Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2012: Għal 500 miljun Ewropew fi żminijiet ta' awsterità

European Commission - IP/11/499   20/04/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/11/499

Brussell, l-20 ta' April 2011

L-Abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2012: Għal 500 miljun Ewropew fi żminijiet ta' awsterità

"Proċess delikat li flimkien mal-awsterità jrid jipprovdi wkoll miżuri li jsaħħu t-tkabbir ekonomiku għal 500 miljun Ewropew". Kien b'dan il-mod li l-Kummissarju għall-Baġit u l-Ipprogrammar Finanzjarju Janusz Lewandowski ddeskriva l-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2012 kif adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011. L-abbozz tal-baġit għall-2012 jirrappreżenta € 132.7 bn fi ħlasijiet li jammontaw għal żieda ta' 4.9 % fuq l-2011. L-impenji jammontaw għal €147.4bn (+3.7%). L-objettiv ewlieni tal-Abbozz tal-Baġit għall-2012 huwa li jappoġġja b'mod sħiħ l-ekonomija Ewropea u ċ-ċittadini tal-UE.

Għall-awsterità

L-abbozz tal-baġit tal-2012 ifittex li jkun konsistenti mal-klima kurrenti ta' awsterità fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni għamlet sforz partikolari u għażlet li tiffriża n-nefqa amministrattiva tagħha għall-2012 jiġifieri kellha żieda ta' 0.0% meta mqabbla mal-baġit tal-2011. Dan inkiseb bi tnaqqis sinifikanti fin-nefqa marbuta mal-bini, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-istudji, il-pubblikazzjonijiet, il-missjonijiet, il-konferenzi u l-laqgħat. Minbarra dan, għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kummissjoni mhija qed titlob l-ebda post addizzjonali ġdid.

Minbarra dan, meta fasslet l-abbozz tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Kummissjoni ppruvat tidentifika programmi jew inizjattivi li mhumiex qegħdin jagħtu r-riżultati mixtieqa. L-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tnaqqas b'€70.7 miljun minħabba livelli aktar baxxi ta' assorbiment tal-fondi. L-Istrument tal-Pajjiżi Industrijalizzati tnaqqas b'€14.5 miljun minħabba l-livelli għoljin ta' diżimpenjar fl-2007 u dewmien fl-adozzjoni tal-bażi legali l-ġdida. Il-finanzjament tal-GALILEO tnaqqas b'€24.9 miljun (N.B. ċifri f'approprjazzjonijiet għall-impenji). "Għandna dan id-dmir lejn il-kontribwenti Ewropej," qal il-Kummissarju Lewandowski: il-proċess ta' ffrankar għandu jinkludi li nħarsu b'mod serju lejn dak li qegħdin nagħmlu u nistaqsu lilna nfusna jekk dak kollu li nagħmlu joffrix benefiċċju ġenwin għall-Ewropa kollha!"

"Il-kontijiet iridu jitħallsu!"

Madankollu, il-Kummissjoni għandha tonora l-impenji legali tagħha. Il-programmi ffinanzjati mill-UE mnedija fl-2007 issa qegħdin jitwettqu b'pass mgħaġġel. Dan ifisser li fl-2012 se jkollna aktar kontijiet xi nħallsu sabiex nirrimborsaw lill-awtoritajiet reġjonali jew lill-SMEs li nvestew f'dawn il-programmi. B'mod partikolari, livelli miżjuda ta' ħlas għall-Programmi tar-Riċerka (+ 13.3% għal €7.6 biljun) u għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni (+ 8.4 % għal €45.1 biljun) għandhom l-għan li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni.

Iż-żieda proposta għall-ammonti tal-baġit tas-sena d-dieħla tammonta għall-minimu meħtieġ sabiex jiġu onorati l-impenji legali tal-Kummissjoni. Kull tnaqqis taħt din iċ-ċifra jkun jitlob li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jiksru l-impenji legali li saru fuq kuntratti eżistenti.

