Navigation path

Left navigation

Additional tools

Tassazzjoni fuq l-enerġija: Il-Kummissjoni qed tippromwovi l-effiċjenza enerġitika u l-prodotti li jħarsu aħjar l-ambjent.

European Commission - IP/11/468   13/04/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/11/468

Brussell, it-13 ta’ April 2011

Tassazzjoni fuq l-enerġija: Il-Kummissjoni qed tippromwovi l-effiċjenza enerġitika u l-prodotti li jħarsu aħjar l-ambjent.

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposti tagħha biex tagħmel bidla radikali fir-regoli qodmagħall-prodotti tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea. Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jirristrutturaw il-mod kif jiġu ntaxxati l-prodotti tal-enerġija biex jitneħħew l-iżbilanċi attwali u biex jitqiesu kemm l-emissjonijiet tas-CO2 kif ukoll il-kontenut tal-enerġija tagħhom. It-taxxi eżistenti għall-enerġija għandhom jinqasmu f’żewġ komponenti, jekk jitqiesu flimkien, għandhom jiddeterminaw ir-rata ġenerali li biha jiġi ntaxxat il-prodott. Il-Kummissjoni trid tippromwovi l-effiċjenza enerġetika, il-konsum ta’ prodotti li jħarsu aħjar l-ambjent u li jiġi evitat kull tfixkil tal-kompetizzjoni fis-Suq Uniku. Il-proposta ser tgħin lill-Istati Membri biex ifasslu mill-ġdid l-istrutturi ġenerali tat-taxxa b’mod li dawn jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-impjiegi billi t-tassazzjoni tiġi trasferita minn dik fuq ix-xogħol għall-konsum. Id-Direttiva riveduta ser tidħol fis-seħħ fl-2013. Perjodi twal ta' tranżizzjoni għall-armonizzazzjoni sħiħa tat-tassazzjoni fuq il-kontenut tal-enerġija ser iħallu żmien biżżejjed biex, sal-2023, l-industrija tadatta ruħha għall-istruttura ġdida tat-tassazzjoni.

Algirdas Šemeta, il-Kummissarju tal-UE responsabbli mit-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, il-Verifika u l-Ġlieda kontra l-Frodi qal: "Is-sistema modernizzata ta’ tassazzjoni għall-enerġija ġiet fil-mument it-tajjeb . L-Istati Membri issa qed jiddefinixxu l-istrateġija tagħhom biex joħorġu mill-kriżi u jilħqu l-miri tal-Ewropa 2020. L-Istati Membri qed jitolbu li tittieħed azzjoni biex titnaqqas id-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili. Tassazzjoni fuq l-enerġija li tkun ġusta u trasparenti hija bżonnjuża biex nilħqu l-għan tagħna fir-rigward tal-enerġija u l-klima. Il-mira komuni tagħna hija ekonomija tal-UE iktar effiċjenti fir-riżorsi, iktar ekoloġika u ikar kompetittiva. Il-proposta tistabbilixxi sinjal qawwi dwar il-prezzijiet tas-CO2 għan-negozji u l-konsumaturi, hija wkoll opportunità biex nitrasferixxu l-piż tat-taxxi mix-xogħol għall-konsum, sabiex titkattar it-tassazzjoni li tinkoraġġixxi t-tkabbir".

Sa ċertu punt it-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija hija diġà armonizzata fuq livell tal-UE. Id-Direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija issa qed tistabbilixxi r-rati minimi għat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija li jintużaw bħala fjuwils għall-karozzi u fjuwils għat-tisħin kif ukoll għall-elettriku. Madanakollu, id-Direttiva hi qadima u inkonsistenti. It-tassazzjoni bbażata fuq volumi ta’ prodotti tal-enerġija li jiġu kkunsmati ma tistax tindirizza l-miri tal-UE għall-enerġija u tibdil fil-klima. Din falliet ukoll milli tistabbilixxi inċentivi ekonomiċi biex jiżdied it-tkabbir u jingħata stimulu għall-ħolqien tal-impjiegi. It-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija għandha tikkunsidra aħjar il-kontenut tagħhom tal-enerġija u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.

