IP/11/242
Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011
Il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja Viviane Reding tiltaqa' mal-mexxejja tan-negozju biex tagħti spinta għall-iktar nisa fil-kumitati ta' tmexxija tal-kumpaniji
L-Ewropa korporattiva għadha dinja tal-irġiel: waħda biss minn kull 10 membri fuq il-kumitati tat-tmexxija tal-ikbar kumpaniji Ewropej hija mara u f’97% tal-każijiet il-bord huwa presedut minn raġel. Studji juru li negozji b’iktar nisa fit-tmexxija jgħaddu lill-kumpaniji ta’ “irġiel biss” fil-prestazzjoni tagħhom. L-introjtu operattiv tagħhom huwa ogħla u huma aħjar biex jiġbdu talenti u jifhmu lill-klijenti. Li wieħed jagħmel l-aħjar mit-talent femminili fil-forza tax-xogħol mhux biss tajjeb għan-negozju - iżda huwa wkoll ta’ benefiċju għall-ekonomija u s-soċjetà inġenerali. In-nisa jirrapreżentaw 60% tal-gradwati universitarji, iżda jibqgħu minn taħt fejn tidħol ir-rapreżentanza f’karigi fejn jittieħdu deċiżjonijiet ekonomiċi. Waqt sammit speċjali li sar fi Brussell illum, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Viviane Reding se tiltaqa’ ma' CEOs u presidenti tal-bordijiet ta’ kumpaniji kwotati pubblikament minn 10 pajjiżi Ewropej (ara l-Anness). Il-Viċi President Reding se tipresedi l-laqgħa mal-mexxejja tan-negozju flimkien ma’ Gertrude Tumpel-Gugerell, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. Huma se jiddiskutu kif jiddaħħlu iktar nisa fl-ogħla karigi u jekk awtoregolamentazzjoni jew regolamentazzjoni għandha tkun it-triq biex issir bidla sinifikanti malajr. Wara nofsinhar, id-dipartiment tal-Ġustizzja tal-Kummissjoni se jorganizza “seduta ta' smigħ fil-qosor” mal-imsieħba soċjali dwar l-istess kwistjoni (ara l-Anness).
Il-laqgħa tal-lum bejn il-Kummissjoni u l-mexxejja tan-negozju u l-imsieħba soċjali hija l-ewwel pass lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi fil- kumitati ta' tmexxija tal-kumpaniji u fl-ogħla maniġment tal-ikbar kumpaniji Ewropej. Din il-kwistjoni kienet inizjalment imqajjma f’Settembru 2010 meta il-Kummissjoni Ewropea, wara proposta mill-Viċi President Reding, fl-Istrateġgija tagħhha għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (ara IP/10/1149) qalet li se “tikkunsidra inizjattiva biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet.” Abbażi taċ-ċifri l-ġodda ppubblilkati llum, il-Kummissjoni se jkollha skambju ta’ opinjonijiet mal-kumpaniji u mal-imsieħba soċjali biex tara x’miżuri ħadu u bi ħsiebhom jieħdu fil-futur qrib biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati ta' tmexxija tal-kumpaniji. Matul it-12-il xahar li ġejjin, il-Kummissjoni se segwi mill-qrib il-progress. Wara dak il-perjodu, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk iktar miżuri humiex meħtieġa.
“Irrid nibgħat messaġġ ċar lill-Ewropa korporattiva: in-nisa jafu xi jridu u kif jiksbuh, ” qalet il-Viċi-President Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. “Jeħtieġ li nużaw it-talent kollu tas-soċjetà tagħna biex niżguraw; li l-ekonomija Ewropea tirranka. Dan hu għaliex id-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba soċjali huwa daqshekk importanti. Nemmen li regolamentazzjoni proprja tista’ tagħmel differenza jekk tkun kredibbli u effettiva madwar l-Ewropa. Madanakollu, nerġa' lura għal din il-kwistjoni fi żmien sena. Jekk l-awtoregolamentazzjoni tfalli, jiena lesta li nieħu azzjoni ulterjuri fuq livell tal-UE.
Ir-rapport il-ġdid dwar il-Bilanċ bejn is-Sessi fit-Tmexxija tan-Negozju juri li fil-medja n-nisa jagħmlu 12% tal-membri tal-bordjiet fl-ikbar kumpaniji kwotati pubblikament madwar l-UE u 3% biss tal-presidenti tal-bordijiet (ara l-Anness). Iċ-ċifri jvarjaw skont il-pajjiż, minn 26% membri tal-bord femminili fl-Isvezja u l-Finlandja għal 2% f’Malta.
Waqt li l-progress biex jintlaħaq bilanċ raġonevoli (40% minn kull sess) għaddej bilmod fl-Ewropa, xi pajjiżi qed jagħmlu progress. Il-Finlandja, l-Isvezzja, il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka introduċew kodiċi ta’ governanzja korporattiva u/ jew charters li wasslu biex iktar nisa jitpoġġew fuq il-bordijiet. Il-leġiżlazzjoni fuq il-kwoti diġà ġiet introdotta fin-Norveġja u qiegħda issa tkun implimentata fi Franza u fi Spanja. Qiegħda wkoll tkun dikussa fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja u l-Belġju.
Sfond
Il-promozzjoni ta’ iktar ugwaljanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija waħda mill-miri fil-Karta tan-Nisa (ara IP/10/237), li nbdiet mill-President José Manuel Barroso u mill-Viċi President Reding f’Marzu 2010. Il-Kummissjoni imbagħad segwit dawn l-impenji billi addottat Strateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi f’Settembru 2010 għall-ħames snin ta’ wara (ara IP/10/1149 u MEMO/10/430), li tinkludi l-esplorazzjoni ta’ inizzjattivi immirati biex ikun hemm iktar nisa fl-ogħla impjiegi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi.