"Xi wħud jistaqsuna għalfejn għandna nżidu l-baġit tal-UE meta l-Istati Membri qegħdin jiffaċċjaw miżuri severi ta' awsterità f'pajjiżhom", qal Janusz Lewandowski; din hija mistoqsija leġittima. Ir-raġuni prinċipali għal din iż-żieda hija li rridu nħallsu l-kontijiet li ġejjin minn proġetti madwar l-Ewropa. Proġetti bħal dawn li huma ta' benefiċċju għall-komunitajiet u l-impriżi lokali probabbilment qatt ma kienu se jitnedew fl-2007 mingħajr l-impenn tal-finanzjament tal-UE; li jitwaqqaf il-finanzjament għalihom ikun inkonċepibbli. L-ewwel nett, nistgħu niġu mfittxija talli ma rrispettajniex it-termini tal-kuntratti, it-tieni nett dan ikun ta' ħsara saħansitra akbar għall-baġits tal-Istati Membri billi dawn jistennew li aħna nirrimborsaw is-sehem tal-UE mill-finanzjament li diġà ħallsu lill-benefiċjarju; it-tielet, li dawn il-proġetti jitwaqqfu fin-nofs ikun ta' ħsara għal komunitajiet sħaħ. Ma nistgħux nikkastigaw liċ-ċittadini, lill-kumpaniji, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħna li għandhom dritt li l-kontijiet tagħhom jitħallsu. Biżżejjed wieħed jaħseb fl-interkonnessjoni elettrika bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda. Il-kontribuzzjoni globali tal-UE għal dan il-proġett hija ta' aktar minn €100 miljun! L-għan tagħha huwa li tagħti liċ-ċittadini tal-Irlanda u tal-Gran Brittanja aktar sigurtà fil-provvista tal-elettriku. Fl-2012, il-kontijiet li l-UE se jkollha tħallas għal dan il-proġett se jammontaw għal madwar €24 miljun, aktar mid-doppju milli fl-2011.

Għal tkabbir ekonomiku sostenibbli

It-triq 'il quddiem lejn it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni f'Unjoni ta' 27 Stat Membru hija permezz ta' sforzi u investimenti kkoordinati. L-Abbozz tal-Baġit jipprevedi li għandhom jitħallsu madwar €57.7 bn fl-2012 għat-tkabbir sostenibbli sabiex l-Istati Membri jżidu l-investimenti tagħhom f'dawk l-oqsma filwaqt li madwar €62.6 biljun huma ddedikati għall-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, żieda ta' 5.1% fuq is-sena ta' qabel.

Iċ-ċittadini huma fiċ-ċentru tal-politika Ewropea u s-sigurtà tagħhom hija prijorità għolja għall-UE. L-Abbozz tal-Baġit tal-2012 jipprevedi żieda ta' 6.8 % fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja b'azzjonijiet li jiffukaw fuq l-interessi u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini. Minbarra dan, taħt l-inizjattivi tal-EWROPA 2020, l-azzjonijiet għaż-Żgħażagħ jammontaw għal € 1.9 bn, li hu 15.0 % aktar mill-2011. L-attivitajiet tat-Tibdil fil-klima għandhom post importanti. Żieda ta' 6.1% hija ppjanata fl-2012 sabiex jinkiseb total ta' € 8.1 biljun.

Għal 500 miljun Ewropew

6% biss tal-baġit tal-UE jmorru għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-UE, u għalhekk 94% tal-baġit annwali jmur lura lejn ir-reġjuni u l-ibliet, l-impriżi, ix-xjenzati u ċ-ċittadini, u nofs dan huwa orjentat lejn it-tkabbir u l-impjiegi.

"L-Abbozz tal-Baġit adottat illum jiffoka fuq l-UE u ċ-ċittadini tagħha. L-ewwel nett, qed nipproponu tnaqqis f'bosta oqsma tal-amministrazzjoni bħat-taħriġ tal-persunal, il-pubblikazzjonijiet, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż tal-uffiċċju sabiex inżommu l-parti tal-ispejjeż interni baxxa kemm jista' jkun; it-tieni nett, għamilna sforzi kbar sabiex nidentifikaw oqsma tal-baġit li ma kinux qed jagħtu riżultati tajbin daqs kemm kien mistenni sabiex il-fondi jiġu trasferiti lejn programmi jew inizjattivi li jagħtu riżultati konkreti fuq it-territorju. It-tielet, għażilna li ninvestu f'oqsma li jikkontribwixxu għat-tkabbir eknonomiku u għall-iżvilupp: il-baġit tal-UE huwa pakkett ta' kontra l-kriżi! ", qal Janusz Lewandowski.

