IP/11/488
Brussell, id-19 ta’ April 2011
Rapport dwar l-edukazzjoni fl-UE: sar progress iżda hemm bżonn ta' sforz akbar biex jintlaħqu l-miri
Brussell, id-19 ta' April – Il-pajjiżi tal-UE tejbu s-sistemi tal-edukazzjoni tagħhom f'oqsma prinċipali fl-aħħar deċennju iżda laħqu biss wieħed mill-ħames valuri referenzjarji ffissati għall-2010, ir-rapport il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ jiżvela llum. L-UE rnexxielha tilħaq il-mira tagħha li żżid in-numru ta' gradwati tal-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija, b'żieda ta' 37 % mill-2000 – li faċilment qabżet il-mira ta' 15 %. Kien sinifikattiv iżda insuffiċjenti l-progress li sar fit-tnaqqis tar-rata ta' dawk bi tluq bikri mill-iskola, fiż-żieda tal-istudenti li jlestu l-edukazzjoni sekondarja għolja, fit-titjib fil-ħiliet tal-litteriżmu u l-qari u fiż-żieda fin-numru tal-adulti li jipparteċipaw fl-edukazzjoni jew it-taħriġ. Għal analiżi dettaljata taċ-ċifri għal kull pajjiż, ara l-anness ta' hawn taħt. L-istrateġija tal-impjiegi u t-tkabbir tal-Ewropa 2020 żżomm il-mira li titnaqqas ir-rata tal-istudenti bi tluq bikri mill-iskola għal 10 %, kif ukoll li jiżdied in-numru ta' gradwati għal mill-inqas 40 %.
Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, qalet: "L-aħbar it-tajba hi li l-livelli tal-edukazzjoni fl-Ewropa għolew b'mod konsiderevoli. Aktar żgħażagħ qed ilestu l-edukazzjoni sekondarja u jiggradwaw mill-edukazzjoni għolja meta mqabbel ma' għaxar snin ilu. Iżda t-tluq bikri mill-iskola għadu problema li taffettwa wieħed minn kull seba' żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea u wieħed minn kull ħames studenti għad għandhom ħiliet fqar tal-qari fl-età ta' 15-il sena. Għal din ir-raġuni l-edukazzjoni u t-taħriġ jibqgħu fost il-miri ċentrali tal-Ewropa 2020. Għandna bżonn sforzi akbar mill-Istati Membri biex nilħqu l-miri konġunti tagħna Ewropej."
Il-Kummissarju qiegħda tħeġġeġ bil-qawwa kollha lill-Istati Membri biex ma jnaqqsux il-baġits tal-edukazzjoni minkejja r-restrizzjonijiet li qed jiffaċċjaw minħabba l-kriżi ekonomika. "L-infiq fuq l-edukazzjoni huwa investiment tajjeb fl-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku u investiment fit-tul fl-edukazzjoni stess: Iżda fi żmenijiet ta' pressjonijiet baġitarji rridu niżguraw li r-riżorsi jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli," żiedet il-Kummissarju.
Ħames valuri referenzjarji għall-edukazzjoni għall-2020
Fl-2009, il-Ministri tal-Edukazzjoni tal-UE qablu fuq ħames valuri referenzjarji dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ li jridu jinkisbu sal-2020.
in-numru ta' dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien għandu jkun anqas minn 10 % (ibbażat fuq ir-rata preżenti ta' 14.4 %, dan ifisser li mill-inqas 1.7 miljun student anqas jabbandunaw l-iskola qabel iż-żmien).
