Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/11/4
Brussell, 5 ta’ Jannar 2011
L-UE tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà
Wara r-ratifika formali, l-Unjoni Ewropea saret parti mill-ewwel trattat dwar id-drittijiet tal-bniedem li qatt sar - il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Il-Konvenzjoni taħseb biex tiżgura li l-persuni b'diżabilità jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom l-istess bħaċ-ċittadini l-oħra. Dan hu l-ewwel trattat komprensiv dwar id-drittijiet tal-bniedem li ġie rratifikat mill-UE bħala entità waħda. Dan ġie ffirmat ukoll mis-27 Stat Membru tal-UE u rratifikat minn 16 minnhom (ara l-Anness). L-UE saret is-97 parti għal dan it-trattat. Il-Konvenzjoni tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni u s-salvagwardja ta' firxa sħiħa ta' drittijiet ċivili, politiċi, soċjali u ekonomiċi għall-persuni b'diżabbiltà. Hija tirrifletti l-impenn aktar wiesa' tal-Kummissjoni għall-bini ta' Ewropa mingħajr barrieri sal-2020 għat-80 miljun persuna b'diżabbiltà li hu stmat li hemm fl-UE, kif stabbilit fl-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-diżabbiltà (IP/10/1505).
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja Viviane Reding qalet "Aħbar tajba għas-sena l-ġdida u avveniment importanti fl-istorja tad-drittijiet tal-bniedem għax din hi l-ewwel darba li l-UE saret parti ta' trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Nixtieq inrodd ħajr lill-Presidenza Belġjana tal-koperazzjoni eċċellenti tagħha, li ppermettiet il-konklużjoni rapida u b'suċċess tal-proċess ta' ratifikazzjoni." "Il-Konvenzjoni tan-NU tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-persuni b'diżabbiltà. F'Novembru, il-Kummissjoni ppreżentat l-istrateġija tal-UE dwar id-diżabbiltà għall-għaxar snin li jmiss. miżuri konkreti bi skeda konkreta biex tiġi implimentata l-Konvenzjoni tan-NU. Issa nappella lill-Istati Membri li għandhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni biex jagħmlu dan minnufih. Hi r-responsabbiltà kollettiva tagħna li niżguraw li l-persuni b'diżabbiltà ma jiffaċċjawx ostakli addizzjonali fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.
L-UE iffirmat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà fil-jum meta fetħet għall-firem fit-30 ta' Marzu 2007 (IP/07/446). Minn dakinhar ġiet iffirmata mis-27 pajjiż tal-UE u 120 pajjiż ieħor minn madwar id-dinja. Wara t-tlestija tal-proċedura ta' ratifikazzjoni, l-UE bħala entità waħda issa hi l-ewwel organizzazzjoni internazzjonali li saret parti formali mill-Konvenzjoni (kif saru wkoll 16-il Stat Membru).
Il-Konvenzjoni timpenja lill-partijiet biex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom l-istess bħaċ-ċittadini l-oħra (MEMO/10/198).
Għall-UE, dan ifisser li tiżgura li l-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-programmi kollha fil-livell tal-UE jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, fi ħdan il-limiti tar-responsabbiltajiet tal-UE. Il-pajjiżi li rratifikawha, bħall-Istati Membri tal-UE, għandhom jieħdu azzjoni fl-oqsma li ġejjin: aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, t-trasport, l-infrastruttura u l-binijiet miftuħa għall-pubbliku, l-għoti tad-dritt tal-vot, it-titjib tal-parteċipazzjoni politika u l-iżgurar tal-kapaċità legali sħiħa għall-persuni kollha b'diżabbiltà.
Il-partijiet li rratifikaw il-Konvenzjoni se jkollhom bżonn li minn żmien għal żmien jinfurmaw lill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà dwar il-miżuri li ttieħdu biex jimplimentaw il-Konvenzjoni. Il-Kumitat, magħmul minn esperti indipendenti, se jiffoka fuq in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet.
L-istrateġija tal-UE dwar id-diżabbiltà għall-2010-2020 tiffoka fuq l-għoti tas-setgħa lin-nies li għandhom diżabbiltajiet biex ikunu jistgħu jgawdu drittijiethom daqs ħaddieħor u fuq it-tneħħija tal-ostakoli fil-ħajja ta' kuljum. Taħseb ukoll biex tgħin fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-prattika, kemm fil-livell tal-UE u anke f'dak nazzjonali. L-istrateġija tikkumplimenta u ssostni l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Istati Membri, li għandhom ir-responsabbiltà ewlenija rigward il-politiki dwar id-diżabbiltà.
Kuntest
Persuna minn kull sitta fl-Unjoni Ewropea – madwar 80 miljun – għandha diżabbiltà li tvarja minn ħafifa sa severa. 'Il fuq minn terz tan-nies ta' 'l fuq minn 75 sena għandhom diżabbiltajiet li b'mod jew b'ieħor jillimitawhom. Dawn in-numri huma mistennija jikbru hekk kif il-popolazzjoni tal-UE bil-mod il-mod tkompli tixjieħ. Il-biċċa l-kbira ta' dawn in-nies spiss ma jkunux jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija minħabba ostakoli fiżiċi jew ta' tip ieħor, kif ukoll minħabba d-diskriminazzjoni.
Aktar tagħrif
Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà: http://www.un.org/disabilities
Il-Kamra tal-Aħbarijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja: http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm
Il-paġna ewlenija ta' Viviane Reding, Viċi President tal-Kummissjoni u Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm
ANNEX
State of play UN Convention on the Rights of Persons with Disabilities
Dates of signatures and ratification | ||||
Country | Signature | Ratification*/Formal confirmation | ||
UN Convention | Optional Protocol | UN Convention | Optional Protocol | |
AT | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 26 September 2008 | 26 September 2008 |
BE | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 2 July 2009 | 2 July 2009 |
BG | 27 September 2007 | 18 December 2008 | ||
CY | 30 March 2007 | 30 March 2007 | ||
CZ | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 28 September 2010 | |
DE | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 24 February 2009 | 24 February 2009 |
DK | 30 March 2007 | 24 July 2009 | ||
EE | 25 September 2007 | |||
EL | 30 March 2007 | 27 September 2010 | ||
ES | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 3 December 2007 | 3 December 2007 |
FI | 30 March 2007 | 30 March 2007 | ||
FR | 30 March 2007 | 23 September 2008 | 18 February 2010 | 18 February 2010 |
HU | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 20 July 2007 | 20 July 2007 |
IE | 30 March 2007 | |||
IT | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 15 May 2009 | 15 May 2009 |
LT | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 18 August 2010 | 18 August 2010 |
LU | 30 March 2007 | 30 March 2007 | ||
LV | 18 July 2008 | 22 January 2010 | 1 March 2010 | 31 August 2010 |
MT | 30 March 2007 | 30 March 2007 | ||
NL | 30 March 2007 | |||
PL | 30 March 2007 | |||
PT | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 23 September 2009 | 23 September 2009 |
RO | 26 September 2007 | 25 September 2008 | ||
SE | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 15 December 2008 | 15 December 2008 |
SI | 30 March 2007 | 30 March 2007 | 24 April 2008 | 24 April 2008 |
SK | 26 September 2007 | 26 September 2007 | 26 May 2010 | 26 May 2010 |
UK | 30 March 2007 | 26 February 2009 | 8 June 2009 | 7 August 2009 |
EU | 30 March 2007 | 23 December 2010 | ||
* Ratification means the deposit of the instrument of ratification with the Secretary-General of the United Nations
** Internal procedures achieved, however the instrument of formal confirmation not yet deposited with the Secretary-General of the United Nations