Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/11/195

Brussell, is-17 ta’ Frar 2011

L-Aġenda Diġitali: Il-Viċi-President Kroes tagħmel sejħa lil 21 Stat Membru biex jieħdu miżuri urġenti dwar is-servizzi mobbli permezz tas-satellita

Neelie Kroes, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Aġenda Diġitali, għamlet sejħa urġenti lil wieħed u għoxrin pajjiż tal-UE biex jintroduċu malajr kemm jista' jkun il-miżuri leġiżlattivi meħtieġa kollha biex jippermettu l-użu pan-UE tas-servizzi mobbli permezz tas-satellita li jistgħu jintużaw għal internet b'veloċità għolja, televiżjoni mobbli u komunikazzjonijiet bir-radju u komunikazzjoni ta' emerġenza lill-konsumaturi u n-negozji tal-UE. Skont l-iskeda maqbula permezz ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri tal-UE fl-2008, is-Servizzi Mobbli permezz tas-Satellita (MSS) għandhom ikunu qed jintużaw fl-Istati Membri kollha tal-UE l-iktar tard sa Mejju 2011 (MEMO/09/237). Madankollu, iktar minn għoxrin xahar wara li l-Kummissjoni għażlet żewġ operaturi biex jipprovdu dawn is-servizzi pan-Ewropej, 21 Stat Membru għadhom ma adottawx ir-regoli nazzjonali kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-użu tal-MSS. Reċentement, il-Viċi-President Kroes appellat ukoll liż-żewġ operaturi konċernati biex iżidu l-isforzi tagħhom. Ir-rwol ewlieni li jista' jkollu l-broadband mingħajr l-użu tal-wajers (kemm tas-satellita kif ukoll terrestri) biex jiżgura l-kopertura tal-broadband, inkluż f'żoni remoti u rurali, huwa enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (ara IP/10/581, MEMO/10/199 u MEMO/10/200).

Neelie Kroes qalet: "L-Istati Membri għandhom b'mod urġenti jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-introduzzjoni tas-servizzi mobbli permezz tas-satellita madwar l-UE. Is-servizzi mobbli permezz tas-satellita għandhom rwol importanti fil-provvediment ta' servizzi innovattivi għan-negozji u ċ-ċittadini madwar l-Ewropa, inkluż f'żoni rurali jew remoti, u biex jintlaħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali li l-broadband fl-Ewropa jkun disponibbli għal kulħadd."

Wieħed u għoxrin Stat Membru għadhom ma stabbilixxewx il-miżuri leġiżlattivi meħtieġa kollha biex jippermettu lill-Inmarsat Ventures Limited u lis-Solaris Mobile Limited, iż-żewġ operaturi magħżula f'Mejju 2009 biex jipprovdu s-servizzi mobbli permezz tas-satellita pan-Ewropej, joffru s-servizzi mobbli permezz tas-satellita minn Mejju 2011.

Il-Viċi-President Kroes, illum kitbet lill-wieħed u għoxrin Stat Membru inkwistjoni biex tħeġġiġhom ineħħu l-inċertezzi legali li fadal, bħall-miżati tal-liċenzja, u biex jistabbilixxu l-miżuri tal-implimentazzjoni meħtieġa mingħajr iktar dewmien. Il-wieħed u għoxrin Stat Membru huma l-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit.

Sfond

Il-Kummissjoni proponiet li toħloq proċess ta' għażla u awtorizzazzjoni uniku għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) fil-livell tal-UE biex tiffaċilita l-ħolqien ta' Suq Uniku għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita u timmassimizza l-potenzjal tiegħu, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji.

L-approċċ ġie approvat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri tal-UE fit-30 ta' Ġunju 2008, meta adottaw Deċiżjoni għall-proċedura tal-għażla għall-MSS biex tiġi organizzata fil-livell Ewropew (IP/07/1243). Id-Deċiżjoni stabbilixxiet proċess ta' għażla u awtorizzazzjoni li jiżgura introduzzjoni koordinata tal-MSS fl-UE. Fit-13 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni għażlet lill-Inmarsat Ventures Limited u s-Solaris Mobile Limited bħala l-operaturi tas-servizzi mobbli permezz tas-satellita pan-UE (MEMO/09/237).