in-numru ta' dawk bl-età bejn 30-34 b'livell miksub ta' edukazzjoni terzjarja għandu jkun ta' mill-inqas 40 % (abbażi tar-rata preżenti ta' 32.3 %, dan ifisser 2.6 miljun gradwat ieħor);
ta' mill-inqas 95 % tat-tfal bejn l-età ta' erba' u l-età tal-bidu tal-edukazzjoni primarja obbligatorja għandhom jipparteċipaw fl-edukazzjoni tat-tfulija bikrija (issa 92.3 % iżda meta tinkiseb din il-mira se jfisser 250,000 tfal żgħar aktar fl-edukazzjoni);
in-numru ta' żgħażagħ ta' 15-il sena b'ħiliet insuffiċjenti ta' qari, matematika u xjenza għandu jkun ta' anqas minn 15 % (minn xi 20 % għat-tlieta li huma bħalissa. Il-kisba ta' din il-mira se tfisser 250,000 persuna b'livell baxx anqas);
għandu jkun hemm parteċipazzjoni medja minima ta' 15 % tal-adulti (grupp tal-età 25-64) fit-tagħlim tul il-ħajja (in-numru bħalissa hu ta' 9.3 %. Il-kisba ta' din il-mira se tfisser 15-il miljun adult aktar fl-edukazzjoni u t-taħriġ).
Ir-rapport annwali dwar il-progress lejn il-valuri referenzjarji
Fir-rapport annwali tagħha dwar l-indikaturi u l-valuri referenzjarji, il-Kummissjoni tanalizza l-prestazzjoni tal-Istati Membri skont dawn il-miri, filwaqt li tagħmel reviżjoni ta' kif marru l-pajjiżi meta mqabbel ma' sett preċedenti ta' valuri referenzjarji maqbul għall-2010.
Riżultati ewlenin
Il-valuri referenzarji tal-2020: minkejja li għadu kmieni għal projezzjoni preċiża, xejriet tal-passat jissuġġerixxu li ħafna mill-valuri referenzjarji għall-2020 għandhom jinkisbu jekk l-Istati Membri jibqgħu jagħtuhom prijorità għolja u jinvestu b'mod effiċjenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan hu minnu, b'mod partikolari, għal żewġ miri titolari tal-edukazzjoni dwar it-tluq bikri mill-iskola u l-gradwati.
Il-valuri referenzarji tal-2010: il-pajjiżi tal-UE għamlu progress iżda kisbu biss il-mira tan-numru ta' gradwati tal-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija. (Id-dejta kollha għall-2010 se tkun disponibbli kmieni s-sena d-dieħla).
Il-parteċipazzjoni u l-kisbiet: mill-2000: il-parteċipazzjoni ġenerali fl-edukazzjoni żdiedet kif żdiedu wkoll il-livelli tal-kwalifiki tal-adulti. In-numru ta' tfal fl-edukazzjoni preprimarja żdied ukoll.
Id-differenzi bejn is-sessi għadhom sinifikattivi kemm fil-prestazzjoni kif ukoll fl-għażla tas-suġġetti. Pereżempju, il-bniet jaqraw aħjar mis-subien u s-subien huma l-aktar li jitilqu kmieni mill-iskola. Hemm aktar irġiel minn nisa fost il-gradwati fis-suġġetti tal-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija.
Ir-rapport, li jkopri l-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien mal-Kroazja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda, it-Turkija, in-Norveġja u Liechtenstein, fih ħarsiet ġenerali u statistika dettaljata li jidentifikaw liema pajjiżi marru aħjar jew agħar mill-medja tal-UE u liema minnhom qed jirnexxu jew li qed ifallu meta mqabbla mal-oħrajn.
Il-passi li jmiss
Fil-ġimgħat li ġejjin, l-Istati Membri se jissottomettu l-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, li fihom huma jiffissaw il-miri nazzjonali dwar l-istudenti bi tluq bikri mill-iskola u l-gradwati tal-edukazzjoni għolja, filwaqt li jagħtu dettalji kif se jiksbu l-miri tagħhom. Il-Kummissjoni dalwaqt se tippreżenta valuri referenzjarji proposti għall-impjiegi u l-mobilità tat-tagħlim.
Biex tkun taf aktar:
Link għall-MEMO/11/253
Ir-rapport tal-Kummissjoni sħiħ "Progress towards the Lisbon objectives in education and training - Indicators and benchmarks, 2010/11"
Fuljett: Education benchmarks for Europe [bid-dejta speċifika għal kull pajjiż]
Il-Kummissjoni Ewropea: European strategy and co-operation in education and training
ANNESS
Progress lejn il-valuri referenzjarji tal-edukazzjoni tal-2010, Evoluzzjoni 2000-2009

Progress lejn il-valuri referenzjarji tal-edukazzjoni tal-2020, Evoluzzjoni 2000-2009

1. Parteċipazzjoni preprimarja
Il-valur referenzjarju 2020: Sal-2020, mill-inqas 95 % tat-tfal bejn l-4 snin u l-età tal-bidu tal-edukazzjoni primarja obbligatorja għandhom jipparteċipaw f'edukazzjoni bikrija.
