "L-innovazzjoni tal-Ewropa tiddependi mill-iżvilupp u t-tkabbir tat-Teknoloġiji Ewlenin ta' Appoġġ. Hemm bżonn li niffukaw il-politiki tagħna u nallinjawhom biex jinħolqu iktar sinerġiji bejn l-istrumenti tagħna biex insaħħu l-kapaċitajiet tal-Ewropa fil-qasam tal-KETs. Jiena konvint li l-applikazzjonijiet ta' segwitu tal-KETs se jippermettu l-ħolqien ta' iktar impjiegi u tkabbir. L-impenn ta' partijiet interessati mis-settur privat li jinvestu fl-Ewropa wkoll se jkun vitali għas-suċċess," qal il-Kummissarju.

Proġetti ta' riċerka teknoloġika u turija tal-prodott għandhom jingħataw prijorità għolja. Rakkomandazzjonijiet ulterjuri jkopru l-kumbinazzjoni ta' mekkaniżmi ta' finanzjament fil-livell nazzjonali u tal-UE u sett ta' azzjonijiet għal tisħiħ tal-ħiliet teknoloġiċi fl-Ewropa. Qiegħda tintalab politika "l-ewwel fl-Ewropa" għall-Proprjetà Intellettwali u qed jiġi propost ukoll mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex jiġu analizzati l-iżviluppi tas-suq dwar il-KETs.

Il-Kummissjoni se tħejji rapport dwar ir-rakkomandazzjonijiet politiċi f'komunikazzjoni fil-bidu tal-2012.

Sfond

Il-KETs jinsabu fil-qalba tal-prodotti avvanzati innovattivi

Kumbinazzjonijiet ta' KETs jinsabu fil-qalba tal-parti l-kbira tal-prodotti avvanzati. Pereżempju, karozza elettrika hija kumbinazzjoni ta' materjali avvanzati għall-batteriji, komponenti mikroelettroniċi għall-elettronika tal-qawwa sabiex jonqos il-piż tal-karozza, fototonika għal dawl b'konsum baxx, bijoteknoloġiji industrijali għal tajers bi frizzjoni baxxa u finalment sistemi ta' manifattura avvanzata biex jiġu prodotti vetturi elettriċi bi spiża kompetittiva. Hekk ukoll telefown ċellulari jinkorpora ċipep mikroelettroniċi għall-komunikazzjonijiet, kamera u ottika li tippermetti l-fototonika, materjali avvanzati għal skrins tattili ġodda u iktar. Strument reċenti ta' ttestjar tal-influwenza tat-tjur f'ħin reali inkorpora tikketti bijoteknoloġiċi, ċipep mikroelettroniċi, detezzjoni fototonika b'bażi ta' lejżers, u uċuħ ottimizzati bin-nanoteknoloġija għal ipproċessar fluwidiku.

Il-Grupp ta' Livell Għoli tnieda fit-13 ta' Lulju 2010 mill-Viċi Presidenti Antonio Tajani u Neelie Kroes u l-Kummissarju Maire Geoghegan-Quinn u ltaqa' tliet darbiet.

Iktar tagħrif

http://ec.europa.eu/enterprise/hlg_kets.htm

Kuntatti:

Carlo Corazza (+32 2 295 17 52)

Andrea Maresi (+32 2 299 04 03)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website