Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/11/641

Brussell, il-25 ta’ Mejju 2011

L-Unjoni Ewropea fis-summut tal-G8 f'Deauville – nagħtu bixra lil dinja li qed tinbidel, u ntuha appoġġ

L-Unjoni Ewropea bħala membru sħiħ tal-G8, se tirsisti biex jinstabu tweġibiet ambizzjużi għall-isfidi komuni waqt is-summit tal-G8 f'Deauville mis-26 sas-27 ta' Mejju. Din hija l-ewwel darba li l-mexxejja tal-G8 qed jiltaqgħu mindu beda it-tibdil fid-dinja Għarbija u mindu seħħ id-diżastru li laqat lill-Ġappun aktar kmieni din is-sena. Huma se jiddiskutu kif il-G8 jista' jappoġġjaw l-aspirazzjonijiet demokratiċi fil-viċinat Ewropew u jieħu l-lezzjonijiet mill-inċident nukleari fil-Ġappun. L-Unjoni Ewropea hija rappreżentata fis-summits tal-G8 u l-G20 mill-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy u mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, il-presidenza tal-G8 u l-G20 fl-2011 tinsab f'idejn Franza.

Il-President Van Rompuy qal: "Dan is-Summit tal-G8 se jindirizza l-aktar kwistjonijiet relevanti u urġenti tal-ġurnata: b'mod partikolari l-istat tal-ekonomija globali u l-iżviluppi fl-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani. Il-G8, bħala grupp, għandu l-piż u s-saħħa meħtieġa biex ikun fuq quddiem fejn jidħlu kwistjonijiet globali maġġuri.

Fil-biċċa l-kbira tal-dinja t-tkabbir ekonomiku qed jaqbad il-pass, bħal ma qiegħed jiġri fl-Unjoni Ewropea. Matul id-diskussjoni ekonomika tal-lum, jiena se naġġorna lill-Mexxejja l-oħra bis-sitwazzjoni fiż-Żona Euro. Il-messaġġ tiegħi se jkun dak li aħna qed naffaċċjaw l-isfida tal-kriżi tad-dejn pubbliku b'mod determinat, u li s-sisien ekonomiċi tagħna għadhom qawwija. Minn dan kollu se noħorġu aktar qawwija u aktar magħquda."

Il-President Barroso qal: "L-Unjoni Ewropea se tmur Deauville biex tirsisti għal sħubija ġdida tal-G8 ma' dawk il-ġirien fin-naħa ta' Isfel tal-Mediterran li għażlu t-triq tal-libertà u d-demokrazija. L-Ewropa uriet it-triq bis-Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni tagħha kif ukoll bil-politika aġġornata tagħha dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, li hija sostnuta minn 7 biljun Euro ta' appoġġ finanzjarju, li 1.24 biljun minnhom huma flejjes ġodda. Fejn tidħol is-sigurtà nukleari, l-UE se tara li torbot lil sħabha bl-ogħla livelli ta' sigurtà possibbli, bi testijiet ta' reżistenza ambizzjużi tal-impjanti nukleari u b'kooperazzjoni internazzjonali msaħħa."

Is-suġġetti ewlenin li għandhom jiġu diskussi mill-mexxejja tal-G8 f'Deauville huma: l-iżvilippi fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq, is-sigurtà nukleari, l-Internet, l-ekonomija dinjija, inkluż il-kummerċ, it-tkabbir ekononiku nadif u l-innovazzjoni, kwistjonijiet ta' paċi u sigurtà, il-kontabbiltà tal-iżvilupp u s-Sħubija tal-G8 mal-Afrika.

Is-Summit se jibda nhar il-Ħamis, is-26 ta' Mejju fis-12.45 bil-laqgħa ta' merħba għall-mexxejja. Fuq l-iskeda hemm sessjonijiet differenti ta' xogħol tal-mexxejja tal-G8 kif ukoll sessjonijiet miftuħa ma' sħab fl-Afrika u fid-dinja Għarbija. Se jipparteċipaw rappreżentanti ewlenin mid-dinja tan-negozju f'partijiet mid-diskussjoni fuq l-Internet. Hemm ukoll skedata laqgħa bilaterali tal-President Barros u l-President Van Rompuy mal-mexxejja tat-Tuneżija u tal-Eġittu. Is-summit jintemm kmieni wara nofsinhar tat-tieni jum.

Il-membri tal-G8 huma: Il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Russja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea.

Avvenimenti għall-istampa:

Konferenza stampa tal-President tal-Kunsill Ewropew Van Rompuy u l-President tal-Kummissjoni Barroso fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Istampa ta' Deauville nhar il-Ħamis, is-26 ta' Mejju, fil-11.30. Trasmissjoni diretta fuq Europe by Satellite (EbS).

Il-websajt tal-President Van Rompuy:

http://www.european-council.europa.eu/the-president.aspx

Twitter: http://www.twitter.com/euHvR

Il-websajt tal-President Barroso:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/president/index_en.htm

Twitter: http://www.twitter.com/EU_Commission

Websajt tas-summit: http://www.g8-g20.com


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site