Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/11/43
Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011
Il-Kummissjoni ssaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-isport
Il-Kummissjoni Ewropea adottat proposti ġodda mmirati lejn it-tisħiħ tad-dimensjonijiet soċjetali, ekonomiċi u organizzazzjonali tal-isport. L-atleti, l-għaqdiet tal-isport u ċ-ċittadini huma mistennija jibbenefikaw mill-pjanijiet, li ġejjin mir-rwol il-ġdid tal-UE skont it-Trattat ta' Liżbona biex il-politika tal-isport tkun appoġġjata u kkoordinata fl-Istati Membri. Hija prevista azzjoni f'oqsma fejn l-isfidi ma jistgħux jintlaqgħu f'livell nazzjonali waħdu b'mod suffiċjenti. Il-proposti tal-Kummissjoni jsegwu konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati tal-isport u jikkunsidraw l-esperjenzi miksuba mill-implimentazzjoni tal-White Paper 2007 dwar l-Isport. Bejn l-2009 u l-2010, il-Kummissjoni allokat aktar minn EUR 6 miljun biex tappoġġja madwar 40 proġett fl-isport immirati biex jippromwovu s-saħħa, l-inklużjoni soċjali, il-volontarjat, l-aċċess għall-persuni b'diżabbiltà, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-doping. Se jitnedew tnax-il proġett ġdid fl-2011 (ara l-anness).
Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropea għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ qalet: "L-isport huwa importanti għall-ekonomija tal-Ewropa u komponent ewlieni għall-mudell soċjali tagħha. Il-miżuri li adottajna llum jenfasizzaw il-kontribut tal-isport għas-soċjetà tagħha u għandhom jgħinu biex itejbu l-mod kif l-isport huwa ġestit."
Il-proposti tal-Kummissjoni, li jinsabu f'dokument bl-isem: "Niżviluppaw id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport", ikopru tliet oqsma ewlenin: Ir-rwol soċjetali tal-isport, id-dimensjoni ekonomika tiegħu, u l-organizzazzjoni tal-isport. Kull kapitolu jipproponi azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.
Rigward ir-rwol soċjetali tal-isport, id-dokument jipproponi li:
Titqies l-adeżjoni tal-UE fil-Konvenzjoni tal-Ġlieda Kontra d-Doping tal-Kunsill tal-Ewropa;
Jiġu żviluppati linji gwida Ewropej dwar taħriġ sportiv u edukazzjoni ġenerali kkombinati flimkien;
Jiġu żviluppati u implimentati arranġamenti ta' sigurtà u rekwiżiti ta' sikurezza għall-avvenimenti internazzjonali tal-isport;
Jitkompla l-progress lejn linji gwida nazzjonali msejsa fuq il-Linji Gwida tal-UE dwar l-Attività Fiżika;
Jiġu żviluppati standards għall-aċċessibbiltà tal-għaqdiet, l-attivitajiet, l-avvenimenti u s-siti tal-isport, permezz tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà;
Jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għall-karigi ta' tmexxija fl-isport.
Rigward id-dimensjoni ekonomika tal-isport, il-Kummissjoni tappella għal:
Twaqqif ta' mekkaniżmi, mill-għaqdiet tal-isport, għall-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-midja biex tkun żgurata ridistribuzzjoni xierqa tad-dħul;
Aktar attenzjoni fuq id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-isport;
L-iskambju ta' prassi tajba għal finanzjament trasparenti u sostenibbli tal-isport;
Sorveljanza tal-applikazzjoni tal-liġi tal-għajnuna statali fil-qasam sportiv;
Sfruttar tal-aspetti relatati mal-isport tal-Fondi Strutturali.
Ħidma lejn dejta statistikali komparabbli dwar l-isport għall-Istati Membri kollha;
Dwar l-organizzazzjoni tal-isport, id-dokument jipproponi:
Il-promozzjoni ta' ġestjoni tajba fl-isport waqt li titqies in-natura speċifika tiegħu;
It-tnedija ta' studju dwar regoli ta' trasferiment u li tingħata gwida fuq din il-bażi;
Il-ħarġa ta' gwida dwar kif għandha ssir ir-rikonċiljazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-moviment ħieles taċ-ċittadini mal-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet fl-isport individwali fuq bażi nazzjonali;
Il-kunsiderazzjoni li tkompli tittieħed azzjoni rigward l-attivitajiet tal-aġenti sportivi;
L-appoġġ lill-imsieħba soċjali u lill-għaqdiet tal-isport biex jinħoloq djalogu soċjali f'livell tal-UE għas-settur tal-isport u r-rekreazzjoni.
Il-passi li jmiss
Id-dokument, jew il-komunikazzjoni kif inhi magħrufa, se jintbagħat lill-Kunsill u lill-Parlament Eworpew għad-diskussjoni u l-eżitu fl-Istati Membri.
It-Trattat ta' Liżbona u l-isport
L-Artikolu 165 tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta l-mandat lill-UE biex tappoġġja, tikkoordina u tissupplementa l-inizjattivi tal-politika tal-isport fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni qed timmira li ttejjeb id-dimensjoni Ewropea tal-isport f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-għaqdiet tal-isport, mas-soċjetà ċivili u maċ-ċittadini.
