Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/11/280

Brussell, il-11 ta’ Marzu 2011

Il-Politika tal-Konsumatur: It-Tabella ta' Valutazzjoni turi rkupru fil-kundizzjonijiet tal-konsumatur, tiskopri li jkun hemm aktar fiduċja fix-xiri transkonfinali ġaladarba jiġi ppruvat

It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Konsumatur tar-rebbiegħa li ġiet ippubblikata llum mill-Kummissjoni Ewropea turi rkupru ċar fil-kundizzjonijiet tal-konsumatur fi kważi l-pajjiżi kollha tal-UE wara t-tnaqqis f'daqqa li kien hemm fl-2009. L-indiċi annwali tal-kundizzjonijiet għall-konsumatur jitkejjel pereżempju skont il-fiduċja tal-konsumatur fl-awtoritajiet, fl-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u fil-bejjiegħa bl-imnut u skont l-effettività fit-trattament ta’ tilwimiet. It-Tabella ta' Valutazzjoni tikkonferma wkoll differenza li dejjem tikber bejn il-kummerċ elettroniku domestiku u dak transkonfinali, minkejja potenzjal ċar ta' xiri transkonfinali f'dawk li huma għażla u tfaddil. Imma l-istudju jissuġġerixxi li l-konsumaturi jkollhom ħafna aktar fiduċja fix-xiri transkonfinali ġaladarba jippruvawh. Hemm ostakoli importanti għall-kummerċ elettroniku transkonfinali fuq in-naħa tal-provvista, b'inqas bejjiegħa bl-imnut li jbiegħu bejn il-fruntieri nazzjonali meta mqabbla mal-2009 (ara wkoll MEMO/11/154 għal aktar dettalji).

John Dalli, il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumaturi, qal: "Nixtieq infaħħar lil dawk l-Istati Membri kollha li komplew jinvestu f'ambjent ta' kwalità għall-konsumaturi f'dawn iż-żminijiet diffiċli. L-affarijiet fl-aħħar qegħdin jinbidlu: il-fiduċja tal-konsumaturi tal-UE fl-istituzzjonijiet tal-konsumatur qiegħda terġa' tirritorna għal-livelli preċedenti." Huwa żied jgħid: "Hija wkoll aħbar tajba li t-tħassib tal-konsumaturi dwar xiri transkonfinali għandu t-tendenza li jisparixxi ġaladarba huma jippruvawh u jkollhom esperjenza tajba. Imma r-riżultati jikkonfermaw ukoll kemm għad fadal xogħol xi jsir biex jitneħħew l-ostakoli li fadal għall-ġid tal-ekonomija Ewropea u tal-konsumaturi u n-negozji Ewropej."

It-Tabella ta' Valutazzjoni

It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Konsumatur toffri provi u twissijiet dwar il-prestazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi tal-UE f'dawk li huma għażla, prezzijiet u sodisfazzjon. L-edizzjoni tar-rebbiegħa (it-“Tabella ta' Valutazzjoni dwar il-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur”) tagħti ħarsa lejn l-integrazzjoni tas-suq tal-bejgħ bl-imnut u l-kundizzjonijiet nazzjonali għall-konsumaturi.

Id-dejta tat-Tabella ta' Valutazzjoni hija bbażata fuq stħarriġiet li saru fuq konsumaturi u bejjiegħa bl-imnut kif ukoll fuq dejta dwar l-istatistika bħal ma huma l-livelli tal-introjtu.

Is-sejbiet ewlenin

Progress fil-kundizzjonijiet nazzjonali tal-konsumatur

L-indiċi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur huwa definit minn fatturi bħalma huma l-effettività ta' kif jissolvew it-tilwimiet u t-trattament tal-ilmenti, il-fiduċja tal-konsumatur fl-awtoritajiet, fil-bejjiegħa bl-imnut, f'dawk li jagħmlu r-reklami u fl-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, u l-kwalità tar-regolamenti.

L-indiċi tal-2010 juri li l-kundizzjonijiet tal-konsumatur reġgħu telgħu wara t-tnaqqis f'salt fl-2009, b'bosta pajjiżi li laħqu jew jaqblu jew marru lil hinn mil-livelli tal-2008.

