IP/11/443
Brussell/L-Aja, is-7 ta' April 2011
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju tal-UE għall-Wirt Kulturali 2011/il-Premjijiet Europa Nostra
Is-27 rebbieħ tal-Premju tal-UE għall-Wirt Kulturali 2011/il-Premjijiet Europa Nostra qed jitħabbru llum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Europa Nostra (ara l-lista tar-rebbieħa hawn taħt). Il-premjijiet se jkunu ppreżentati fl-10 ta' Ġunju f'ċerimonja fil-Concertgebouw f'Amsterdam fil-preżenza ta' Androulla Vassiliou, Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ u Plácido Domingo, it-tenur ta' fama mondjali u l-president tal-Europa Nostra. F'din iċ-ċerimonja sitta mis-27 proġett rebbieħ se jissemmew bħala rebbieħa tal-"grand prix" għall-aħjar kisbiet dwar wirt tal-2011.
Pictures: Commissioner Vassiliou at Villa Empain, Brussels
"Kull wieħed mir-rebbieħa jirrappreżenta l-aqwa kisbiet tal-Ewropa fil-konservazzjoni, ir-riċerka u l-edukazzjoni, kif ukoll b'hekk qed jiġi onorat is-servizz dedikat mil-individwi u l-gruppi. Il-wirt kulturali huwa parti essenzjali tad-diversità kulturali u l-istorja kondiviża tagħna; dan jgħaqqad il-passat, il-preżent u l-futur tagħna. Dan għen lill-Ewropa ssir l-aqwa destinazzjoni turistika tad-dinja u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv lill-ekonomija tal-Unjoni," qalet il-Kummissarju Vassilliou
"Mingħajr il-ħiliet u l-isforzi magħquda ta' ħafna professjonisti u voluntiera u mingħajr l-involviment taż-żgħażagħ, il-wirt tal-Ewropa ma għandux futur. Dawn il-premjijiet jiċċelebraw l-imħabba, il-passjoni, il-ħarsien u l-impenn għall-preservazzjoni tal-ġmiel u r-ruħ tal-Ewropa," żid jgħid il-President tal-Europa Nostra, Plácido Domingo.
Is-27 rebbieħ ġew magħżula minn madwar 140 proġett sottomessi f'31 pajjiż. L-għażla finali saret minn ġuriji komposti minn esperti indipendenti mill-Ewropa kollha. Kull wieħed mis-sitt rebbieħa tal-"grand prix" se jirċievi EUR 10,000 u plakka għall-bini rebbieħ jew trofew għall-proġetti.
Il-wirt kulturali jġib kontribut sinifikattiv – li ta' spiss hu sottovalutat – lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-settur jirrappreżenta parti importanti tal-industriji kulturali u kreattivi li jipprovdu l-impjiegi għal 8.5 miljun ruħ fl-UE u jikkontribwixxi 4.5 % lill-PDG tal-Ewropa. L-infiq fuq il-konservazzjoni tal-wirt kulturali mill-korpi pubbliċi u privati huwa stmat li jiswa EUR 5 biljun fis-sena. Il-figuri ppubblikati mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) juru li l40 % tat-turiżmu internazzjonali fid-dinja kollha għandu dimensjoni kulturali. Il-wirt kulturali huwa wkoll riżorsa għal żvilupp sostenibbli u koeżjoni soċjali.
Il-premjijiet huma sostnuti mill-Programm Kulturali tal-Unjoni Ewropea li investa EUR 26 milljun fil-kofinanzjament ta' proġetti ta' patrimonju mill-2007. Programmi oħra ffinanzjati mill-UE jipprovdu wkoll appoġġ f'dan il-qasam: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jalloka EUR 3 miljun għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, EUR 2.2 biljun għall-iżvilupp tal-infrastruttura kulturali u EUR 775 miljun biex isostni s-servizzi kulturali għall-2007-2013. Mill-1998 kienu disponibbli wkoll EUR 89 miljun oħra permezz tal-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku.
Nota lill-edituri:
L-Europa Nostra hija vuċi tal-wirt kulturali fl-Ewropa. Tiġbor flimkien u tirrappreżenta 250 organizzazzjoni mhux governattivi, 150 organizzazzjoni assoċjati u 1,500 membru individwali minn aktar minn 50 pajjiż li huma impenjati li jipproteġu l-wirt u l-pajsaġġi kulturali. Din tipprovdi netwerk għal djalogu, tiċċelebra l-aqwa kisbiet tal-patrimonju, tniedi kampanji kontra theddid lil bini, siti u pajsaġġi ta' patrimonju vulnerabbli u favur politiki sostenibbli u standards ta' kwalità għolja Plácido Domingo nħatar President tal-Ewruopa Nostra b'mod unanimu f'Ġunju 2010 mill-assemblea ġenerali għall-impenn tiegħu fil-qasam.
Iċ-ċerimonja tal-premjijiet f'Amsterdam tifforma parti mill-Kungress tal-Patrimonju Ewropew annwali tal-Europa Nostra.
Il-premjijiet jibbenefikaw ukoll mis-sostenn tal-Association of Charity Lotteries in the European Union.
Id-data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet għall-premjijiet li jmiss hija l-1 ta' Ottubru 2011. Iċ-ċerimonja tal-premjijiet se ssir f'Lisbona f'Ġunju 2012.
Ir-Rebbieħa tal-Premju tal-2011 (elenkati alfabetikament skont il-pajjiż)
Il-Kategorija 1 – Konservazzjoni
L'Abbaye d’Ardenne, Saint Germain la Blanche Herbe, Basse-Normandie, FRANCE
Conservation of furniture in Boulle-Technique, Munich, GERMANY
Spichlerz Błękitny Baranek (Blue Lamb Granary), Gdańsk, POLAND
Los tapices de Pastrana (Tapestries of Pastrana), Pastrana, Guadalajara, SPAIN
Preindustrial buildings in Ademuz / Sesga, Ademuz, Valencia, SPAIN
The Hackfall woodland garden, Grewelthorpe, North Yorkshire, UNITED KINGDOM
F'din il-kategorija, il-Premju tal-Europa Nostra ngħata lil proġett minn pajjiż Ewropew li ma ħax sehem fil-Programm Kulturali tal-UE.
Il-Kategorija 2 – Riċerka
Study on wooden churches and bell towers of Europe, Prague, CZECH REPUBLIC
Architectural heritage of the buffer zone in the walled city of Nicosia, CYPRUS
Study on thatching in western Europe, from Asturias to Iceland, Madrid, SPAIN
Il-Kategorija 3 — Servizz ta' dedikazzjoni
Förderverein Kloster Bredelar e.V. (Friends of the Bredelar Monastery), Marsberg, GERMANY
Bond Heemschut (heritage association), Amsterdam, THE NETHERLANDS
Il-Kategorija 4 — Edukazzjoni, taħriġ u qawmien ta' kuxjenza
Hart voor volkscafés (Heart for people’s cafés) in Flanders and Brussels, BELGIUM
4 grada Dragodid – Preserving dry-stone masonry techniques of the Eastern Adriatic, Zagreb, CROATIA
ArtZuid Foundation – sculptures and architecture in Amsterdam, THE NETHERLANDS
Weald & Downland open air museum, Chichester, West Sussex, UNITED KINGDOM
Hampshire & Wight Trust for Maritime Archaeology, Southampton, UNITED KINGDOM
Biex tkun taf aktar: