Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/11/523

Brussell, it-3 ta’ Mejju 2011

Tranżazzjonijiet transkonfinali: Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika studju ta’ fattibilità ta’ grupp espert dwar dritt kuntrattwali Ewropew

Grupp espert imwaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea llum ressaq studju ta’ fattibilità dwar inizzjattiva futura dwar id-dritt kuntrattwali Ewropew. F’April 2010, il-Kummissjoni laqqgħet il-grupp, li huwa magħmul minn professjonisti legali, dawk li kienu mħallfin u akkademiċi minn madwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jesplora metodi sabiex jitjieb id-dritt kuntrattwali fl-UE (IP/10/595). Il-grupp iltaqa’ kull xahar u b'mod regolari ddiskuta l-ħidma tiegħu mar-rappreżentanti tan-negozju – inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) – organizzazzjonijiet tal-konsumatur u professjonisti legali. Ħadu sehem ukoll osservaturi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. L-istudju jkopri l-kwistjonijiet prattiċi l-aktar rilevanti f’relazzjoni kuntrattwali, bħal drittijiet legali dwar merkanzija difettuża u regoli li dwarhom it-termini tal-kuntratt jistgħu jkunu inġusti. Wara l-pubblikazzjoni tal-lum, il-partijiet interessati jistgħu jibagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-artikoli individwali mfassla mill-grupp espert, sal-1 ta’ Lulju 2011, . Il-Kummissjoni se tikkunsidra din l-informazzjoni, kif ukoll ir-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika konkluża f’Jannar 2011 (MEMO/11/55). Bħala l-pass li jmiss, il-Kummissjoni ser ikollha tiddeċiedi jekk u sa fejn it-test tal-grupp espert jistax iservi bħala punt ta’ tluq għal inizjattiva ta’ segwitu politiku dwar id-dritt kuntrattwali Ewropew.

"Wara aktar minn 10 snin ta’ ħidma intensiva dwar id-dritt kuntrattwali mill-Unjoni Ewropea, nixtieq nirringrazja l-membri tal-grupp espert talli kkonsolidaw, issimplifikaw, immodernizzaw u speċifikaw il-ħidma ta’ tħejjija li saret s’issa fi studju ta’ fattibilità. Huwa tajjeb ukoll li naraw li esperti tad-dritt kuntrattwali minn tradizzjonijiet legali u sfondi professjonali differenti ħafna wasslu għal kunsens dwar id-dokument," qalet il-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. "Mingħajr dubju, ir-riżultat tal-grupp espert huwa pass importanti 'l quddiem fil-ħidma lejn strument futur ta’ dritt kuntrattwali Ewropew, fejn ix-xahar li għadda l-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali ta vot favurih. Dan l-istudju jipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-UE b’sensiela ta’ strumenti għal kwalunkwe inizjattiva futura tal-UE fil-qasam tad-dritt kuntrattwali. Din il-ħarifa, jiena qiegħda nippjana sabiex dan niddiskutih ulterjorment mal-Parlament Ewropew, mal-Presidenza Pollakka li ġejja u mal-partijiet interessati sabiex nara jekk u kif din is-sensiela ta’ strumenti tistax isservi bħala l-bażi ta’ inizjattiva politika ta’ segwitu dwar id-dritt kuntrattwali. L-għan tiegħi huwa li l-SMEs u l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn strument ta’ dritt kuntrattwali li huwa faċli sabiex jintuża, b’mod speċjali fir-rigward tat-tranżazzjonijiet transkonfinali fis-Suq Uniku."

Sfond

Il-Kuntratti huma essenzjali sabiex isir in-negozju u sabiex jiġi konkluż l-akkwist mill-konsumaturi. Huma jifformalizzaw ftehim bejn il-partijiet u jistgħu jkopru firxa wiesa’ ta’ kwistjonijiet, inkluż il-bejgħ ta’ merkanzija u servizzi assoċjati bħal tiswija u manutenzjoni.

Skont is-sitwazzjoni legali tal-lum, in-negozji u l-konsumaturi fis-Suq Uniku jridu jittrattaw ma’ drittijiet kuntrattwali nazzjonali differenti fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali. Din hija differenti ħafna mis-sitwazzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn kummerċjant jista’ jbiegħ il-prodotti tiegħu madwar il-50 stat fuq il-bażi ta’ sett wieħed ta’ regoli, minkejja liġijiet differenti minn New York sa California.

Fi ħdan l-UE, il-frammentazzjoni ta’ bħalissa tad-drittijiet kuntrattwali tikkontribwixxi għal kostijiet ogħla, aktar inċertezza legali għan-negozji u inqas kunfidenza tal-konsumatur fis-Suq Uniku. L-ispejjeż tat-tranżazzjoni (bħall-adattament tat-termini kuntrattwali u politiki kummerċjali sa 27 sistema legali) u l-inċertezza legali involuta fit-trattament mad-drittijiet kuntrattwali jagħmluha partikolarment diffiċli għall-SMEs, li jagħmlu madwar 99% tan-negozji tal-UE, sabiex jespandu fis-Suq Uniku.