Hemm kemm każ ekonomiku kif ukoll wieħed ta’ negozju għall-bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-kumitati ta' tmexxija tal-kumpaniji u fil-maniġment. Illum iktar nisa minn irġiel jigradwaw fl-Ewropa (59% vs. 41%), iżda il-karrieri professjonali tagħhom jaqgħu lura meta mqabbla ma’ tal-irġiel. Din il-ġemgħa sotto-utilizzata ta’ ħaddiema kwalifikati tirrapreżenta potenzjal mhux sfruttat għall-ekonomija. Fl-istess ħin, kumpaniji jistgħu jibbenefikaw minn iktar nisa fit-tmexxija. Studji juru li numru ta' rabtiet b'saħħithom bejn il-bilanċ bejn is-sessi u l-prestazzjoni fil-kreattività, l-innovazzjoni, ir-rapportar finanzjarju, l-awditjar u l-kontrolli interni. Kumpaniji favur in-nisa jistgħu wkoll jiġbdu aktar klijenti femminili u talent femminili.
Ir-rapport dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi matul l-2010 jinnota li waqt li x-xejriet inġenerali huma pożittivi, il-progress jibqa wieħed bil-mod. Il-qabża bejn ir-rati ta’ impjiegi għan-nisa u l-irġiel fl-UE naqset fl-2009-2010 minn 13.3 għal 12.9 punti preċentwali u r-rata ta’ impjieg femminili issa hi ta’ 62.5%. Madanakollu, ir-rati ta’ qgħad kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel żdiedet minħabba l-kriżi, waqt li n-nisa għadhom bi probbabbiltà ikbar mill-irġiel li jaħdmu part-time.
Lil hinn mis-suq tax-xogħol, in-nisa għadhom jerfgħu l-biċċa l-kbira tar-responsabilitajiet ta’ kura. Il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-ommijiet hija ta' 11,5 punti perċentwali inqas minn dik tan-nisa li ma għandhomx tfal, filwaqt li r-rata għall-missirijiet hija 8,5 punti perċentwali ogħla minn tal-irġiel li ma għandhomx tfal. L-isfida biex wieħed jirrikonċilja ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata hija waħda mill-ħafna raġunijiet wara d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa: madwar l-UE n-nisa jaqilgħu medja ta’ 17.5% inqas mill-irġiel u ma kien hemm l-ebda tnaqqis fid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-aħħar ftit snin.
Aktar informazzjoni
Rapporti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tmexxija tan-negozju:
Bażi tad-dejta dwar in-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet:
Ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE:
Is-sit elettroniku ta' Viviane Reding, Viċi President u Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza:
http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm
ANNEX
Business Leaders Summit on Women Quota / Participants
In the Chair:
Viviane Reding, EU Justice Commissioner and Vice-President of the European Commission and Gertrude Tumpel-Gugerell, Member of the Exective Board of the European Central Bank
Name of the Company | CEO / Chairman | Sector | Country |
Wolters Kluwer | Adri BAAN (Chairman supervisory board) | Media | Netherlands |
Guerlain | Laurent BOILLOT (CEO) | Cosmetics | France |
ZON Multimedia | Rodrigo COSTA (CEO) | Communication | Portugal |
Ageas | Jozef DE MEY (Chairman supervisory board) | Insurance | Belgium |
Dexia | Jean-Luc DEHAENE (Chairman board of directors) | Banking | Belgium |
Kongsberg Automotive Holding | Ulla-Britt FRÄJDIN-HELLQVIST (Chairman board of directors) | Manufacture | Norway |
Strabag SE | Alfred GUSENBAUER (Chairman supervisory board) | Construction industry | Austria |
BASF | Jürgen HAMBRECHT (CEO) | Chemical | Germany |
Groupe Delhaize | Georges JACOBS DE HAGEN (Chairman board of directors) | Food Retailer | Belgium |
OMV (Österreichischen Mineralölverwaltung) Österreichischen Post AG Telekom Austria AG | Peter MICHAELIS (Chairman of the three supervisory boards) | Energy Postal Services Telecommunication | Austria |
Statoil | Svein RENNEMO (Chairman board of directors) | Energy | Norway |
NovoNordisk | Sten SCHEIBYE (Chairman board of directors) | Pharmaceutical | Denmark |
Luxempart S.A. | François TESCH (CEO) | Financial | Luxembourg |
Allami Nyomda Plc | Gabor ZSAMBOKI (CEO) | Printing | Hungary |
List of participants of the mini-hearing on women quota
Network / Organisation |
BUSINESSEUROPE |
European Trade Union Confederation (ETUC ) |
European Centre of Employers and Enterprises (CEEP) |
European Association of Craft, Small and Medium-sized Enterprises (UEAPME) |
European Women's Lawyers' Association |
European Professional Women's Network |
European Women's Lobby |
Women and men on the boards of the largest listed companies (2010)

Source: European Commission, Database on women and men in decision-making.
Share of women and men in decision-making positions (2010)

Employment rates of women and men (25-49) depending on whether they have children under 12 (EU 27, 2009)

Sex distribution of tertiary education graduates for EU (2009)