Xejriet: Il-parteċipazzjoni fl-iskola preprimarja żdiedet b'aktar minn 6 punti perċentwali mill-2000. Franza. Il-Belġju. Il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja u Spanja għandhom l-ogħla rata ta' parteċipazzjoni.
L-aħjar pajjiżi tal-UE: Il-Belġju, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi
2000 | 2007 | 2008 | |
EU 27 | 85.6 | 90.7 | 92.3 |
Belgium | 99.1 | 99.7 | 99.5 |
Bulgaria | 73.4 | 79.8 | 78.4 |
Czech Rep. | 90.0 | 92.6 | 90.9 |
Denmark | 95.7 | 92.7 | 91.8 |
Germany | 82.6 | 94.5 | 95.6 |
Estonia | 87.0 | 93.6 | 95.1 |
Ireland | 74.6 | 71.7 | 72.0 |
Greece | 69.3 | 68.2 | : |
Spain | 100 | 98.1 | 99.0 |
France | 100 | 100 | 100 |
Italy | 100 | 99.3 | 98.8 |
Cyprus | 64.7 | 84.7 | 88.5 |
Latvia | 65.4 | 88.2 | 88.9 |
Lithuania | 60.6 | 76.6 | 77.8 |
Luxembourg | 94.7 | 93.9 | 94.3 |
Hungary | 93.9 | 95.1 | 94.6 |
Malta | 100 | 98.8 | 97.8 |
Netherlands | 99.5 | 98.9 | 99.5 |
Austria | 84.6 | 88.8 | 90.3 |
Poland | 58.3 | 66.8 | 67.5 |
Portugal | 78.9 | 86.7 | 87.0 |
Romania | 67.6 | 81.8 | 82.8 |
Slovenia | 85.2 | 89.2 | 90.4 |
Slovakia | 76.1 | 79.4 | 79.1 |
Finland | 55.2 | 69.8 | 70.9 |
Sweden | 83.6 | 94.0 | 94.6 |
UK | 100 | 90.7 | 97.3 |
Croatia | : | 65.2 | 68.0 |
Iceland | 91.8 | 95.4 | 96.2 |
MK* | 17.4 | 26.1 | 28.5 |
Turkey | 11.6 | 26.7 | 34.4 |
Liechtenstein | 69.3 | 84.5 | 83.2 |
Norway | 79.7 | 94.3 | 95.6 |
Sors: Eurostat (LFS) L-aħjar pajjiżi l-agħar pajjiżi. b = waqfa fis-serje. p = provviżorja. (01) = 2001. (02) = 2002.
*MK = Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
2. Persuni b'livelli baxxi
Il-valur referenzjarju 2010/2020: Sal-2010 n-numru ta' persuni b'livelli baxxi ta' qari għandu jonqos b'20 % (għal 17 %). Sal-2020 in-numru ta' persuni b'livelli baxxi ta' qari, matematika u xjenza għandu jkun anqas minn b'15 %.
Xejriet: Fl-UE (dejta komparabbli disponibbli għat-18-il pajjiż) il-prestazzjoni tjiebet minn 21.3 % għal dawk b'livell baxx ta' qari fl-2000 għal 20.0 % (bniet: 13.3%, subien: 26.6 %) fl-2009.
L-aħjar pajjiżi tal-UE: Il-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Estonja
2000 | 2006 | 2009 | |
EU (18) | 21.3 | 24.1 | 20.0 |
Belgium | 19.0 | 19.4 | 17.7 |
Bulgaria | 40.3 | 51.1 | 41.0 |
Czech Rep. | 17.5 | 24.8 | 23.1 |
Denmark | 17.9 | 16.0 | 15.2 |
Germany | 22.6 | 20.0 | 18.5 |
Estonia | : | 13.6 | 13.3 |
Ireland | 11.0 | 12.1 | 17.2 |
Greece | 24.4 | 27.7 | 21.3 |
Spain | 16.3 | 25.7 | 19.6 |
France | 15.2 | 21.7 | 19.8 |
Italy | 18.9 | 26.4 | 21.0 |
Cyprus | : | : | : |
Latvia | 30.1 | 21.2 | 17.6 |
Lithuania | : | 25.7 | 24.3 |
Luxembourg | (35.1) | 22.9 | 26.0 |
Hungary | 22.7 | 20.6 | 17.6 |
Malta | : | : | : |
Netherlands | (9.5) | 15.1 | 14.3 |
Austria | 19.3 | 21.5 | 27.5 |
Poland | 23.2 | 16.2 | 15.0 |
Portugal | 26.3 | 24.9 | 17.6 |
Romania | 41.3 | 53.5 | 40.4 |
Slovenia | : | 16.5 | 21.2 |
Slovakia | : | 27.8 | 22.3 |
Finland | 7.0 | 4.8 | 8.1 |
Sweden | 12.6 | 15.3 | 17.4 |
UK | (12.8) | 19.0 | 18.4 |
Croatia | : | 21.5 | 22.5 |
Iceland | 14.5 | 20.5 | 16.8 |
Turkey | : | 32.2 | 24.5 |
Liechtenstein | 22.1 | 14.3 | 15.6 |
Norway | 17.5 | 22.4 | 14.9 |
Sors: OECD (PISA) L-aħjar pajjiżi l-agħar pajjiżi ( ) = mhux komparabbli.
Ċipru u Malta għadhom ma pparteċipawx fl-istħarriġ. Ir-riżultat tal-UE: għat-18-il pajjiż b'dejta komparabbli.
*MK = Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
3. Studenti bi tluq bikri mill-iskola
Il-valur referenzjarju 2010/2020 (mira titolari tal-2020 tal-UE wkoll): Sal-2010/2020 in-numru ta' studenti bi tluq bikri mill-iskola ta' mhux aktar minn 10 % għandu jintlaħaq.
Xejriet: Fl-UE-27 in-numru ta' studenti bi tluq bikri mill-iskola (popolazzjoni 18-24) naqas minn 17.6 % fl-2000 għal 14.4 % fl-2009 (nisa: 12.5%. rġiel: 16.3 %).
L-aħjar pajjiżi tal-UE: Il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja,
2000 | 2008 | 2009 | |
EU 27 | 17.6 | 14.9 | 14.4 |
Belgium | 13.8 | 12.0 | 11.1 |
Bulgaria | 20.5 (01) | 14.8 | 14.7 |
Czech Rep. | 5.7 (02) | 5.6 | 5.4 |
Denmark | 11.7 | 11.5 | 10.6 |
Germany | 14.6 | 11.8 | 11.1 |
Estonia | 15.1 | 14.0 | 13.9 |
Ireland | 14.6 (02) | 11.3 | 11.3 |
Greece | 18.2 | 14.8 | 14.5 |
Spain | 29.1 | 31.9 | 31.2 |
France | 13.3 | 11.9 | 12.3 |
Italy | 25.1 | 19.7 | 19.2 |
Cyprus | 18.5 | 13.7 | 11.7 |
Latvia | 16.9(02) | 15.5 | 13.9 |
Lithuania | 16.5 | 7.4 | 8.7 |
Luxembourg | 16.8 | 13.4 | 7.7 |
Hungary | 13.9 | 11.7 | 11.2 |
Malta | 54.2 | 39 | 36.8 |
Netherlands | 15.4 | 11.4 | 10.9 |
Austria | 10.2 | 10.1 | 8.7 |
Poland | 7.4 (01) | 5.0 | 5.3 |
Portugal | 43.6 | 35.4 | 31.2 |
Romania | 22.9 | 15.9 | 16.6 |
Slovenia | 6.4 (01) | 5.1u | 5.3u |
Slovakia | 6.7 (02) | 6.0 | 4.9 |
Finland | 9.0 | 9.8 | 9.9 |
Sweden | 7.3 | 12.2 | 10.7 |
UK | 18.2 | 17.0 | 15.7 |
Croatia | 8.0 (02) | 3.7 u | 3.9 u |
Iceland | 29.8 | 24.4 | 21.4 |
MK* | n/a | 19.6 | 16.2 |
Turkey | 59.3 | 45.5 | 44.3 |
Norway | 12.9 | 17.0 | 17.6 |
Sors: Eurostat (LFS) L-aħjar pajjiżi l-agħar pajjiżi. b = waqfa fis-serje. p = provviżorja, u=mhix affidabbli, (01) = 2001. (02)= 2002.
