IP/11/499
Brussell, l-20 ta' April 2011
L-Abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2012: Għal 500 miljun Ewropew fi żminijiet ta' awsterità
"Proċess delikat li flimkien mal-awsterità jrid jipprovdi wkoll miżuri li jsaħħu t-tkabbir ekonomiku għal 500 miljun Ewropew". Kien b'dan il-mod li l-Kummissarju għall-Baġit u l-Ipprogrammar Finanzjarju Janusz Lewandowski ddeskriva l-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2012 kif adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011. L-abbozz tal-baġit għall-2012 jirrappreżenta € 132.7 bn fi ħlasijiet li jammontaw għal żieda ta' 4.9 % fuq l-2011. L-impenji jammontaw għal €147.4bn (+3.7%). L-objettiv ewlieni tal-Abbozz tal-Baġit għall-2012 huwa li jappoġġja b'mod sħiħ l-ekonomija Ewropea u ċ-ċittadini tal-UE.
Għall-awsterità
L-abbozz tal-baġit tal-2012 ifittex li jkun konsistenti mal-klima kurrenti ta' awsterità fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni għamlet sforz partikolari u għażlet li tiffriża n-nefqa amministrattiva tagħha għall-2012 jiġifieri kellha żieda ta' 0.0% meta mqabbla mal-baġit tal-2011. Dan inkiseb bi tnaqqis sinifikanti fin-nefqa marbuta mal-bini, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-istudji, il-pubblikazzjonijiet, il-missjonijiet, il-konferenzi u l-laqgħat. Minbarra dan, għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kummissjoni mhija qed titlob l-ebda post addizzjonali ġdid.
Minbarra dan, meta fasslet l-abbozz tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Kummissjoni ppruvat tidentifika programmi jew inizjattivi li mhumiex qegħdin jagħtu r-riżultati mixtieqa. L-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tnaqqas b'€70.7 miljun minħabba livelli aktar baxxi ta' assorbiment tal-fondi. L-Istrument tal-Pajjiżi Industrijalizzati tnaqqas b'€14.5 miljun minħabba l-livelli għoljin ta' diżimpenjar fl-2007 u dewmien fl-adozzjoni tal-bażi legali l-ġdida. Il-finanzjament tal-GALILEO tnaqqas b'€24.9 miljun (N.B. ċifri f'approprjazzjonijiet għall-impenji). "Għandna dan id-dmir lejn il-kontribwenti Ewropej," qal il-Kummissarju Lewandowski: il-proċess ta' ffrankar għandu jinkludi li nħarsu b'mod serju lejn dak li qegħdin nagħmlu u nistaqsu lilna nfusna jekk dak kollu li nagħmlu joffrix benefiċċju ġenwin għall-Ewropa kollha!"
"Il-kontijiet iridu jitħallsu!"
Madankollu, il-Kummissjoni għandha tonora l-impenji legali tagħha. Il-programmi ffinanzjati mill-UE mnedija fl-2007 issa qegħdin jitwettqu b'pass mgħaġġel. Dan ifisser li fl-2012 se jkollna aktar kontijiet xi nħallsu sabiex nirrimborsaw lill-awtoritajiet reġjonali jew lill-SMEs li nvestew f'dawn il-programmi. B'mod partikolari, livelli miżjuda ta' ħlas għall-Programmi tar-Riċerka (+ 13.3% għal €7.6 biljun) u għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni (+ 8.4 % għal €45.1 biljun) għandhom l-għan li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni.
Iż-żieda proposta għall-ammonti tal-baġit tas-sena d-dieħla tammonta għall-minimu meħtieġ sabiex jiġu onorati l-impenji legali tal-Kummissjoni. Kull tnaqqis taħt din iċ-ċifra jkun jitlob li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jiksru l-impenji legali li saru fuq kuntratti eżistenti.
"Xi wħud jistaqsuna għalfejn għandna nżidu l-baġit tal-UE meta l-Istati Membri qegħdin jiffaċċjaw miżuri severi ta' awsterità f'pajjiżhom", qal Janusz Lewandowski; din hija mistoqsija leġittima. Ir-raġuni prinċipali għal din iż-żieda hija li rridu nħallsu l-kontijiet li ġejjin minn proġetti madwar l-Ewropa. Proġetti bħal dawn li huma ta' benefiċċju għall-komunitajiet u l-impriżi lokali probabbilment qatt ma kienu se jitnedew fl-2007 mingħajr l-impenn tal-finanzjament tal-UE; li jitwaqqaf il-finanzjament għalihom ikun inkonċepibbli. L-ewwel nett, nistgħu niġu mfittxija talli ma rrispettajniex it-termini tal-kuntratti, it-tieni nett dan ikun ta' ħsara saħansitra akbar għall-baġits tal-Istati Membri billi dawn jistennew li aħna nirrimborsaw is-sehem tal-UE mill-finanzjament li diġà ħallsu lill-benefiċjarju; it-tielet, li dawn il-proġetti jitwaqqfu fin-nofs ikun ta' ħsara għal komunitajiet sħaħ. Ma nistgħux nikkastigaw liċ-ċittadini, lill-kumpaniji, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħna li għandhom dritt li l-kontijiet tagħhom jitħallsu. Biżżejjed wieħed jaħseb fl-interkonnessjoni elettrika bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda. Il-kontribuzzjoni globali tal-UE għal dan il-proġett hija ta' aktar minn €100 miljun! L-għan tagħha huwa li tagħti liċ-ċittadini tal-Irlanda u tal-Gran Brittanja aktar sigurtà fil-provvista tal-elettriku. Fl-2012, il-kontijiet li l-UE se jkollha tħallas għal dan il-proġett se jammontaw għal madwar €24 miljun, aktar mid-doppju milli fl-2011.
Għal tkabbir ekonomiku sostenibbli
It-triq 'il quddiem lejn it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni f'Unjoni ta' 27 Stat Membru hija permezz ta' sforzi u investimenti kkoordinati. L-Abbozz tal-Baġit jipprevedi li għandhom jitħallsu madwar €57.7 bn fl-2012 għat-tkabbir sostenibbli sabiex l-Istati Membri jżidu l-investimenti tagħhom f'dawk l-oqsma filwaqt li madwar €62.6 biljun huma ddedikati għall-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, żieda ta' 5.1% fuq is-sena ta' qabel.
Iċ-ċittadini huma fiċ-ċentru tal-politika Ewropea u s-sigurtà tagħhom hija prijorità għolja għall-UE. L-Abbozz tal-Baġit tal-2012 jipprevedi żieda ta' 6.8 % fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja b'azzjonijiet li jiffukaw fuq l-interessi u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini. Minbarra dan, taħt l-inizjattivi tal-EWROPA 2020, l-azzjonijiet għaż-Żgħażagħ jammontaw għal € 1.9 bn, li hu 15.0 % aktar mill-2011. L-attivitajiet tat-Tibdil fil-klima għandhom post importanti. Żieda ta' 6.1% hija ppjanata fl-2012 sabiex jinkiseb total ta' € 8.1 biljun.
Għal 500 miljun Ewropew
6% biss tal-baġit tal-UE jmorru għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-UE, u għalhekk 94% tal-baġit annwali jmur lura lejn ir-reġjuni u l-ibliet, l-impriżi, ix-xjenzati u ċ-ċittadini, u nofs dan huwa orjentat lejn it-tkabbir u l-impjiegi.
"L-Abbozz tal-Baġit adottat illum jiffoka fuq l-UE u ċ-ċittadini tagħha. L-ewwel nett, qed nipproponu tnaqqis f'bosta oqsma tal-amministrazzjoni bħat-taħriġ tal-persunal, il-pubblikazzjonijiet, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż tal-uffiċċju sabiex inżommu l-parti tal-ispejjeż interni baxxa kemm jista' jkun; it-tieni nett, għamilna sforzi kbar sabiex nidentifikaw oqsma tal-baġit li ma kinux qed jagħtu riżultati tajbin daqs kemm kien mistenni sabiex il-fondi jiġu trasferiti lejn programmi jew inizjattivi li jagħtu riżultati konkreti fuq it-territorju. It-tielet, għażilna li ninvestu f'oqsma li jikkontribwixxu għat-tkabbir eknonomiku u għall-iżvilupp: il-baġit tal-UE huwa pakkett ta' kontra l-kriżi! ", qal Janusz Lewandowski.
