Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tiffirma Memorandum ta’ Kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili

European Commission - IP/11/540   04/05/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/11/540

Brussell, l-4 ta’ Mejju 2011

Il-Kummissjoni tiffirma Memorandum ta’ Kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili

Siim Kallas, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ Pál Völner, is-Segretarju tal-Istat Ungeriż għall-Infrastruttura, illum iffirma Memorandum ta’ Kooperazzjoni li jipprovdi għal qafas għal kooperazzjoni akbar mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). Il-Memorandum jipprovdi l-bażi għal involviment akbar tal-UE mal-ICAO. .

Il-Viċi President Kallas, responsabbli mit-trasport, qal: "Dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni ser joħloq sitwazzjoni fejn il-partijiet kollha involuti ser jibbenefikaw. L-ICAO ser tibbenefika minn aktar riżorsi u għarfien espert; L-Ewropa ser tibbenefika mill-għarfien espert tal-ICAO u ser issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f’dan il-forum globali.

Il-Memorandum ser jippermetti lill-Ewropa biex tikkontribwixxi għax-xogħol preparatorju biex jiġu stabbiliti l-istandards u l-politika tal-ICAO fl-oqsma tas-sikurezza, is-sigurtà, l-ambjent u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u biex tagħmel użu aħjar mir-riżorsi billi tiskambja l-informazzjoni u tikkoordina l-isforzi.

L-attivitajiet li jaqgħu taħt dan il-qasam inizjalment ser jiffokaw fuq is-sikurezza, u aktar tard ser ikopru oqsma oħra ta’ interess - bħas-sigurtà, l-ambjent u l-ġestjoni tat-taffiku tal-ajru.

Involviment aktar b’saħħtu fil-fażijiet preparatorji fil-qasam tas-sigurtà ser jiffaċilita l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ politika li jkunu xierqa għall-ħtiġiet tar-reġjuni kollha tal-ICAO.

Ser jgħin ukoll fl-iżvilupp tal-SESAR, il-Progrmm Ewropew għall-modernizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Il-programm għandu l-għan li jiżviluppa s-sistema tal-ġenerazzjoni l-ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li jkollha l-ħila tiżgura s-sikurezza u l-effiċjenza tat-trasport tal-ajru fid-dinja kollha għat-30 sena li ġejjin. Madanakollu, ser ikun meħtieġ li l-istandards tekniċi globali jiġu stabbiliti biex jiżguraw li sistemi futuri jkunu verament interoperabbli. L-aħħar Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-ICAO dwar l-avjazzjoni internazzjonali u t-tibdil fil-klima stabilixxiet programm estensiv għal xogħol ulterjuri. Il-kontribut tal-Ewropa għal dan ser jiġi mtejjeb bis-saħħa tal-Memorandum il-ġdid.

Raymond Benjamin, is-Segretarju Ġenerali tal-ICAO, illum attenda wkoll għaċ-ċerimonja tal-iffirmar. Fit-28 ta' April, Roberto Kobehl, il-President tal-ICAO kien diġà ffirma l-Memorandum.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website