Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Ewrobarometru Standard tal-Ħarifa 2011: in-nies jaraw lill-Unjoni Ewropea bħala parti mis-soluzzjoni għall-kriżi

European Commission - IP/11/1594   22/12/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

L-Ewrobarometru Standard tal-Ħarifa 2011: in-nies jaraw lill-Unjoni Ewropea bħala parti mis-soluzzjoni għall-kriżi

Brussell, it-22 ta' Diċembru 2011 – L-Ewropej għadhom jaraw lill-UE bħala l-iktar attur effettiv – iktar mill-gvernijiet nazzjonali – biex jiffaċċja l-effetti tal-kriżi ekonomika (ara l-Anness). L-UE tibqa’ fl-ewwel post (23%, +1) u hija segwita mill-gvernijiet nazzjonali (20%, ebda bidla). Il-G20 (16%, +2) jinsab fit-tielet post qabel il-Fond Monetarju Internazzjonali (14%, -1).

Maġġoranza assoluta tal-Ewropej (61%, -4) jgħidu li l-qagħda finanzjarja attwali fl-unità domestika tagħhom hija tajba. Madankollu, għad hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi – minn 24% fil-Greċja u fl-Ungerija għal 85% fil-Pajiżi l-Baxxi, 88% fil-Finlandja, 89% fid-Danimarka u 90% fl-Isvezja.

Bħal f'Ewrobarometri preċedenti, it-tweġibiet rigward il-qagħda tal-ekonomiji nazzjonali jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Filwaqt li tliet kwarti taċ-ċittadini fl-Isvezja, fil-Lussemburgu u fil-Ġermanja jgħidu li l-qagħda ekonomika hija tajba, inqas minn 5% huma tal-istess opinjoni fil-Greċja, fl-Irlanda u fi Spanja. Kollox ma' kollox, f'dawn l-aħħar sitt xhur, kienu kemm kemm inqas (28% (-2)) dawk li qalu li l-qagħda attwali tal-ekonomija nazzjonali hija tajba u kemm kemm iktar dawk li jaħsbu li hija ħażina (71%(+3)).

Hemm għarfien pubbliku dejjem jiżdied li s-soluzzjoni tal-kriżi se tkun maratona iktar milli ġirja qasira b’ħeffa kbira. Huma 23% biss tal-Ewropej li jaħsbu li l-impatt tagħha fuq l-impjiegi laħaq l-ogħla punt tiegħu, filwaqt li 68% jaħsbu l-oppost.

Kollox ma' kollox l-Ewropej għad għandhom iktar fiduċja fl-Unjoni Ewropea (34%) milli fil-gvernijiet nazzjonali tagħhom (24%). Madankollu, iż-żewġ riżultati juru tnaqqis qawwi (-7 u -8 punti, rispettivament) meta mqabbla mal-istħarriġ tar-Rebbiegħa 2011.

Sfond

L-Ewrobarometru tal-Ħarifa 2011 sar permezz ta' intervisti wiċċ imb wiċċ bejn il-5 ta’ Novembru u l-20 ta’ Novembru 2011. Kienu intervistati total ta’ 31 659 persuna madwar is-27 Stat Membru u fil-pajjiżi kandidati

Iktar tagħrif

L-Ewrobarometru tal-Ħarifa 2011 (l-ewwel riżultati) huwa disponibbli f’:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb76/eb76_en.htm

ANNESS

1. L-UE hija l-attur fl-aħjar qagħda biex jieħu azzjoni effettiva kontra l-effetti tal-kriżi

2. Id-differenzazzjoni bejn l-Istati Membri fuq l-evalwazzjoni tal-istat attwali tal-ekonomija

3. Differenzazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-impatt tal-kriżi

Kuntatti :

Matthew Newman (+32 2 296 24 06)

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website