*MK = Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
4. Il-livell milħuq fl-edukazzjoni għaż-żgħażagħ
Il-valur referenzjarju 2010: Sal-2010 mill-inqas 85 % ta’ dawk li għandhom 22 sena fl-UE għandhom ikunu spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja għolja.
Xejriet: Mill-2000 il-livell milħuq fl-edukazzjoni sekondarja għolja għaż-żgħażagħ fl-UE żdied bi ftit minn 76.6 % tal-popolazzjoni b'età 20-24 għal 78.6 % fl-2009 (nisa 81.4 %, rġiel 75.9 %).
L-aħjar pajjiżi tal-UE: Is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja
2000 | 2008 | 2009 | |
EU 27 | 76.6 | 78.4 | 78.6 |
Belgium | 81.7 | 82.2 | 83.3 |
Bulgaria | 75.2 | 83.7 | 83.7 |
Czech Rep. | 91.2 | 91.6 | 91.9 |
Denmark | 72.0 | 71.0 | 70.1 |
Germany | 74.7 | 74.1 | 73.7 |
Estonia | 79.0 | 82.2 | 82.3 |
Ireland | 82.6 | 87.7 | 87.0 |
Greece | 79.2 | 82.1 | 82.2 |
Spain | 66.0 | 60.0 | 59.9 |
France | 81.6 | 83.4 | 83.6 |
Italy | 69.4 | 76.5 | 76.3 |
Cyprus | 79.0 | 85.1 | 87.4 |
Latvia | 76.5 | 80.0 | 80.5 |
Lithuania | 78.9 | 89.1 | 86.9 |
Luxembourg | 77.5 | 72.8 | 76.8 |
Hungary | 83.5 | 83.6 | 84.0 |
Malta | 40.9 | 53.0 | 52.1 |
Netherlands | 71.9 | 76.2 | 76.6 |
Austria | 85.1 | 84.5 | 86.0 |
Poland | 88.8 | 91.3 | 91.3 |
Portugal | 43.2 | 54.3 | 55.5 |
Romania | 76.1 | 78.3 | 78.3 |
Slovenia | 88.0 | 90.2 | 89.4 |
Slovakia | 94.8 | 92.3 | 93.3 |
Finland | 87.7 | 86.2 | 85.1 |
Sweden | 85.2 | 85.6 | 86.4 |
UK | 76.7 | 78.2 | 79.3 |
Croatia | 90.6 (02) | 95.4 | 95.1 |
Iceland | 46.1 | 53.6 | 53.6 |
MK* | n/a | 79.7 | 81.9 |
Turkey | n/a | 48.9 | 50.0 |
Norway | 95.0 | 70.1b | 69.7 |
Sors: Eurostat (LFS) L-aħjar pajjiżi l-agħar pajjiżi. b = waqfa fis-serje. p = provviżorja. (01) = 2001. (02)= 2002
*MK = Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
5. Il-gradwati tal-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija
Il-valur referenzjarju 2010: Sal-2010 n-numru totali tal-gradwati tal-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija fl-UE għandu jiżdied b'mill-inqas 15 %, id-differenza bejn is-sessi għandha tonqos.
Xejriet: In-numru ta' gradwati tal-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija żdied b'37.2 % mill-2000 u n-numru ta' nisa minn 30.7 % għal 32.6 % fl-2008.
