Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-futur tal-avjazzjoni: Ir-rapport "Rotta 2050" ippreżentat mill-Kummissarju Siim Kallas fil-Jiem tal-Aeronawtika 2011 f'Madrid

Commission Européenne - IP/11/376   30/03/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/11/376

Brussell, id-30 ta’ Marzu 2011

Il-futur tal-avjazzjoni: Ir-rapport "Rotta 2050" ippreżentat mill-Kummissarju Siim Kallas fil-Jiem tal-Aeronawtika 2011 f'Madrid

Fil-31 ta' Marzu 2011, il-Viċi President tal-Kummissjoni Siim Kallas, responsabbli għat-trasport, se jippreżenta, matul il-Jiem tal-Aeronawtika ta' din is-sena f'Madrid, viżjoni ġdida fit-tul imħejjija minn grupp ta' livell għoli dwar ir-riċerka fuq l-avjazzjoni u l-aeronawtika. Ir-rapport huwa l-ewwel segwitu għal uħud mill-miżuri li jikkonċernaw l-avjazzjoni li ġew imressqa fil-White Paper dwar it-Trasport li ġiet adottata fit-28 ta' Marzu 2011.

Il-viżjoni għall-2050 tistipula kif u fejn għandhom jiġu stabbiliti l-prijoritajiet Ewropej ta' riċerka biex jingħata valur miżjud mill-UE sabiex jiġu mħarsa t-tkabbir u l-kompetittività tal-UE madwar id-dinja, filwaqt li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-suq kif ukoll l-isfidi tal-enerġija u dawk ambjentali. Ir-rapport ġie mħejji għall-Kummissarji Kallas u Geoghegan-Quinn, responsabbli mir-riċerka u l-innovazzjoni, minn rappreżentanti tas-setturi tal-infrastruttura, tal-vetturi, tal-operat, tal-fjuwil u tar-riċerka. Il-grupp ta' livell għoli dwar ir-riċerka dwar l-avjazzjoni u l-aeronawtika ġie stabbilit f'Diċembru 2010 u l-messaġġ ċentrali tar-rapport huwa li jippromwovi tmexxija globali min-naħa tal-industrija Ewropea kif ukoll avjazzjoni kompetittiva, nadifa, sikura u sigura sal-2050, billi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tas-soċjetà jinżammu fil-qalba tal-istrateġija.

Il-Jiem tal-Aeronawtika se jiġbru flimkien lill-partijiet interessati fl-aeronawtika, il-ministeri, l-aġenziji u ċ-ċentri ta' riċerka u żvilupp minn madwar l-Ewropa u barra l-Ewropa sabiex jinħoloq netwerk bejniethom, jippreżentaw l-aħħar riżultati tar-riċerka tagħhom u jiddiskutu proġetti futuri komuni ta' riċerka u żvilupp. Il-Jiem tal-Aeronawtika 2011, organizzati miċ-Ċentru ta' Żvilupp tat-Teknoloġija Industrijali (CDTI) fi Spanja u mill-Kummissjoni, se jipprovdu opportunità sabiex tiġi ppreżentata u mxerrda informazzjoni dwar ir-riżultati ta' attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku ffinanzjati mill-UE, bl-għan li jinħoloq Ajru Uniku Ewropew u Żona Ewropea ta' Riċerka u jinstabu approċċi innovattivi għal avjazzjoni sostennibbli fl-ambjent globali.

Ir-rapport dwar ir-Rotta 2050: http://ec.europa.eu/transport/air/hlg_aviation_aeronautics_en.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site