Biex tkun taf aktar:
Il-websajt tal-isport: http://ec.europa.eu/sport/index_en.htm
Projects selected in 2010 to prevent doping in amateur sport and fitness, promote social inclusion, and foster volunteering in sport
a) Anti-doping projects on prevention measures targeting amateur sport, sport for all and fitness.
The following 3 projects were selected for funding:
Lead organisation | European Health & Fitness Association (EHFA) |
Countries involved | BE, UK, DK(2), PL, HU, PT, BU, DL, NL, CH |
Title | Fitness Against Doping |
Objectives | Educate and inform fitness operators, club owners, and national associations on effective practice. |
Maximum grant* | € 225,000 |
Lead organisation | Deutsche Sportjugend im Deutschen Olympischen Sportbund, e.V. – German Sports Youth in German Olympic Sports Confederation |
Countries involved | DE(3), AT(2), IT, SI, FR, CH |
Title | The European Anti-Doping Initiative |
Objectives | Create a transnational network to develop and encourage anti-doping education in organized sports. |
Maximum grant* | € 270,000 |
Lead organisation | Anti Doping Denmark (ADD) |
Countries involved | DK, NL, SE(2), PL, CY |
Title | Strategy for Stopping Steroids |
Objectives | Fight doping in fitness centres. |
Maximum grant* | € 232,000 |
b) Promoting social inclusion of migrants and persons of foreign origin
The following 5 projects were selected for funding:
Lead organisation | Nederlands Instituut voor Sport en Bewegen (NISB) |
Countries involved | NL, ES, UK(2), IT, DE, AT, IE |
Title | Join in! Social inclusion of migrant youth through sport |
Objectives | Network of policy makers, researchers and professionals who want to improve social inclusion of migrant youth through sports |
Maximum grant* | € 246,000 |
Lead organisation | De Rode Antraciet (The Red Anthracite) (DRA) |
Countries involved | BE(6), FR, UK, ES, DK, RO |
Title | Prisoners on the move! |
Objectives | Build up the social competence of prisoners through sport; facilitating their reintegration of prisoners into the community. |
Maximum grant* | € 182,000 |
Lead organisation | European Non-Governmental Sports Organisation (ENGSO) |
Countries involved | FI, BU, BE, FI, DE, NO, SI, AT, ES, HU, NL |
Title | Creating a Level Playing Field |
Objectives | Support sport organisations and other organisations working in the field to develop actions to promote social inclusion of migrants in and through sport. |
Maximum grant* | € 220,000 |
Lead organisation | Unione Italiana Sport Per tutti (UISP) |
Countries involved | IT(7), ISCA-DK, AT, DE, ES(3), RO |
Title | Migrants’ Inclusion Model through Sport for All (MIMoSA) |
Objectives | Network between sport organizations, national and local authorities, universities to further social inclusion of migrants and other groups (refugees, asylum seekers, Roma, women refugees), based on sports. |
Maximum grant* | € 215,000 |
Lead organisation | Wiener Institut für internationalen Dialog und Zusammenarbeit |
Countries involved | AT, DE, IT, FI, IE, HU, PT |
Title | Sport Inclusion Network (SPIN) |
Objectives | Involving migrants in mainstream sport institutions |
Maximum grant* | € 220,000 |
c) Promoting volunteering in sport
The following 4 projects were selected for funding:
Lead organisation | Association for the European Capital of Sport (ACES) |
Countries involved | IT, ES (2), IT(2), IE, UK(2), BE, RO |
Title | European Cities for Volunteering in Sport |
Objectives | Use the experience in supporting volunteering of the cities and towns of the ACES network in order to define best practices and to disseminate them at European level, to sport organizations, cities and towns, local, national and European administrations and policy-makers. |
Maximum grant* | € 180,000 |
Lead organisation | Vlaamse Sportfederatie (VSF): Dynamo Project |
Countries involved | BE, CZ, UK, FI(2), CY, EL, SK, HU, DE |
Title | PROMOTING and securing volunteering in sport |
Objectives | Foster exchanges of best practices regarding legal, fiscal, administrative, funding-related and other relevant aspects of managing voluntary sports clubs within the EU by voluntary board members. |
Maximum grant* | € 165,000 |
Lead organisation | International Sport and Culture Association (ISCA) |
Countries involved | DK, FR(2), NO, UK(2), IE, IT, DE, CZ, EE, DK, CZ, LV, NL, SI |
Title | EuroVolNet: A network for developing voluntary competence in sport organisations |
Objectives | Foster exchange of best practices regarding legal, fiscal and funding related aspects of voluntary activity in sport. |
Maximum grant* | € 180,000 |
Lead organisation | Führungs-Akademie des Deutschen Olympischen Sportbundes e.V. (DOSB Leadership Academy) |
Countries involved | DE, FR, UK(2), DK, BU, LT, IT, MT, AT |
Title | Training 4 Volunteers |
Objectives | Mapping Strategies and Good Practices of Human Resource Development for Volunteers in Sports Organisations in Europe. |
Maximum grant* | € 165,000 |
* rounded figure