L-aħjar pajjiżi tal-UE: Tkabbir mill-2000: Il-Portugall, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka
growth 2000 - 2008 |
| ||||||
EU 27 | 37.2 | 30.7 | 32.6 | ||||
Belgium | 20.9 | 25.0 | 25.9 | ||||
Bulgaria | 21.8 | 45.6 | 37.0 | ||||
Czech Rep. | 141.3 | 27.0 | 30.1 | ||||
Denmark | 14.3 | 28.5 | 36.4 | ||||
Germany | 53.5 | 21.6 | 31.1 | ||||
Estonia | 57.1 | 35.7 | 42.1 | ||||
Ireland | 1.0 | 37.9 | 30.4 | ||||
Greece | 26.5* | : | 41.9 | ||||
Spain | 14.8 | 31.5 | 30.2 | ||||
France | 5.4 | 30.8 | 28.2 | ||||
Italy | 62.9 | 36.6 | 38.4 | ||||
Cyprus | 58.3 | 31.0 | 37.4 | ||||
Latvia | 11.5* | 31.4 | 32.2 | ||||
Lithuania | 36.4 | 35.9 | 33.5 | ||||
Luxembourg | : | : | 48.2 | ||||
Hungary | 18.9 | 22.6 | 25.7 | ||||
Malta | 33.9* | 26.3 | 28.4 | ||||
Netherlands | 39.3 | 17.6 | 18.9 | ||||
Austria | 66.4 | 19.9 | 24.2 | ||||
Poland | 100.0 | 35.9 | 40.3 | ||||
Portugal | 193.2 | 41.9 | 34.1 | ||||
Romania | 89.1* | 35.1 | 43.1 | ||||
Slovenia | 16.0 | 22.8 | 26.5 | ||||
Slovakia | 185.8 | 30.1 | 36.8 | ||||
Finland | 59.5 | 27.3 | 33.1 | ||||
Sweden | 13.3 | 32.1 | 33.4 | ||||
UK | 17.8 | 32.1 | 31.2 | ||||
Croatia | 81.7* | : | 33.2 | ||||
Iceland | 39.9 | 37.9 | n/a | ||||
MK* | 68.0 | 41.6 | 42.8 | ||||
Turkey | 70.8 | 31.1 | 30.6 | ||||
Liechtenstein | 41.1* | : | 25.8 | ||||
Norway | 11.0 | 26.8 | 29.6 | ||||
Sors: Eurostat (UOE). *= Tkabbir kumulattiv estrapolat mis-snin disponibbli.
*MK = Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
6. Il-livell milħuq fl-edukazzjoni terzjarja
Il-valur referenzjarju 2020 (mira titolari tal-2020 tal-UE wkoll): Sal-2020 il-livell milħuq fl-edukazzjoni terzjarja ta' dawk bl-età 30-34 għandu jilħaq ta' mill-anqas 40 %.
Xejriet: Il-livell milħuq fl-edukazzjoni terzjarja ta' dawk bl-età bejn 30-34 żdied minn 22.4 % fl-2000 għal 32.3 % (nisa: 35.7%, irġiel 28.9%) fl-2009 u għalhekk bi kważi 10 punti perċentwali.
L-aħjar pajjiżi tal-UE: L-Irlanda, id-Danimarka u l-Lussemburgu.