L-ABBOZZ TAL-BAĠIT TAL-2012 FIL-QOSOR

AB 2012

Il-Baġit 2011(1)

Differenza

Differenza

AI

AI

AI

AI

1. Tkabbir Sostenibbli

67 962.5

57 700.9

64 501.2

53 279.9

5.4%

8.3%

3 461,3

4 421,0

Marġini (2)

151.5

— Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

15 223.6

12 566.1

13 520.6

11 627.8

12.6%

8.1%

1 703,0

938,3

Marġini (2)

129.4

— Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi

52 738.9

45 134.8

50 980.6

41 652.1

3.4%

8.4%

1 758,3

3 482,7

Marġini

22.1

2. Preżervazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

60 158.4

57 948.4

58 659.2

56 378.9

2.6%

2.8%

1 499,2

1 569,5

Marġini

651.6

3. Ċittadinanza, Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (3)

2 023.9

1 514.0

1 823.3

1 460.3

11.0%

3.7%

200,6

53,3

Marġini

81.1

— Libertà, sigurtà u ġustizzja

1 340.4

868.3

1 139.0

813.3

17.7%

6.8%

201,4

55,1

Marġini

65.6

— Ċittadinanza (3)

683.5

645.7

684.3

647.1

-0.1%

-0.3%

-0,9

-1,7

Marġini

15.5

4. L-UE bħala Attur Globali

9 009.3

7 293.7

8 759.3

7 238.7

2.9%

0.8%

250,0

55,0

Marġini (4)

246.7

5. Amministrazzjoni

8 281.4

8 281.7

8 171.4

8 170.1

1.3%

1.4%

110,0

111,6

Marġini (5)

472.6

Total

147 435.4

132 738.7

142 111.3

126 546.7

3.7%

4.9%

5 324,1

6 192,0

Marġini

1 603.5

8 815.3

Approprjazzjonijiet bħala % tal-ING

1.12 %

1.01 %

1.12 %

0.99 %

(1) Il-Baġit tal-2011 jinkludi l-baġit emendatorju 1 u l-abbozzi tal-baġits emendatorji 2 u 3.

(2) Il-marġni għall-intestatura 1a ma tqisx l-approprjazzjonijiet relatati mal-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EUR 500 miljun).

(3) Bl-esklużjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE

(4) Il-marġni tal-2011 għall-intestatura 4 ma tqisx l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza (EUR 258.9 miljun).

(5) Għall-kalkolu tal-marġni taħt il-limitu għall-intestatura 5, qiegħda titqies in-nota ta' qiegħ il-paġna (1) tal-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta' EUR 84 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet.

(1): AI = Approprijazzjonijiet għall-impenji. AĦ = Approprijazzjonijiet għall-ħlasijiet

L-ABBOZZ TAL-BAĠIT 2012 F'IMPENJI

L-ABBOZZ TAL-BAĠIT 2012 FI ĦLASIJIET

Xi jmiss?

Il-Kunsill se jagħmel il-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abozz tal-Baġit magħrufa f'Ġunju u mbagħad il-Parlament Ewropew isegwih f'Ottubru. Fil-każ li ma jkunx hemm qbil bejniethom il-Kummissjoni Ewropea, fir-rwol tagħha ta' medjatur onest, tati bidu għal proċedura ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum. Huwa mistenni li l-Parlament jadotta l-baġit finali għall-2012 f’Novembru.

Aktar informazzjoni dwar l-abbozz tal-baġit tal-2012:

http://ec.europa.eu/budget/index_en.cfm

_____________________________________________________

Nota: Il-baġit jipprevedi kemm impenji (wegħdiet legali li jiġi pprovdut finanzjament, sakemm ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet) kif ukoll ħlasijiet (flus kontanti jew trasferimenti bankarji lill-benefiċjarji).


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website