Il-pajjiżi fil-quċċata bl-aħjar kundizzjonijiet huma r-Renju Unit, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Belġju u l-Isvezja, li kollha kemm huma ogħla mill-medja tal-UE.

Id-differenza fil-kummerċ elettroniku

It-Tabella ta' Valutazzjonit turi tkabbir kontinwu tal-kummerċ elettroniku domestiku, b'36% tal-konsumaturi tal-UE li xtraw onlajn minn bejjiegħa nazzjonali fl-2010 (34% fl-2009).

Madankollu, il-kummerċ elettroniku transkonfinali qed ikompli jikber b'ritmu bil-mod (9% fl-2010, meta mqabbel mat-8% fl-2009), minkejja benefiċċji ċari f'dak li huwa tfaddil u għażla kif muri fi studji preċedenti. Hemm bżonn li jsir sforz akbar biex jintlaħaq l-għan tal-Aġenda Diġitali (20% sal-2015).

Ix-xiri onlajn fis-Suq Uniku: il-perċezzjoni tal-konsumaturi v. l-esperjenza

Il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi jidhru li huma ostakolu kbir għall-kummerċ elettroniku transkonfinali. Fost il-konsumaturi li ma għamlux xiri mill-bogħod transkonfinali:

Madankollu, dan it-tħassib huwa inqas mifrux fost il-konsumaturi li attwalment xtraw b'mod transkonfinali (34%, 30% u 20% rispettivament).

Fost il-konsumaturi li diġà xtraw b'mod transkonfinali, 61% minnhom kellhom fiduċja indaqs fix-xiri transkonfinali u dak onlajn domestiku meta mqabbel mat-33% tal-popolazzjoni ġenerali.

Il-kummerċ elettroniku transkonfinali jidher li minn tal-inqas huwa affidabbli daqs il-kummerċ elettroniku domestiku jew anki aktar:

Is-sejbiet jissuġġerixxu rwol ewlieni għal informazzjoni aktar effettiva dwar parir transkonfinali, infurzar u l-mekkaniżmi ta' kumpens eżistenti. Dawn jinkludu n-netwerk għall-Kooperazzjoni tal-Protezzjoni tal-Konsumatur (KPK), li jgħaqqad flimkien inforzaturi nazzjonali, u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, li jipprovdu għajnuna u parir b'xejn lill-konsumaturi li jixtru mis-Suq Uniku.

Ostakoli ewlenin għall-kummerċ elettroniku transkonfinali jinsabu fuq in-naħa tal-provvista.

Il-proporzjon ta' bejjiegħa bl-imnut li jbiegħu lill-pajjiżi oħra tal-UE niżel għal 22% fl-2010 (25% fl-2009), għalkemm il-gwadanji għall-kummerċ transkonfinali huma sinifikanti: 56% jagħmlu stima li aktar minn 10% tal-bejgħ tagħhom b'kummerċ elettroniku jiġu minn pajjiżi oħra tal-UE.

Il-Kummissjoni qed issegwi strateġija biex ittemm il-frammentazzjoni tas-suq, inkluż fost oħrajn permezz tal-Att dwar is-Suq Uniku riċenti.

L-affordabbiltà tal-konsumaturi

Fl-2009, kemm l-introjtu disponibbli (aġġustat għas-servizzi mingħajr ħlas) kif ukoll il-konsum ta' unità domestika naqsu f'bosta pajjiżi tal-UE.

Għadhom jeżistu differenzi kbar fl-UE fil-kapaċità tal-konsumaturi li jaffordjaw prodotti u servizzi, meta jitqiesu kemm l-introjtu medju kif ukoll il-livelli tal-prezzijiet.

Is-sehem tal-konsumaturi vulnerabbli jvarja sew ukoll, iżda f'bosta pajjiżi s-sitwazzjoni tagħhom ma tidhirx li ddeterjorat b'mod sinifikanti fl-2009 minkejja l-kriżi.

It-Tabella ta' Valutazzjoni sħiħa:

http://ec.europa.eu/consumers/strategy/facts_en.htm#5CMS


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website