Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex timmodernizza d-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali

Commission Européenne - IP/11/767   22/06/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex timmodernizza d-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali

Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2011 – B’konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni qed taħdem biex timmodernizza d-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali (id-Direttiva 2005/36/KE).

Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Michel Barnier qal: "L-aġġornament tad-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali huwa waħda mill-prijoritajiet tal-Att dwar is-Suq Uniku, u ser jgħin biex l-ekonomija Ewropea ssir aktar kompetittiva filwaqt li jinkoraġġixxi t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Jeħtieġ li nagħmluha aktar faċli biex il-professjonisti jmorru fejn jinsabu postijiet vakanti ta' xogħol.

Ser nikkunsidraw għadd ta’ kwistjonijiet importanti matul dan il-proċess, li jinkludu l-ħolqien ta’ tessera professjonali għall-professjonijiet interessati u t-titjib talr-rekwiżiti ta’ taħriġ għal ċerti professjonjiet."

Il-Green Paper tiddeskrivi l-mezzi possibbli biex jissoktaw jibnu fuq il-kisbiet tal-passat filwaqt li jiżviluppaw strateġiji ġodda biex tittejjeb il-mobbiltà:

Pereżempju, l-introduzzjoni ta tessera professjonali, li tkun marbuta mill-qrib mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI, Internal Market Information System), tkun tista’ tagħmilha ferm aktar faċli biex il-professjonisti jkollhom il-kwalifiki tagħhom rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor. Tessera professjonali li tinħareġ minn awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-Istat Membru tal-professjonist/a tkun tista mbagħad tippermetti li l-professjonist/a j/turi l-kredenzjali tiegħu/tagħha lill-konsumaturi, lil min iħaddem u lill-awtoritajiet rilevanti fi Stat Membru ieħor (billi jkollu/jkollha l-kwalifiki neċessarji, jkun/tkun awtorizzat/a biex j/tipprattika).

Bl-istess mod, il-partijiet interessati huma mistiedna li jagħtu l-kontribut tagħhom dwar il-potenzjal futur ta’ pjattaformi komuni biex tiffaċilita l-mobbiltà tal-professjonisti fejn ma ma jkun hemm l-ebda rikonoxximent awtomatiku, billi tiġi żviluppata sensiela ta’ ftehimiet maqbula għall-kwalifiki personali. Dawn jistgħu jintużaw biex inaqqsu d-differenzi fir-rekwiżit tat-taħriġ).

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għat-taħriġ minimu ta’ ċerti professjonijiet (pereżempju ċerti professjonijiet tas-saħħa u l-periti) ikunu jistgħu jiġu riformati. Għal dan il-għan, jistgħu jkunu meħtieġa ċerti aġġustamenti għat-tul taż-żmien u l-kontenut tat-taħriġ, kif ukoll, aktarx, it-tibdil tar-rekwiżit tal-ħiliet tal-lingwi għall-professjonijiet tas-saħħa. Dan għandu wkoll isaħħaħ il-leġittimità tar-rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jwieġbu għal din il-konsultazzjoni sal-20 ta’ Settembru 2011. Wara dan, il-Kummissjoni ser torganizza konferenza ta’ livell għoli fis-7 ta’ Novembru 2011. Huwa previst li għal Diċembru 2011 toħroġ proposta leġiżlattiva.

Sfond

Il-Green Paper għandha l-għan li tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar il-modernizzazzjoni tad-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali (id-Direttiva 2005/36/KE).

L-għan ewlieni ta’ dan hu li tiġi ffaċilitata l-mobbiltà taċ-ċittadini Ewropej għal skopijiet professjonali. Huwa wieħed mit-12-il strument proposti fl-Att tal-Kummissjoni dwar is-Suq Uniku (IP/11/469). Il-Green Paper hija bbażata fuq ir-rapport dwar kif tiffunzjona d-Direttiva fil-prattika (IP/10/1367) u l-ewwel konsultazzjoni pubblika fuq livell tekniku mnedija f’Jannar 2011 (IP/11/14). Sal-aħħar ta’ Ġunju ser jiġi ppubblikat rapport finali ta’ evalwazzjoni, kif ukoll sommarju tal-ewwel konsultazzjoni.

Id-dokument ta’ konsultazzjoni jista’ jinstab hawn:

http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2011/professional_qualifications_directive_en.htm

Ara wkoll MEMO/11/438

Għal aktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/index_en.htm

Kuntatti :

Chantal Hughes (+32 2 296 44 50)

Catherine Bunyan (+32 2 299 65 12)

Carmel Dunne (+32 2 299 88 94)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site