Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/11/44

Brussell, id-19 ta' Jannar 2011

It-trasport bl-ajru: Il-Viċi President Kallas ilaqqa' r-rappreżentanti tal-ajruporti Ewropej sabiex jitgħallmu mill-esperjenza tat-tħarbit fl-ivvjaġġar bl-ajru kkawżat mill-borra

Siim Kallas, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mit-trasport illum iltaqa' mas-CEOs tal-ajruporti prinċipali Ewropej sabiex flimkien jiddiskutu dwar kif għandhom jiġu evitati l-problemi li seħħew fl-ajruporti x-xahar li għadda minħabba l-borra qawwija li niżlet. Il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp ġiegħlu lill-ajruporti prinċipali tal-UE jagħlqu għal kollox jew parzjalment u dan ġab miegħu tħarbit sinifikanti fit-traffiku tal-ajru mal-Ewropa kollha. Eluf ta' passiġġieri kellhom iqattgħu l-lejl fl-ajruporti u tħassru 35,000 titjira. Dan l-ammont huwa ikbar mill-għadd kollu ta' titjiriet imħassra fl-2009. Il-Kummissjoni se tressaq miżuri speċifiċi sabiex tindirizza wħud mill-kwistjonijiet ewlenin imsemmija fil-Pakkett dwar l-Ajruporti li se jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.

Il-Viċi President Kallas qal: "Huwa diffiċli li l-industrija tal-avjazzjoni tbassar l-irmied mill-vulkan, iżda nafu li x-xitwa tasal kull sena u għandna nkunu lesti għaliha. It-tfassil u t-twettiq tal-ippjanar ta' kontinġenza jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-industrija tal-avjazzjoni. Dak li nistgħu nagħmlu f'livell Ewropew huwa li nsaħħu l-qafas regolatorju - hekk kif meħtieġ - sabiex ngħinu. B'mod partikolari, għandna bżonn nintroduċu rekwiżiti minimi ta' servizz u kwalità għall-passiġġieri tagħna fl-ajruporti Ewropej. Dawk ir-rekwiżiti se jkunu jagħmlu parti mill-proposti leġiżlattivi fil-Pakkett dwar l-Ajruporti mistenni aktar tard din is-sena." (MEMO/11/28).

X'ġara x-xahar li għadda?

F'Diċembru 2010 kien hemm tħarbit kbir fit-trasport bl-ajru. Bosta mill-akbar ajruporti ċentrali l-aktar frekwentati tal-Ewropa għalqu parzjalment matul wieħed mill-aktar tmiem il-ġimgħa tas-sena li jkun mimli attività: il-bidu tal-vaganzi tal-Milied. Bosta titjiriet tħassru. Eluf ta' passiġġieri baqgħu l-art f'ajruporti ċentrali madwar l-Ewropa kollha, iżda wkoll f'partijiet oħra tad-dinja. Dan ikkawża problemi kbar ħafna fl-immaniġġjar tal-bagalji. Tħassib dwar nuqqas tal-prodott li jdewweb is-silġ affettwa wkoll l-attività f'xi ajruporti. B'mod ġenerali, tħassru għexieren ta' eluf ta' titjiriet.

  • Waqt il-laqgħa, l-ajruporti qasmu mal-oħrajn l-esperjenza li għaddew minnha kif ukoll il-ħsibijiet tagħhom dwar dak li kien ġara u l-fatturi u n-nuqqasijiet involuti:

  • L-inżul ta' ħafna borra f'dawk l-ajruporti ċentrali tal-UE li joperaw qrib il-limiti tal-kapaċità u f'wieħed mill-aktar perjodi tas-sena li jkun mimli attività.

  • It-tneħħija tal-borra ħafna drabi saret bil-mod wisq.

  • Heathrow, wieħed mill-aktar ajruporti ċentrali prinċipali u l-aktar frekwentati fl-UE ngħalaq għal bosta ġranet. Dan kellu impatt indirett fuq l-ajruporti l-oħrajn. L-ajruporti joperaw f'sistema.

  • L-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri ma ngħatatx f'waqtha u b'hekk ma setgħux jevitaw stennija bla bżonn fl-ajruporti.

  • It-theddida ta' nuqqas ta' prodotti li jdewbu s-silġ tellfet u naqqset l-attività fl-ajruporti.

Kif nistgħu niżguraw li dan ma jerġax iseħħ?

  • L-ippjanar ta' kontinġenza għall-borra fl-ajruporti għandu jitjieb.

  • Jeħtieġ li niżguraw kooperazzjoni aħjar bejn dawk kollha involuti kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art.

  • Jeħtieġ niżguraw funzjoni xierqa tal-ajruporti ċentrali. Minħabba l-impatti indiretti, b'mod ġenerali, l-ajruporti għandhom ikunu ferm aktar integrati biex hekk jaħdmu bħala netwerk. Ma jistgħux jaħdmu weħidhom.

  • L-informazzjoni lill-passiġġieri għandha titjieb, b'informazzjoni aħjar dwar dewmien u dwar tbiddil fir-rotta u wkoll aktar f'waqtha.

L-ippjanar ta' kontinġenza jaqa' l-ewwel nett taħt ir-responsabbiltà tal-industrija tal-avjazzjoni. Dak li l-Kummissjoni tista' tagħmel huwa li ssaħħaħ il-qafas regolatorju – hekk kif meħtieġ. B'mod partikolari, tiżgura rekwiżiti minimi ta' servizz u kwalità għall-passiġġieri fl-ajruporti.

Il-passi li jmiss

B'ħarsa 'l quddiem lejn il-Milied tal-2011, il-Viċi President Kallas talab lill-Ajruporti Ewropej sabiex jippreżentawlu malajr kemm jista' jkun rapport ta' progress dwar l-ippjanar ta' kontinġenza għax-xitwa li ġejja.

Il-Viċi President se jippreżenta miżuri speċifiċi sabiex jindirizza l-kwistjonijiet imsemmija aktar 'il fuq fil-Pakkett dwar l-Ajruporti li fil-prinċipju hu mistenni għal qabel is-sajf.

Annex

List of CEOs attending the ACI Board Meeting, members included

Present:

  • Mr Ad Rutten (Schiphol - Amsterdam), President

  • Mr Declan Collier (DAA - Dublin), 1st Vice-President

  • Mr François Rubichon (ADP - Paris), Vice-President

  • Dr Yiannis Paraschis (AIA - Athens), Immediate Past President

  • Mr Jürg Rämi (Basel-Mulhouse), Treasurer

  • Dr Stefan Schulte (Fraport - Frankfurt), Vice-President

  • Mr Zmago Skobir (Aerodrom Ljubljana)

  • Mr Michal Marzec, Polish Airports State Enterprise (Warsaw)

  • Mr Giulio De Metrio, SEA (Milan)

  • Mr Terry Morgan (BAA – London)

  • Mr Michael Eggenschwiler, (Flughafen Hamburg)

  • Mr Herbert Kaufmann (Vienna)

  • Mr Luc Van den Bossche (BAC – Brussels)

For more details of ACI Board Members: http://www.aci-europe.org/


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website