Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissarju Dacian Cioloş ser iżur iċ-Ċina biex jagħmel promozzjoni ta’ ikel Ewropew ta’ kwalità

Commission Européenne - IP/11/328   18/03/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/11/328

Brussell, it-18 ta’ Marzu 2011

Il-Kummissarju Dacian Cioloş ser iżur iċ-Ċina biex jagħmel promozzjoni ta’ ikel Ewropew ta’ kwalità

Dacian Cioloş, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, ser iżur iċ-Ċina bejn nhar il-Ħadd l-20 ta’ Marzu u l-Ġimgħa il-25 ta’ Marzu biex jagħmel promozzjoni ta' prodotti tal-ikel u tax-xorb Ewropew ta’ kwalità li għandhom Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) Il-Kummissarju ser ikun akkumpanjat minn delegazzjoni ta' 30 kap eżekuttiv minn kumpaniji tal-ikel u tax-xorb minn madwar l-Unjoni Ewropea, li jirrappreżentaw firxa wiesgħa attraenti ta' prodotti ta' fama mondjali. Permezz ta' laqgħat mal-amministrazzjoni Ċiniża, il-Kummissarju ser ikun qed jesplora wkoll il-possibbiltajiet ta' rikonoxximent reċiproku ta' ikel u xorb li jkollhom IĠ u li jkunu ġejjin miċ-Ċina u mill-Ewropa. Il-Kummissarju Cioloş ser jieħu sehem ukoll f'avvennimenti ta’ kooperazzjoni bejn in-negozju u l-Gvern dwar l-agrikoltura u l-IĠs, u ser iniedi uffiċjalment l-inizjattiva ewlenija tal-Proġett Kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina, wieħed mill-akbar proġetti kummerċjali li qatt saru mill-UE. Flimkien mar-rappreżentanti tan-negozju, il-Kummissarju ser iżur Shanghai, Hangzhou, Suzhou u Beijing – inkluża żjarja f'reġjun fejn jitkabbar it-té Long Jing li għandu fama mondjali – biex isir jaf aktar dwar it-tradizzjonijiet gastronomi li jiġu ċċelebrati u jiskopri r-rikkezza taċ-Ċina rurali.

Qabel din iż-żjara importanti, il-Kummissarju tal-UE Cioloş, qal: "L-għan tagħna f'din iż-żjara hu li noħolqu interess dwar il-prodotti ta' kwalità mill-Ewropa fost il-konsumatur Ċiniż. Issa għandna aktar minn 3 200 prodott ta' ikel, nbid u spirti reġistrati li ngħataw status speċjali bħal IĠs minħabba li ġew prodotti kollha kemm huma jew f'parti minnhom f'żona ġeografika speċifika billi ntużaw ħiliet u tradizzjonijiet rikonoxxuti. Sfortunatament, ħafna drabi, l-esperti biss huma konxji mill-eżistenza ta' dawn il-prodotti. Nittama li ż-żjara tagħna tgħin biex din is-sitwazzjoni tinbidel."

Iċ-Ċina wkoll għandha rikkezza ta' prodotti tradizzjonali u l-Kummissarju Cioloş ser jiltaqa' mal-Ministri Ċiniżi biex jiddiskuti kif l-aħjar jistgħu jiġu protetti b'mod reċiproku dawn it-titli u biex issir promozzjoni tal-kummerċ tagħhom, fis-swieq tal-UE u taċ-Ċina. Il-Kummissarju ser jiltaqa' ma' membri prominenti tal-Gvern Ċiniż, li jinkludu l-Viċi Prim Ministru (responsabbli mill-agrikoltura) Hui Liangyu, il-Ministru tal-Agrikoltura Han Changfu, il-Ministru tal-Kummerċ Chen Deming, il-Ministru Zhi Shuping tal-Amministrazzjoni Ġenerali Ċiniża għas-Superviżjoni ta' Kwalità, l-Ispezzjoni u l-Kwarantina (AQSIQ) kif ukoll il-Viċi Ministru Fu Shuangjian tal-Amministrazzjoni tal-Istat għall-industrija u l-Kummerċ (SAIC).

L-ikel Ċiniż hu ferm popolari fl-Ewropa. Studju li kien sar fl-2006 jindika li l-ikel Ċiniż u dak orjentali huma l-aktar ikel esteru popolari fl-Unjoni Ewropea bi 42% tas-sehem mis-suq, li juri li hemm ħafna entużjażmu għall-prodotti Ċiniżi fl-Ewropa. Il-kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina fil-prodotti agrikoli żdied b'mod sostanzjali fis-snin riċenti – l-esportazzjonijiet tal-UE fl-2010 żdiedu b'50% meta mqabbla mal-livelli tal-2009 [ara t-tabella fl-anness 1].

F'Shangai,Is-Sur Cioloş ser jagħti premju lil uħud mill-aqwa koki tal-belt waqt wirja tat-tisjir li fiha ser ikunu qed jikkompetu biex joffru tisjir kreattiv oriġinali li jkun fih taħlita ta' influenza Ewropea u Ċiniża. Ser iħabbar ukoll ġimgħa ta' promozzjoni ta' prodotti Ewropej bl-IĠ f'diversi ristoranti famużi ta' Shangai.

Għal iktar tagħrif:

  • Dettalji sħaħ tal-programm jinsabu f' www.gi-visit-press.eu

  • Anness 1: Kummerċ bejn iċ-Ċina u l-UE fi prodotti agrikoli bejn l-2005 u l-2010 (f'EUR biljuni)

  • Anness 2: Delegazzjoni tan-negozjanti

Anness1: Kummerċ bejn iċ-Ċina u l-UE fi prodotti agrikoli bejn l-2005 u l-2010 (f'EUR biljuni)

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Esportazzjonijiet tal-UE

1 232

1 375

1 625

1 797

2 160

3 263

Importazzjonijiet tal-EU

2 618

2 948

3 447

3 721

3 232

3 914

Bilanċ kummerċjali

-1 386

-1 573

-1 822

-1 924

-1 072

- 651

Anness 2: Delegazzjoni tan-negozjanti

Prodotti b'IĠ irrappreżentati

Stat Membru

Baena (żejt taż-żebbuġa)

ES

Bayerisches Bier (birra)

DE

Bordeaux (nbid)

FR

Cesko-budejovice pivo (birra)

CZ

Cognac

FR

Comté (ġobon)

FR

Feta (ġobon)

EL

Grana Padano (ġobon)

IT

Grappa

IT

Irish Whiskey

IE

Vodka Litwana

LT

Loukoumi Geroskipou (ħelu)

CY

Vodka Pollakka

PL

Porto

PT

Prosciutto di Parma (perżut)

IT

Rioja (nbid)

ES

Roquefort (ġobon)

FR

Scotch Beef/Scotch Lamb

UK

Scottish Farmed Salmon

UK

Sitia Olive Oil

EL

Stilton (ġobon)

UK

Vodka Żvediża

SE

Tarnave (nbid)

RO

Tokaj (imbid)

HU

Welsh Beef and Welsh Lamb

UK

West Country Farmhouse Cheddar (ġobon)

UK


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site