Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ambjent: Il-Kummissjoni qed tipprovdi EUR 267 miljun għal proġetti ambjentali ġodda

European Commission - IP/11/240   01/03/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/11/240

Brussell, 1 ta’ Marzu 2011

Ambjent: Il-Kummissjoni qed tipprovdi EUR 267 miljun għal proġetti ambjentali ġodda

Il-Kummissjoni Ewropea nediet is-sejħa annwali tagħha għall-proposti biex jirċievu fondi mill-programm LIFE+, il-fond Ewropew għall-ambjent. Il-proposti jintlaqaw taħt wieħed mit-tliet komponenti tal-programm: Natura u Bijodiversità, Politika u Governanza Ambjentali, u Informazzjoni u Komunikazzjoni. Hemm total ta' EUR 267 miljun disponibbli, fil-forma ta' kofinanzjament għall-ftehimiet tal-għotja. Din is-sejħa hija miftuħa sal-15 ta' Lulju 2011.

Il-programm LIFE+ għandu tliet komponenti:

  • Il-proġetti LIFE+ Natura u Bijodiversità jtejbu l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċi u l-ħabitats li jinsabu f’periklu li jinqerdu. Il-proġetti li jaqgħu taħt din l-intestatura jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE dwar l-Għasafar u l-Ħabitats, in-netwerk Natura 2000 u l-mira tal-UE li twaqqaf it-telf tal-bijodiversità. Ir-rata massima ta' kofinanzjament tista' tkun sa' 75 % għall-ispeċi u l-ħabitats ta' prijorità, iżda normalment hija ta' 50 %.

  • Il-proġetti LIFE+ Politika u Governanza Ambjentali huma proġetti innovattivi jew proġetti pilota li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' ideat ta' politika, teknoloġiji, metodi u strumenti f'diversi oqsma inkluż l-arja, l-ilma, l-iskart, il-klima, il-ħamrija u l-agrikoltura. Din il-parti tal-LIFE+ tgħin ukoll proġetti li jtejbu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, li jibnu l-bażi tal-għarfien tal-politika ambjentali, u li jiżviluppaw is-sorsi tal-informazzjoni ambjentali permezz tal-monitoraġġ (inkluż il-monitoraġġ tal-foresti). Il-proġetti jistgħu jiġu kofinanzjati sa 50 %.

  • Il-proġetti LIFE+ Informazzjoni u Komunikazzjoni huma marbuta mal-kampanji ta' komunikazzjoni u ta’ tqajjim ta’ kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali, ta' ħarsien tan-natura jew ta' konservazzjoni tal-bijodiversità, kif ukoll proġetti marbuta mal-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti (tqajjim ta’ kuxjenza, taħriġ speċjali).

Pakketti tal-applikazzjoni dettaljati jinsabu fuq

http://ec.europa.eu/environment/life/funding/lifeplus.htm

F'kull Stat Membru se jkun hemm laqgħat informattivi:

http://ec.europa.eu/environment/life/news/events/events2011/info_workshops11.htm

Il-proġetti ffinanzjati minn LIFE+ jridu jkunu ta’ interess tal-UE, u jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti biex jinkiseb l-għan ġenerali tal-LIFE+;

Iridu jkunu wkoll teknikament u finanzjarment koerenti u fattibbli u jsarrfu f'valur għall-flus dedikati għalihom.

Sfond

LIFE+ huwa l-istrument finanzjarju Ewropew għall-ambjent, li għalih ġie allokat baġit totali ta’ EUR 2.143 biljuni (żewġ biljuni u mija u tlieta u erbgħin miljun ewro) għall-perjodu 2007-2013. Issir sejħa waħda fis-sena.

Għad-dettalji dwar il-210 proġett ffinanzjat fl-2010:

http://ec.europa.eu/environment/life/publications/lifepublications/compilations/index.htm

Għall-informazzjoni kollha dwar LIFE+:

http://ec.europa.eu/life

Għal deskrizzjoni fil-qosor tal-proġetti LIFE f'pajjiżek:

http://ec.europa.eu/environment/life/countries/index.htm

Sabiex tagħmel kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti:

http://ec.europa.eu/environment/life/contact/nationalcontact/index.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website