Għal iktar tagħrif:

L-istudju dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-introduzzjoni tas-servizzi mobbli permezz tas-satellita jista' jinstab fuq:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/current/pan_european/index_en.htm

Il-websajt ta' Neelie Kroes:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/kroes/

Il-websajt tal-Aġenda Diġitali:

http://ec.europa.eu/information_society/digital-agenda/index_en.htm

Anness

Strutturi ta' awtorizzazzjoni fl-Istati Membri (Diċembru 2010)

Stat Membru

1. Struttura kompluta

2. Rikonoxximent mhux komplut

3.

Mhux magħruf (meqjusa bħala mhux kompluta)

4

Konklużjoni tal-istudju: mhux komplut (flimkien mal-kategorija 2)

Kummenti – X'hemm nieqes?

AT

BE

Struttura CGC mhux stabbilita

BG

L-ebda dettalji pprovduti

CY

Determinazzjoni tal-miżati mhux kompluta

CZ

Regoli ġenerali mhux kompluti – determinazzjoni proġettata sa Mejju 2011

DK

DE

L-ebda determinazzjoni dwar il-funzjoni tas-CGC meta ma jintużawx biss bħala repeater

EE

EL

L-ebda dettalji pprovduti minbarra li kollha qed jiġu studjati

FI

FR

Il-liċenzja ewlenija tal-MSS stabbilita u l-ittestjar reġjonali tas-CGC awtorizzati; l-ebda determinazzjoni dwar il-funzjoni tas-CGC meta ma jintużawx biss bħala repeater, il-konsultazzjoni pendenti dwar il-funzjoni tas-sostitut għan-nuqqas

HU

Struttura tal-miżata mhux kompluta – imma nnota l-istruttura kumplessa tal-miżata u tal-applikazzjoni (dettalji mhux konfermati mill-NRA)

IE

Konsultazzjoni pendenti

IT

Xejn ma huwa ppubblikat uffiċjalment; l-ebda regolamenti speċifiċi – kollox pendenti

LV

Tul ta' żmien, termini u kundizzjonijiet mhux speċifikati sakemm tiġi ffajljata l-applikazzjoni

LT

Tul ta' żmien, termini u kundizzjonijiet mhux speċifikati sakemm tiġi ffajljata l-applikazzjoni

LU

Regolamenti tas-CGC pendenti

MT

Tul ta' żmien, termini u kundizzjonijiet mhux speċifikati – proġettati għal tmiem l-2010

NL

L-istruttura tas-CGC mhux speċifikata – proġettata għal tmiem l-2010 sa kmieni fl-2011

PL

Tul ta' żmien, termini u kundizzjonijiet mhux speċifikati sakemm tiġi rreġistrata l-applikazzjoni; l-ebda determinazzjoni dwar il-funzjoni tas-CGC meta ma jintużawx biss bħala repeater

PT

Konsultazzjoni pendenti (għadha mhux mibdija)

RO

Innota l-istruttura ta' miżati għoljin ħafna

SK

Qed jiġu żviluppati miżati tal-MSS u s-CGC

SI

Struttura tal-miżata mhux kompluta

ES

Parzjali

Regolament dwar is-CGC qed isir bħalissa (leġiżlazzjoni pendenti)

SE

UK

Parzjali

Strument statutorju ewlieni stabbilit; tliet strumenti statutorji oħra meħtieġa għat-terminals u l-miżati tas-CGC huma pendenti

Total (inkluż parzjali)

‑‑ 6

Flimkien mar-Renju Unit = 7

9

1

  • 11

Mingħajr ir-Renju Unit = 10

Konklużjoni li sitt, possibilment seba', strutturi regolatorji nazzjonali huma stabbiliti kompletament, u jippermettu firxa sħiħa ta' servizzi ta' operaturi tal-MSS

CGC = komponenti kumplimentari tal-art (complementary ground components) użati biex jgħaddu s-sinjal tas-satellita, eżempju f'żoni fejn bini għoli jew ostakoli naturali jistgħu jevitaw jew ifixklu r-riċezzjoni tas-sinjali tas-satellita


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website