L-ABBOZZ TAL-BAĠIT TAL-2012 FIL-QOSOR
| ||||||||||||||||||||||||
1. Tkabbir Sostenibbli | 67 962.5 | 57 700.9 | 64 501.2 | 53 279.9 | 5.4% | 8.3% | 3 461,3 | 4 421,0 | ||||||||||||||||
Marġini (2) | 151.5 | |||||||||||||||||||||||
— Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi | 15 223.6 | 12 566.1 | 13 520.6 | 11 627.8 | 12.6% | 8.1% | 1 703,0 | 938,3 | ||||||||||||||||
Marġini (2) | 129.4 | |||||||||||||||||||||||
— Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi | 52 738.9 | 45 134.8 | 50 980.6 | 41 652.1 | 3.4% | 8.4% | 1 758,3 | 3 482,7 | ||||||||||||||||
Marġini | 22.1 | |||||||||||||||||||||||
2. Preżervazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali | 60 158.4 | 57 948.4 | 58 659.2 | 56 378.9 | 2.6% | 2.8% | 1 499,2 | 1 569,5 | ||||||||||||||||
Marġini | 651.6 | |||||||||||||||||||||||
3. Ċittadinanza, Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (3) | 2 023.9 | 1 514.0 | 1 823.3 | 1 460.3 | 11.0% | 3.7% | 200,6 | 53,3 | ||||||||||||||||
Marġini | 81.1 | |||||||||||||||||||||||
— Libertà, sigurtà u ġustizzja | 1 340.4 | 868.3 | 1 139.0 | 813.3 | 17.7% | 6.8% | 201,4 | 55,1 | ||||||||||||||||
Marġini | 65.6 | |||||||||||||||||||||||
— Ċittadinanza (3) | 683.5 | 645.7 | 684.3 | 647.1 | -0.1% | -0.3% | -0,9 | -1,7 | ||||||||||||||||
Marġini | 15.5 | |||||||||||||||||||||||
4. L-UE bħala Attur Globali | 9 009.3 | 7 293.7 | 8 759.3 | 7 238.7 | 2.9% | 0.8% | 250,0 | 55,0 | ||||||||||||||||
Marġini (4) | 246.7 | |||||||||||||||||||||||
5. Amministrazzjoni | 8 281.4 | 8 281.7 | 8 171.4 | 8 170.1 | 1.3% | 1.4% | 110,0 | 111,6 | ||||||||||||||||
Marġini (5) | 472.6 | |||||||||||||||||||||||
Total | 147 435.4 | 132 738.7 | 142 111.3 | 126 546.7 | 3.7% | 4.9% | 5 324,1 | 6 192,0 | ||||||||||||||||
Marġini | 1 603.5 | 8 815.3 | ||||||||||||||||||||||
Approprjazzjonijiet bħala % tal-ING | 1.12 % | 1.01 % | 1.12 % | 0.99 % | ||||||||||||||||||||
(1) Il-Baġit tal-2011 jinkludi l-baġit emendatorju 1 u l-abbozzi tal-baġits emendatorji 2 u 3. (2) Il-marġni għall-intestatura 1a ma tqisx l-approprjazzjonijiet relatati mal-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EUR 500 miljun). (3) Bl-esklużjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE (4) Il-marġni tal-2011 għall-intestatura 4 ma tqisx l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza (EUR 258.9 miljun). (5) Għall-kalkolu tal-marġni taħt il-limitu għall-intestatura 5, qiegħda titqies in-nota ta' qiegħ il-paġna (1) tal-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta' EUR 84 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet. | ||||||||||||||||||||||||
(1): AI = Approprijazzjonijiet għall-impenji. AĦ = Approprijazzjonijiet għall-ħlasijiet
L-ABBOZZ TAL-BAĠIT 2012 F'IMPENJI


Xi jmiss?
Il-Kunsill se jagħmel il-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abozz tal-Baġit magħrufa f'Ġunju u mbagħad il-Parlament Ewropew isegwih f'Ottubru. Fil-każ li ma jkunx hemm qbil bejniethom il-Kummissjoni Ewropea, fir-rwol tagħha ta' medjatur onest, tati bidu għal proċedura ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum. Huwa mistenni li l-Parlament jadotta l-baġit finali għall-2012 f’Novembru.
Aktar informazzjoni dwar l-abbozz tal-baġit tal-2012:
http://ec.europa.eu/budget/index_en.cfm
_____________________________________________________
Nota: Il-baġit jipprevedi kemm impenji (wegħdiet legali li jiġi pprovdut finanzjament, sakemm ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet) kif ukoll ħlasijiet (flus kontanti jew trasferimenti bankarji lill-benefiċjarji).