Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea taħtar il-Kap tar-Rappreżentanza f'Malta

European Commission - IP/11/512   29/04/2011

Other available languages: EN FR DE

IP/11/512

Brussell, id-29 ta’ April 2011

Il-Kummissjoni Ewropea taħtar il-Kap tar-Rappreżentanza f'Malta

Is-Sur Martin Bugelli se jieħu l-ħatra bħala l-Kap il-ġdid tar-Rappreżentanza fil-Belt Valletta fl-1 ta' Mejju

Is-Sur Bugelli, bħalissa d-Direttur Ġenerali tal-Informazzjoni, il-Gvern Lokali u l-Konsultazzjoni Pubblika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta, u l-Kelliem tal-Gvern, kellu karriera twila u varjata fis-Servizz Pubbliku Malti kif ukoll fil-kuntest Ewropew.

Huwa ggradwa bħala speech therapist fl-1981 u beda l-karriera tiegħu fis-servizz pubbliku mad-Dipartiment tas-Saħħa ta' Malta. Is-Sur Bugelli għandu lawrja fl-Ingliż mill-Università ta' Londra kif ukoll lawrja ta' Master of Arts fil-komunikazzjoni tal-massa mill-Università ta' Leicester. Is-Sur Bugelli għandu esperjenza wiesgħa fis-settur tal-komunikazzjoni tal-gvern Malti. Mill-2004 sal-2008, serva fi Brussell fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta bħala attache u aktar tard bħala kap tal-kabinett.

L-esperjenza wiesgħa tas-Sur Bugelli fil-qasam tal-komunikazzjoni se tkun ta' siwi kbir għar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni biex din tilgħab rwol ta' importanza ewlenija fil-komunikazzjoni maċ-ċittadini, mas-soċjetà ċivili u mal-midja Maltin, filwaqt li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali nazzjonali u l-partijiet interessati l-oħra tas-soċjetà ċivili.

Sfond

Il-Kummissjoni għandha Rappreżentanzi fl-Istati Membri kollha. Huma jirrappreżentaw il-Kummissjoni fl-Istat Membru, jinfurmaw lill-midja u lill-pubbliku dwar il-politiki tagħha u jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar żviluppi sinifikanti fil-pajjiż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website