Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tippromwovi d-demokrazija u t-tkabbir ekonomiku ma' sħabha tal-Unjoni Afrikana

Commission Européenne - IP/11/656   30/05/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Il-Kummissjoni Ewropea tippromwovi d-demokrazija u t-tkabbir ekonomiku ma' sħabha tal-Unjoni Afrikana

Brussell, it-30 ta' Mejju 2011 – Il-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (UA) u l-Kummissjoni Ewropea qed jiltaqgħu fi Brussell għall-ħames sessjoni annwali tagħhom fuq livell ta' Kulleġġ. Huma se jipproċedu abbażi ta' aġenda konġunta tas-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-UE u se jiffukaw id-diskussjoni tagħhom fuq żewġ kwistjonijiet urġenti li bħalissa huma ta' importanza: id-demokrazija u t-tkabbir ekonomiku.

Ir-trasformazzjonijiet demokratiċi profondi li bħalissa għaddejjin fl-Afrika ta' Fuq jistħoqqilhom l-appoġġ b'entużjażmu tal-atturi kollha internazzjonali, bil-għan li tissaħħaħ il-governanza politika u ekonomika madwar il-kontinent Afrikan. Fl-istess waqt, hekk kif id-dinja tinsab ħierġa mill-kriżi ekonomika, waħda mill-isfidi kruċjali komuni sew għall-Afrika kif ukoll għall-Ewropa hija dik li tingħata spinta għat-tkabbir ekonomiku u ffukar fuq żvilupp inklussiv u sostenibbli għall-Afrika, bl-għajnejn mixħuta fuq il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju sal-2015.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso qabel il-laqgħa qal: "It-tibdil storiku inkoraġġanti fil-kontinent Afrikan jippreżenta opportunitajiet kbar ħafna biex jitjiebu r-relazzjonijiet bejn il-kontinenti tagħna. Iż-żewġ Kummissjonijiet tagħna se jkomplu jservu bħala l-muturi tas-Sħubija Konġunta ambizzjuża bejn l-UE u l-Afrika. Flimkien nistgħu niksbu progress reali għall-poplu tal-Ewropa u tal-Afrika billi naffaċċjaw kwistjonijiet globali, billi noħolqu aktar opportunitajiet għall-kummerċ, għall-investiment u għall-iżvilupp inklussiv, u billi nindirizzaw l-aspirazzjonijiet tal-poplu għal riformi demokratiċi u għall-ġustizzja soċjali.

Is-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-UE ssegwi għanijiet komuni lil hinn mir-relazzjoni tradizzjonali bejn donatur u riċevitur, fi djalogu bejn entitajiet li huma ndaqs. L-UE hija l-akbar sieħba għall-kontinent Afrikan fejn jidħol kummerċ. Fl-2009, 36% tal-importazzjoni totali lejn l-Afrika oriġinat mill-Ewropa. L-istituzzjonijiet Ewropej huma wkoll it-tieni l-akbar donatur fid-dinja tal-Afrika. Il-Kummissjoni Ewropea impenjat €24.4 biljun permezz tal-istrumenti finanzjarji varji tagħha għall-perjodu 2007-2013, b'appoġġ għall-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE, u s-sħubijiet tematiċi tagħha.

Id-diskussjonijiet għandhom l-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni politika u teknika bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, jagħtu spinta ġdida lill-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġuna bejn l-Afrika u l-UE, u jipprovdu elementi għall-aġenda politika futura.

Isegwi

L-Aġenda tal-laqgħa fil-livell ta' Kulleġġ

Il-programm tal-laqgħa bejn iż-żewġ Kummissjonijiet huwa maqsum bejn laqgħat fi gruppi tematiċi tal-Kummissarji, laqgħat bilaterali kif ukoll sessjoni plenarja li se ssir fil-għodu fl-1 ta' Ġunju.

Fil-31 ta' Mejju, il-laqgħat fi gruppi tematiċi se jkopru: l-Affarijiet Politiċi; l-Integrazzjoni Reġjonali, il-kummerċ u l-infrastruttura; l-Affarijiet Soċjali; it-Tibdil fil-Klima u l-Ambjent; il-governanza Ekonomika u l-materja prima. Il-President José Manuel Barroso u l-President tal-Kumissjoni tal-UA Jean Ping se jiltaqgħu fuq livell bilaterali.

