Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni qed iżżid l-isforzi tagħha biex tiġġieled kontra l-frodi fil-konfront tal-baġit tal-UE

European Commission - IP/11/783   24/06/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Il-Kummissjoni qed iżżid l-isforzi tagħha biex tiġġieled kontra l-frodi fil-konfront tal-baġit tal-UE

Brussell, l-24 ta’ Ġunju  - Fl-2009 biss, l-Istati Membri rrappurtaw EUR 280 miljun f’każi suspettati ta' frodi li jinvolvu l-fondi tal-UE. Għalkemm din iċ-ċifra tirrappreżenta anqas minn 0.2 % tal-baġit totali tal-UE, il-Kummissjoni hija determinata li tħarrax aktar il-ġlieda kontra l-frodi. . F’dan il-kuntest, illum il-Kummissjoni adottat Strateġija ġdida kontra l-Frodi biex taġġorna u timmodernizza l-politiki tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi. Din l-istrateġija tipproponi grupp ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni ser timmaniġġja jew tissorvelja l-fondi tal-UE, fil-livelli kollha u fis-setturi kollha, bl-aqwa għodod possibbli biex ma jkunx hemm frodi u biex jinqabad il-frodi fil-baġit tal-UE. Din l-Istateġija l-ġdida ser tkopri ċ-"ċiklu kontra l-frodi" kollu, jiġifieri mill-prevenzjoni u s-sejba tal-frodi fi stadju bikri sal-investigazzjonijiet, is-sanzjonijiet u l-irkupru tal-fondi li jintużaw ħażin. Ser tkopri wkoll kemm il-lat tad-dħul finanzjarju kif ukoll dak tal-infiq tal-baġit tal-UE, inkluż il-baġit li parti minnu huwa ġestit mill-Istati Membri tal-UE. Flimkien mal-Istrateġija tal-lum, hemm Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra l-kutrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE.

Algirdas Šemeta, il-Kummissarju tal-UE responsabbli għall-Ġlieda kontra l-Frodi qal: “Aħna għandna obbligu lejn il-kontribwenti fl-UE biex il-baġit tal-UE jkun jista' jintuża bl-aħjar mod possibbli. Għal dan il-għan, irridu nagħtu eżempju billi niżguraw li l-flus tal-UE qed jaslu għand il-benefiċjarji proprja u li jkunu qed jintefqu għall-iskopijiet li għalihom ikunu intenzjonati. L-Istateġija kontra l-Frodi hija element ewlieni biex tkompli tittejjeb l-effiċjenza tal-baġit, mill-bidu nett tal-katina sakemm il-fondi tal-UE jaslu għand il-benefiċjarji. L-ewwel riżultat konkret ta’ dan l-approċċ il-ġdid huwa l-Pjan ta’ Azzjoni kontra l-kutrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE. Kull sena, l-Istati Membri u l-UE jitilfu biljuni ta’ ewro f’taxxi u dħul mid-dwana minħabba l-kummerċ illeċitu tas-sigaretti. Irridu nieħdu l-miżuri kollha li nistgħu biex inwaqqfu din l-attività illegali li tiswa ħafna flus."

Sfond

Karatteristiċi ewlenin:

L-istrateġiji speċifiċi li l-Kummissjoni qed tipproponi llum ser jiġu stabbiliti biex ikopru l-ħidma tal-uffiċċjali tal-proġett, il-persunal tal-finanzi u l-awdituri tal-Kummissjoni inkarigati mill-amministrazzjoni tal-fondi tal-UE, bħal ma huma l-Fondi Stutturali jew il-Fondi Ewropej għas-Sajd.

Approċċ aktar sistematiku kontra l-frodi fil-konfront tal-baġit tal-UE ser jiġi adottat bis-saħħa tal-għodod ġodda tal-IT biex b'hekk jittejjeb l-awditjar u l-kapaċitajiet ta’ kontroll tal-Kummissjoni u jkunjista' jiġi estiż lil hinn mis-servizzi attwali.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li ssaħħaħ r-rwol tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) billi tittejjeb l-assistenza li diġà qed tiġi pprovduta lis-servizzi tal-Kummissjoni meta dawn iħabbtu wiċċhom ma' każijiet ta' frodi fil-konfront tal-baġit tal-UE. B’din il-proposta, il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li tintensifika l-komunikazzjoni dwar il-penalitajiet li jissanzjonaw lil dawk li jikkomettu l-frodi jew lill-benefiċjarji tal-fondi użati ħażin tal-UE.

Fil-livell reġjonali, l-ewwel missjoni tal-Istrateġija kontra l-Frodi hija l-Pjan ta’ Azzjoni li qed jiġi ppreżentat illum kontra l-kutrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE. Il-pjan jipproponi azzjonijiet b’mira u li jvarjaw mit-tisħiħ tal-kapaċitajiet fiż-żewġ naħat tal-fruntiera, it-twaqqif ta’ unitajiet mobbli mħarrġa u tagħmir ġdid tul il-fruntiera (għodod ta’ rikonoxximent awtomatiku, skeners, tagħmir għall-viżjoni bil-lejl eċċ…) sal-ħtieġa li ssir reviżjoni tal-mod li bih il-penalitajiet tad-dwana japplikaw fl-UE bħalissa u li tittejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari dik mal-ġirien tal-Lvant tal-UE. Kull sena, l-Istati Membri u l-UE jitilfu aktar minn EUR 10 biljun fi dħul mid-dwana u mit-taxxi minħabba l-kutrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol.

Il-miżuri li qed jiġu proposti llum u li huma parti mill-Istrateġija kontra l-Frodi huma mistennija li jidħlu fis-seħħ bejn issa u l-2014.

L-Istrateġija kontra l-Frodi tidħol fl-approċċ kompensiv biex jiġu miġġielda l-frodi u korruzzjoni, u tikkomplimenta l-inizjattivi riċenti mnedija mill-Kummissjoni bħalma hija r-riforma tal-Uffiċċju Ewopew għal Kontra l-Frodi (OLAF) (IP/11/321, MEMO/11/176), Il-Komunikazzjoni dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE mil-liġi kriminali u l-investigazzjonijiet amministrattivi (IP/11/644 u MEMO/11/343) u l-Komunikazzjoni dwar il-Ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE (IP/11/678 u MEMO/11/376). L-istrateġija issaħħaħ wkoll il-ħtieġa identifikata fil-preparazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li ser jiġi ppreżentat il-ġimgħa d-dieħla, li dan ikun jinkludi l-miżuri xierqa kontra l-frodi fil-politiki differenti tal-UE.

Għal aktar tagħrif ara:

MEMO/11/454

Komunikazzjoni dwar l-istrateġija kontra l-frodi

Il-Pjan ta’ Azzjoni li ppreżentat illum il-Kummissjoni kontra l-kutrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE.

Il-sit elettroniku tal-Kummissarju Algirdas Šemeta, Kummissarju tal-UE responsabbli għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, il-Verifika u l-Ġlieda kontra l-Frodi:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/semeta/index_en.htm

Contacts :

David Boublil (+32 2 296 55 73)

Maud Scelo (+32 2 298 15 21)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website