Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Programm Ewropew għall-Istatistika 2013-2017: Statistika ta’ kwalità, fil-ħin u effiċjenti biex tappoġġa l-politiki Ewropej

European Commission - IP/11/1587   21/12/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-Programm Ewropew għall-Istatistika 2013-2017: Statistika ta’ kwalità, fil-ħin u effiċjenti biex tappoġġa l-politiki Ewropej

Brussels, 21 December 2011 - “Statistika ta’ kwalità hija vitali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u għall-implimentazzjoni soda tal-politiki tal-UE. Hij importanti wkoll biex tgħin liċ-ċittadini jifhmu lill-UE u jkunu involuti fil-proċess demokratiku”, qal Algirdas Šemeta, il-Kummissarju responsabbli mill-Eurostat.

Sabiex tkun żgurata statistika affidabbli, komparabbli u kosteffikaċi fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni llum adottat proposta għall-Programm Ewropew għall-Istatistika 2013-2017. Il-programm, li ser ikollu baġit ta’ EUR 299.4 miljun, ser idum 5 snin mill-1 ta' Jannar 2013. Is-Sistema Ewropea għall-Istatistika (il-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika) se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm multiannwali, skont il-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea u b’rispett għall-prinċipji ta’ indipendenza, integrità u responsabbiltà. Proporzjon kbir tal-baġit se jkun allokat għall-Istati Membri sabiex tkun appoġġata l-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali.

Il-Programm Ewropew għall-Istatistika jistabbilixxi 3 objettivi ġenerali għall-perjodu 2013-2017, b’mod partikolari :

  • Li tkun ipprovduta statistika ta’ kwalità għolja sabiex il-politiki tal-UE jkunu mfassla, immonitorjati u evalwati aħjar.

  • Li jkunu implimentati metodi iktar effiċjenti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

  • Li jissaħħaħ ir-rwol fuq quddiem nett tas-Sistema Ewropea għall-Istatistika fl-istatistika uffiċjali madwar id-dinja

Il-Programm jerġa’ jaqsam dawn l-objettivi ġenerali f’intestaturi iktar speċifiċi b’dettalji dwar kif se jkunu implimentati. Kull sena se jitfassal programm ta’ ħidma b’azzjonijiet konkreti biex jintlaħqu dawn l-objettivi. Il-bżonn għall-informazzjoni għandu jitqies mar-riżorsi disponibbli u l-piż fuq in-negozji u ċ-ċittadini biex jirreaġixxu għall-kwestjonarji u l-istħarriġiet neċessarji biex tinbena l-istatistika. Għaldaqstant, il-Programm Ewropew għall-Istatistika jenfasizza ċerta oqsma li ser jingħataw attenzjoni prijoritarja. Dawn isegwu l-prijoritajiet usa' tal-UE, bħall-Ewropa 2020, il-governanza ekonomika msaħħa, it-tibdil tal-klima, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali, l-Ewropa taċ-ċittadini u l-globalizzazzjoni.

Filwaqt li t-tfassil tal-politika tal-UE se tinfluwenza ħafna l-ħidma tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika fis-snin li ġejjin, kwalunkwe statistika prodotta taħt il-Programm ġdid se tkun disponibbli wkoll għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiiet, ir-riċerkaturi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej fuq bażi ekwa.

Sfond

Fis-snin riċenti, is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (European Statistical System - ESS) kienet iffaċċjata minn għadd ta’ sfidi. Id-domanda għal statistika ta' kwalità għolja, fil-ħin u iktar kumplessi qed tiżdied, filwaqt li r-riżorsi disponibbli għall-produzzjoni u t-tixrid ta' din l-istatistika saru iktar limitati. Jeħtieġ iktar effiċjenza u flessibbiltà tal-ESS, bħala reazzjoni għal dawn l-isfidi u bħala kontribut għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni b’suċċess tal-politiki tal-UE. Dawn l-isfidi kienu indirizzati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-UE u l-istrateġija ESS għall-implimentazzjoni tagħha. L-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni u l-istrateġija huma l-qalba tal-Programm Ewropew għall-Istatistika.

Il-Programm Ewropew għall-Istatistika jibda fl-2013 minħabba li se jsegwi l-programm attwali li se jispiċċa fl-2012. Skont ir-regoli attwali, il-Programm Ewropew għall-Istatistika ma jistax jaqbeż perjodu ta’ ħames snin u għaldaqstant se jispiċċa fl-2018.

Il-Passi li Jmiss

Dan l-abbozz ta’ Regolament issa ser jiġi diskuss mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li jiġi adottat sal-aħħar tal-2012, sabiex il-programm il-ġdid ikun jista’ jibda fl-1 ta’ Jannar 2013. In-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-baġit kollu tal-UE se jkomplu fl-istess ħin (MEMO/11/468)

Għal aktar informazzjoni dwar il-programm, ara MEMO/11/939

Contacts :

Emer Traynor (+32 2 292 15 48)

Natasja Bohez Rubiano (+32 2 296 64 70)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website