Elementi Ewlenin

Id-Direttiva riveduta dwar l-enerġija ser tippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu l-aqwa użu mit-tassazzjoni u li, finalment, jappoġġjaw "it-tkabbir sostenibbli". Biex jagħmlu dan, id-Direttiva qed tipproponi li taqsam ir-rata massima ta’ taxxa f’żewġ partijiet:

  • Waħda tkun ibbażata fuq l-emissjonijiet tas-CO2 mill-prodotti tal-enerġija u għandha tiġi ffissata għal EUR 20 għal kull tunnellata ta’ CO2.

  • L-oħra għandha tkun ibbażata fuq il-kontenut tal-enerġija, jiġifieri fuq l-enerġija attwali ġġenerata minn prodott u li tiġi mkejla f’Gigajoules (GJ). Ir-rata minima ta’ taxxa għandha tiġi ffissata għal EUR 9.6/GJ għall-fjuwils tal-karozzi, u EUR 0.15/GJ għall-fjuwils għat-tisħin. Din ir-rata ser tapplika għall-fjuwils kollha għat-trasport u t-tisħin.

L-aspetti soċjali qed jiġu kkunsidrati flimkien mal-għażla tal-Istati Membri biex tkun eżentata kompletament l-enerġija kkunsmata mill-familji biex isaħħnu djarhom, irrispettivament mit-tip ta’ prodotti tal-enerġija li jużaw.

Perjodi twal ta’ tranżizzjoni għal armonizzazzjoni sħiħa ta’ tassazzjoni fuq il-kontenut tal-enerġija ser iħallu żmien biżżejjed biex, sal-2023, l-industrija tadatta ruħha għall-istrutturi ġodda ta’ tassazzjoni.

Il-benefiċċji tar-reviżjoni tat-tassazzjoni fuq l-enerġija

  • Din il-proposta ser tiffavorixxi sorsi rinovabbli tal-enerġija u tinkoraġġixxi l-konsum ta’ sorsi tal-enerġija li jarmu anqas CO2. B’mod paradossali, fil-preżent, is-sorsi li l-aktar iniġġsu huma dawk l-anqas intaxxati. Għall-kuntrarju, il-bijofjuwils huma fost l-aktar sorsi ta’ enerġija li għandhom taxxa għolja minkejja l-impenn tal-UE biex iżżid is-sehem tal-enerġiji rinovabbli fit-trasport. Il-proposta l-ġdida ser telimina dawn l-inkonsistenzi.

  • Fit-test il-ġdid huwa previst ukoll approċċ aktar koerenti għat-tassazzjoni fuq l-enerġija fl-UE kollha billi jiġi evitat it-traqqigħ ta’ politiki nazzjonali u jiġi sostnut il-ħolqien tal-istess opportunitajiet għall-industrija fl-UE. It-test huwa wkoll opportunità biex l-Istati Membri jfasslu mill-ġdid il-politiki tagħhom dwar it-tassazzjoni b'mod li jippromwovi l-impjiegi.

  • Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, id-Direttiva riveduta għandha l-għan li tikkumplimenta l-ETS eżistenti tal-UE billi tiġi applikata taxxa fuq is-CO2 f’setturi li huma lil hinn mill-ambitu tagħha (it-trasport, il-familji, l-agrikoltura u l-industriji ż-żgħar). Dawn jikkontribwixxu għal nofs l-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE; Għalhekk hu importanti li dawn jiġu koperti wkoll minn sinjal dwar il-prezzijiet tas-CO2.

  • Fl-aħħarnett, din l-inizzjattiva ser tgħin biex l-UE tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, kif ġie mitlub fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2008. Din tkompli titsħaq ukoll fuq ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li saret f'Cancun fil-Messiku f’Diċembru 2010.

Il-passi li jmiss

Il-proposta issa ser tiġi diskussa mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u mistennija li tidħol fis-seħħ fl-2013. Fejn ikun xieraq, il-proposta qed tipprevedi l-introduzzjoni gradwali ta' sistema ġdida ta' tassazzjoni.

Għal iktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/index_en.htm

Memo/11/238


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website