Navigation path

Left navigation

Additional tools

Aġenda Diġitali: Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni "L-aqwa kontenut onlajn tat-tfal"

European Commission - IP/11/746   17/06/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-istampa

Aġenda Diġitali: Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni "L-aqwa kontenut onlajn tat-tfal"

Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2011 – Neelie Kroes, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Aġenda Diġitali ppreżentat il-premijijiet lill-persuni li ħolqu l-aqwa kontenut onlajn, logħob intelliġenti, ġurnali onlajn interattivi jew siti tal-internet għal tfal taħt it-12-il sena Il-Kummissjoni, flimkien maċ-Ċentri tal-Internet aktar Sikuri minn 14-il pajjiż, irċevew 780 proġett b’rispons għall-kompetizzjoni "L-aqwa kontenut onlajn tat-tfal" imfassla biex tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' kontenut ta’ kwalità u biex tisħaq fuq il-potenzjal eżistenti onlajn għat-tfal. L-ewwel kompetizzjoni kienet miftuħa għaż-żgħażagħ u l-adulti, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet kummerċjali. Tliet rebbieħa f’kull waħda miż-żewġ kategoriji (żgħażagħ u adulti) rċevew il-premjijiet. Ir-rebbieħa kienu mill-Belġju, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja.

Filwaqt li ta’ kull sena t-tfal qed jidħlu fl-internet ta’ età iżgħar, wieħed/waħda biss minn tlitt itfal ta’ bejn id-9 u t-12-il sena jħoss/tħoss li hemm biżżejjed affarijiet adattati għalih/a fuq l-internet, skont stħarriġ riċenti EUKidsOnline (IP/10/1368). Il-premjijiet kienu ppreżentati fi Brussell matul ċerimonja fl-Assemblea tal-Aġenda Diġitali. Il-Kummissjoni hija impenjata li tgħin lill-ġenituri u lit-tfal tagħhom biex ikunu sikuri onlajn bħala parti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (ara IP/10/581, MEMO/10/199 u MEMO/10/200).

Neelie Kroes qalet: Ninsab kuntenta li ħafna żgħażagħ ħatfu l-opportunità biex joħolqu kontenut adattat għal tfal iżgħar minnhom. Nittama li aktar adulti u negozji jiżguraw li l-kontenut tagħhom ser jagħmel l-internet aktar sinjur u sit aktar attraenti għat-tfal.

Aktar tard matul din is-sena, il-Kummissjoni ser tniedi inizjattiva ġdida biex tgħin ħalli l-internet ikun sit aktar sikur, filwaqt li jgħin bis-sħiħ liż-żgħażagħ biex jitgħallmu x’inhuma d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom onlajn u jagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġiji l-ġodda filwaqt li jirrispettaw lilhom infushom u lill-oħrajn. Il-Kummissjoni ser tkompli wkoll tistimula t-tkabbir u l-viżibbiltà ta’ kontenut ta’ kwalità tajba onlajn għat-tfal, tippromwovi d-diversità kulturali u tal-lingwi u tgħin lill-ġenituri biex jiksbu l-kunfidenza mill-benefiċċji tat-teknoloġija l-ġodda għat-tfal.

Ir-rebbieħa fil-kategorija "Żgħażagħ"

L-ewwel premju - www.palkan.de – huwa portal onlajn "ġurnal għall-istudenti“ li jiffoka fuq it-tagħlim, il-komunikazzjoni fost l-istudenti tampar xulxin u l-informazzjoni dwar avvenimenti attwali. Dan sar minn studenti tal-5 u s-6 sena tal-iskola Bruno-H.-Bürgel-Schule fil-Ġermanja.

It-tieni premju - www.habbolive.nl – huwa sit iddedikat għad-dinja virtwali ta’ Habbo Hotel. Habbolive jagħti lis-sostenituri ta' Habbo l-aħħar informazzjoni dwar dak li jkun għaddej f’Habbo u joffri logħob għat-tfal. Habbo ġie maħluq minn Wim Borgerdijn (14), Kimberly Nijzink (15) u Mark Bruil (15) li ġejjin mill-Pajjiżi l-Baxxi.

It-tielet premju - www.superpilot.cba.pl – huwa sit li jindirizza l-kwistjonijiet dwar s-sikurezza ġenerali u s-sikurezza onlajn u jipprovdi għajnuniet u riżorsi edukattivi ġenerali Aleksandra Anna Klimczak (16) u Wojciech Wiesław Froń (16) mill-Polonja ħolqu dan is-sit.

Ir-rebbieħa fil-kategorija "Adulti"

L-ewwel premju - www.hetklokhuis.nl – huwa sit edukattiv u divertenti b’ħafna possibiltajiet biex jinħoloq kontenut, pereżempju permezz tal-iSketchMaker u l-GameMaker. Dan ġie vvintat minn Hetklokhuis, il-programm edukattiv televiżiv Olandiż għat-tfal.

It-tieni premju - www.kinderzeitmaschine.de – huwa sit tal-internet dwar l-istorja tal-umanità, maħluq minn Sabine Gruler, Kirsten Wagner u Bianca Bonacci, inizjattiva privata mill-Ġermanja.

It-tielet premju - www.ketnet.be – huwa sit tal-internet li għandu l-għan li jgħin lit-tfal ikunu kreattivi, pereżempju biex ipinġu jew biex jagħmlu l-kwiżżis Dan sar mill-istazzjoni Televiżiv Fjamming għat-tfal Ketnet

Tagħrif ġenerali

Il-kompetizzjoni għall-aqwa kontenut onlajn tnieda f’Ottubru 2010. Bejn Novembru 2010 u April 2011 il-kompetizzjoni saret fuq livell nazzjonali fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Islanda, l-Italja, il-Latvja, il-Pajjiż l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, u Spanja.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet nazzjonali ġew innominati għall-Premju Ewropew. Ġurija Ewropea, immexxija mill-Professur Sonia Livingstone mil-London School of Economics and Political Science, u l-koordinatriċi tal-proġett EUKidsOnline, għażlet ir-rebbieħa tal-Premjijiet Ewropej.

Għal iktar tagħrif :

Nominees for the European Award for Best Children's Online Content

Aktar tagħrif dwar l-istħarriġ EUKidsOnline:

www.eukidsonline.net

Aktar tagħrif dwar l-għażla u l-kriteji għall-premjijiet tal-kompetizzjoni.

http://ec.europa.eu/information_society/activities/sip/events/competition/index_en.htm

Il-produzzjoni u l-provvediment tal-kontenut onlajn għat-tfal u għaż-żgħażagħ- inventarju

Programm iktar Sikur għall-Internet:

http://ec.europa.eu/information_society/activities/sip/index_mt.htm

Is-sit tal-internet għall-Aġenda Diġitali:

http://ec.europa.eu/information_society/digital-agenda/index_en.htm

Il-sit tal-internet ta' Neelie Kroes: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/kroes/

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter: http://twitter.com/neeliekroeseu

Persuni ta' kuntatt :

Jonathan Todd (+32 2 299 41 07)

Linda Cain (+32 2 299 90 19)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website