Fl-1 ta' Ġunju, il-laqgħat fi gruppi tematiċi se jkopru: il-Kooperazzjoni amministrattiva; l-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel; ix-xjenza, l-ICT, l-Ispazju. Is-suġġett tas-sessjoni plenarja konġunta taż-żewġ Kulleġġi hu "Il-Konsolidazzjoni tat-Tkabbir Ekonomiku u tad-Demokrazija".

Fis-12h40 fl-1 ta' Ġunju (il-ħin għad irid jiġi kkonfermat), il-President José Manuel Barroso u l-President tal-Kummissjoni tal-UA Jean Ping se jindirizzaw konferenza stampa konġunta

Is-Sħubija Strateġika Konġunta bejn l-Afrika u l-UE

80 Kap tal-Istat u tal-Gvern mill-Afrika u mill-Ewropea adottaw l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE f'Lisbona f'Diċembru 2007. Iż-żewġ naħat qablu li jsegwu interessi u għanijiet strateġiċi komuni flimkien, lil hinn mill-kwistjonijiet tradizzjonali ta' żvilupp, lil hinn mill-ambitu ġeografiku esklussiv tal-Afrika u lil hinn mill-istituzzjonijiet bil-parteċipazzjoni ta' atturi mhux mis-settur statali. L-Istrateġija Konġunta tfassal viżjoni għat-tul tal-futur tar-relazzjonijiet bejn l-Afrika u l-UE f'dinja globalizzata. Abbażi ta' din il-viżjoni u ta' prinċipji komuni, l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE tiddefinixxi tmien sħubijiet speċifiċi: il-paċi u s-sigurtà; il-Governanza demokratika u d-drittijiet tal-bniedem; il-Kummerċ, l-integrazzjoni reġjonali u l-infrastruttura; l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs); l-Enerġija; it-Tibdil tal-klima il-Migrazzjoni, il-mobilità u l-impjiegi; ix-xjenza, is-soċjetà tal-informazzjoni u l-ispazju.

F'Novembru 2010, il-mexxejja Afrikani u tal-UE reġgħu ltaqgħu taħt it-tema predominanti ta' "Investiment, Tkabbir Ekonomiku u Ħolqien tal-Impjiegi" sabiex jieħdu l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ kontinenti għal livell ġdid u aktar ambizzjuż. Huma kkonfirmaw l-Istrateġija Afrikana Konġunta bħala l-qafas politiku ċentrali għar-relazzjonijiet tagħhom. Sabiex tiġi implimentata din l-Istrateġija, ġie adottat Pjan ta' Azzjoni konġunt għall-2011-2013, li jinkludi azzjonijiet konkreti li għandhom jiġu segwiti jew jiġu mnedija, dwar l-oqsma strateġiċi u t-tkomplija fuq dak li nkiseb mill-2007 'l quddiem.

Informazzjoni li sservi ta' sfond fuq is-Sħubija u t-tmien oqsma tematiċi tagħha tista' tinkiseb minn: http://www.africa-eu-partnership.org/

L-Unjoni Afrikana u l-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana

L-UA inħolqot fl-2002 u fil-preżent għandha 53 Stat Membru. Hija l-aktar istituzzjoni prestiġġjuża, u l-organizzazzjoni prinċipali, fl-Afrika. L-għanijiet ewlenin tagħha huma li jinkisbu l-unità u s-solidarjetà fuq il-kontinent, tintlaħaq integrazzjoni politika u ekonomika, jiġu promossi l-paċi u s-sigurtà, il-prinċipji u l-istituzzjonijiet demokratiċi kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli.

Il-Kummissjoni tal-UA hija l-istituzzjoni ċentrali fit-tmexxija ta' kuljum tal-Unjoni Afrikana u hija l-interlokutur ewlieni għall-Kummissjoni Ewropea fis-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-UE. Il-Kummissjoni tikkonsisti mill-President, mid-Deputat President u minn tmien Kummissarji. Il-kwartieri ġenerali jinsabu f'Addis Ababa u bħalissa għandha 1500 membru tal-persunal.

Għal aktar informazzjoni:

MEMO/11/351

Il-websajt tad-DĠ għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni – EuropeAid:

http://ec.europa.eu/europeaid/index_mt.htm

Il-websajt tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/piebalgs/index_en.htm

Kuntatti :

Catherine Ray (+32 2 296 99 21)

Wojtek Talko (+32 2 297 85 51)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site