Pereżempju, immaġina kumpanija fir-Renju Unit b’sitt ħaddiema u fatturat annwali medju ta' EUR 150,000 għandha prodott li qiegħed jagħmel suċċess u tixtieq li tbigħu fl-Ewropa. Il-kumpanija tista’ taffaċċja spejjeż ta’ tranżazzjoni ta’ madwar EUR 275,000 fil-każ li jimpjegaw b’mod temporanju esperti tad-dritt kuntrattwali sabiex iqisu l-liġijiet tas-26-il pajjiż l-ieħor.

Il-konsumaturi huma beżgħana milli jieħdu vantaġġ mis-Suq Uniku minħabba l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom. Mara Finlandiża tista' tixtri l-marka favorita tagħha taż-żraben minn ħanut onlajn Franċiż għal EUR 110 (barra il-kunsinna), iżda tista’ tħossha aktar komda jekk tħallas EUR 150 fil-Finlandja. Dan jiġri minħabba l-fatt li jista' jkun li hija mhijiex ċerta li wara l-akkwist onlajn jkollhiex id-dritt li titlob sabiex tbiddel iż-żarbun jekk il-qiegħ jinqala’ wara ġimgħa.

Skont l-istrateġija Ewropa 2020 (IP/10/225), il-Kummissjoni bħalissa qiegħda titratta d-diffikultajiet fis-Suq Uniku sabiex tmexxi ’l quddiem l-irkupru ekonomiku. Dan jinkludi li jsir progress lejn dritt kuntrattwali Ewropew.

F’Lulju 2010 il-Kummissjoni ressqet bosta opzjonijiet fi Green Paper għal approċċ aktar koerenti fir-rigward tad-dritt kuntrattwali. Il-Kummissjoni wara organizzat konsultazzjoni pubblika li baqgħet sejra sa’ Jannar 2011 u rriżultat fi 320-il tweġiba (MEMO/11/55).

Fit-12 ta’ April 2011, il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali approva rapport fuq inizjattiva proprja minn Diana Wallis li tappoġġa dritt kuntrattwali Ewropew (MEMO/11/236). Il-Kumitat qal ukoll li strument fakultattiv jista’ jiġi kkumplimentat ma’ referenza ta’ 'sensiela ta’ strumenti’ sabiex jiżgura l-koerenza u l-kwalità tal-leġiżlazzjoni fuq id-dritt kuntrattwali Ewropew.

Għal iktar informazzjoni

L-istudju ta’ fattibilità li twettaq mill-Grupp Espert dwar id-dritt kuntrattwali Ewropew:

http://ec.europa.eu/justice/policies/consumer/policies_consumer_intro_en.htm

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm

Il-Paġna Ewenija tal-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/Commission il-Kummissjoni_2010-2014/reding/index_en.htm

ANNESS

Il-Grupp ta’ Esperti dwar id-dritt kuntrattwali Ewropew huwa magħmul minn

Professor Hugh Beale (United Kingdom), QC, FBA, Law Commissioner for England and Wales from 2000 to 2007 and currently Professor of Law at the University of Warwick and visiting professor at the Universities of Amsterdam in the Netherlands and Oxford in the United Kingdom.

Professor Eric Clive (United Kingdom), CBE, FRSE, member of the Scottish Law Commission from 1981 to 2000 and visiting Professor of Scots Law at the University of Edinburgh.

Dr Susanne Czech (Austria), Secretary General at the European E-commerce and Mail Order Trade Association.

Professor Fernando Gomez (Spain), Professor of Law and Economics at Universitat Pompeu Fabra in Barcelona.

Professor Luc Grynbaum (France), Professor of Law at Université Paris-Descartes in Paris.

Professor Torgny Håstad (Sweden), judge at the Swedish Supreme Court until December 2010 and currently Professor of Law at Uppsala University.

Professor Martijn Hesselink (Netherlands), Professor of Law at the University of Amsterdam.

Professor Miklos Kiraly (Hungary), Professor of Law at the Eötvös Loránd University in Budapest.

Professor Irene Kull (Estonia), Professor of Law at the Faculty of Law in Tartu.

Maître Pierre Levêque (France), Lawyer at the Paris Bar.

Professor Paulo Mota Pinto (Portugal), Professor of Law at the Universidade de Coimbra.

Professor Jerzy Pisulinski (Poland), Professor of Law at the Jagiellonnian University in Kraków.

Mr Bob Schmitz (Luxembourg), representative of the Consumer Union of Luxembourg.

Professor Hans Schulte-Nölke (Germany), Professor of Law and Director at the European Legal Studies Institute in Osnabrück.

Professor Jules Stuyck (Belgium), lawyer at the Brussels Bar and Professor of Law at the University of Leuven.

Professor Anna Veneziano (Italy), Professor of Law at the Università degli Studi di Teramo.

Ms Ioana Lambrina Vidican (Romania), Notary in Bucharest.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website