Navigation path

Left navigation

Additional tools

Stqarrija ta' John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur dwar id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-Kura Transkonfinali

European Commission - IP/11/53   19/01/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/11/53

Brussell, 19 ta’ Jannar 2011

Stqarrija ta' John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur dwar id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-Kura Transkonfinali

Il-Parlament Ewropew illum ivvota favur id-Direttiva tal-UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura transkonfinali.

John Dalli stqarr: "Il-votazzjoni tal-lum tirrappreżenta pass importanti ’l quddiem għad-drittijiet tal-pazjent fl-Ewropa. Jien nifraħ lill-Parlament Ewropew u nirringrazzjah, u b'mod speċjali lis-Sinjura Grossetete, ir-Rapporteur, għall-impenn fit-titjib tad-drittijiet tal-pazjenti u tal-kundizzjonijiet għaċ-ċittadini Ewropej li jkollhom bżonn ta' kura fi Stat Membru ieħor.

Id-Direttiva tiċċara d-drittijiet taċ-ċittadini li jieħdu kura sikura u ta' kwalità tajba fi kwalunkwe pajjiż tal-UE u li l-flus li jkunu nefqu jitraddu lura lilhom.

L-Ewropej jippreferu jieħdu l-kura qrib darhom stess: ħadd ma jieħu gost isiefer bla bżonn meta jkun ma jiflaħx. B'danakollu, kultant iċ-ċittadini jkollhom bżonn isiefru għaliex f'pajjiżhom ma jsibux it-tip ta' kura speċjalizzata li jkunu jeħtieġu. Jew anki sempliċiment għar-raġuni li l-iżjed sptar viċin ikun in-naħa l-oħra tal-fruntiera.

Din id-Direttiva għandha tkun ta' għajnuna għall-pazjenti li jkunu jeħtieġu kura speċjalizzata, pereżempju dawk li jkollhom bżonn dijanjożi jew kura għal xi marda rari. Hija se twassal għal kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa, pereżempju bir-rikonoxximent reċiproku tar-riċetti tat-tobba. L-esperti dwar is-saħħa fl-Ewropa kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skambji dwar l-aħjar prattiċi u jibbenefikaw mill-innovazzjonijiet f'sistemi teknoloġiċi marbutin mas-saħħa u mis-servizzi elettroniċi fil-qasam tas-saħħa.

Inħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw din id-Direttiva mill-aktar fis."


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website