2000 | 2008 | 2009 | |
EU 27 | 22.4 | 31.1 | 32.3 |
Belgium | 35.2 | 42.9 | 42.0 |
Bulgaria | 19.5 | 27.1 | 27.9 |
Czech Rep. | 13.7 | 15.4 | 17.5 |
Denmark | 32.1 | 46.3 | 48.1 |
Germany | 25.7 | 27.7 | 29.4 |
Estonia | 30.8 | 34.1 | 35.9 |
Ireland | 27.5 | 46.1 | 49.0 |
Greece | 25.4 | 25.6 | 26.5 |
Spain | 29.2 | 39.8 | 39.4 |
France | 27.4 | 41.3 | 43.3 |
Italy | 11.6 | 19.2 | 19.0 |
Cyprus | 31.1 | 47.1 | 44.7 |
Latvia | 18.6 | 27.0 | 30.1 |
Lithuania | 42.6 | 39.9 | 40.6 |
Luxembourg | 21.2 | 39.8 | 46.6p p p |
Hungary | 14.8 | 22.4 | 23.9 |
Malta | 7.4 | 21.0p | 21.1p |
Netherlands | 26.5 | 40.2 | 40.5 |
Austria | : | 22.2 | 23.5 |
Poland | 12.5 | 29.7 | 32.8 |
Portugal | 11.3 | 21.6 | 21.1 |
Romania | 8.9 | 16.0 | 16.8 |
Slovenia | 18.5 | 30.9 | 31.6 |
Slovakia | 10.6 | 15.8 | 17.6 |
Finland | 40.3 | 45.7 | 45.9 |
Sweden | 31.8 | 42.0p | 43.9p |
UK | 29.0 | 39.7 | 41.5 |
Croatia | 16.2(02) | 18.5u | 20.5u |
Iceland | 32.6 | 38.3 | 41.8 |
MK* | : | 12.4 | 14.3 |
Turkey | : | 13.0 | 14.7 |
Norway | 37.3 | 46.2 | 47.0 |
Sors: Eurostat (UOE), (02) = 2002.
*MK = Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u = dejta mhux affidabbli
7. Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja
Il-valur referenzjarju 2010/2020: Il-livell medju fl-UE tal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja tal-popolazzjoni tal-età tax-xogħol għandha ta' mill-inqas tilħaq 12.5 % fl-2010 u 15 % fl-2020.
Xejriet: Fuq il-livell tal-UE, il-parteċipazzjoni żdiedet minn 7.1 % fl-2000 għal 9.3 % fl-2009 (popolazzjoni 25-64: irġiel 8.5 %. nisa: 10.2%). Madankollu parti konsiderevoli ta' din iż-żieda kienet riżultat ta' waqfien fis-serje ta' żmien viċin l-2003. Mill-2005 l-parteċipazzjoni naqset xi ftit.
L-aħjar pajjiżi tal-UE: Id-Danimarka, l-Isvezja u l-Finlandja
2005 | 2008 | 2009 | |
EU 25 | 9.8 | 9.5 | 9.3 p |
Belgium | 8.3 | 6.8 | 6.8 |
Bulgaria | 1.3 | 1.4 | 1.4 |
Czech Rep. | 5.6 | 7.8 p | 6.8 |
Denmark | 27.4 | 30.2 | 31.6 |
Germany | 7.7 | 7.9 | 7.8 |
Estonia | 5.9 | 9.8 p | 10.5 |
Ireland | 7.4 | 7.1 | 6.3 |
Greece | 1.9 | 2.9 | 3.3 |
Spain | 10.5 | 10.4 | 10.4 |
France | 7.1 | 7.3 | 6.0 |
Italy | 5.8 | 6.3 | 6.0 |
Cyprus | 5.9 | 8.5 | 7.8 |
Latvia | 7.9 | 6.8 | 5.3 |
Lithuania | 6.0 | 4.9 | 4.5 |
Luxembourg | 8.5 | 8.5 | 13.4 p |
Hungary | 3.9 | 3.1 | 2.7 |
Malta | 5.3 | 6.2 | 5.8 p |
Netherlands | 15.9 | 17.0 | 17.0 |
Austria | 12.9 | 13.2 | 13.8 |
Poland | 4.9 | 4.7 | 4.7 |
Portugal | 4.1 | 5.3 p | 6.5 |
Romania | 1.6 | 1.5 | 1.5 |
Slovenia | 15.3 | 13.9 | 14.6 |
Slovakia | 4.6 | 3.3 | 2.8 |
Finland | 22.5 | 23.1 | 22.1 |
Sweden | 17.4 p | 22.2 b | 22.2 p |
UK | 27.6 | 19.9 b | 20.1 |
Croatia | 2.1 | 2.2 | 2.3 |
Iceland | 25.7 | 25.1 | 25.1 |
MK* | : | 2.5 | 3.3 |
Turkey | 1.9 | 1.8 | 2.3 |
Norway | 17.8 | 19.3 | 18.1 |
Sors: Eurostat (LFS) L-aħjar pajjiżi l-agħar pajjiżi. b = waqfa fis-serje. p = provviżorja.
*MK = Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.