Navigation path
Left navigation
Additional tools
IP/11/156 Brussell, 15 ta’ Frar 2011 Il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi aġenda tal-UE għad-drittijiet tat-tfal Kif tista’ l-UE tgħin sabiex tħares id-drittijiet tat-tfal fil-qorti? Kif nistgħu niżguraw li d-deċiżjonijiet dwar każijiet ta’ kustodja transkonfinali jiġu infurzati malajr kemm jista’ jkun? U kif nistgħu nipprevjenu lit-tfal milli jsofru minn bullying onlajn? Il-Kummissjoni Ewropea llum ppreżentat Aġenda tal-UE għat-tisħiħ tad-drittijiet tat-tfal billi timplimenta l-prinċipji tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali. Din tinkludi sensiela ta’ azzjonijiet konkreti fejn l-UE tista’ tagħti valur miżjud lil-linji politiki għall-benesseri u s-sikurezza tat-tfal, inkluża l-promozzjoni ta’ ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal, li t-tfal jiġu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, u li l-internet jkun aktar sikur għat-tfal. “Id-drittijiet tat-tfal huma drittijiet fundamentali," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. "L-UE u s-27 Stat Membru tagħha jeħtieġu jiżguraw li dawn jiġu mħarsa u li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu għalina l-prinċipji ta’ gwida. B’mod partikolari, il-ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal għandha tiżgura li d-drittijiet tat-tfal jitqiesu kull darba li t-tfal ikunu involuti mas-sistemi ġudizzjarji, kemm bħala vittmi, suspettati kif ukoll meta l-ġenituri jiddivorzjaw u ma jaqblux dwar il-kustodja.” Il-Viċi President Antonio Tajani enfasizza l-ħtieġa sabiex jiġi miġġieled l-isfruttament sesswali marbut mat-turiżmu. “L-isfruttar sesswali huwa delitt, ksur gravi tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u mentali tat-tfal. Dan huwa qasam fejn aħna neħtieġu strateġiji konġunti u kooperazzjoni internazzjonali, tkabbir tal-konsapevolezza u azzjoni immedjata. Il-Komunikazzjoni dwar it-Turiżmu li ġiet adottata dan l-aħħar mill-Kummissjoni tipprovdi għal azzjonijiet speċifiċi sabiex jiġi miġġieled l-isfruttament tat-tfal” żied jgħid. L-Aġenda tal-UE tal-lum telenka 11-il azzjoni li l-Kummissjoni se tieħu f’idejha fis-snin li ġejjin. L-inizjattiva timmira sabiex tafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri tal-UE sabiex jippromwovu, iħarsu u jissodisfaw id-drittijiet tat-tfal fil-linji politiki rilevanti kollha tal-UE u sabiex jittrasformawhom f’riżultati konkreti. Fil-ġejjieni, il-linji politiki tal-UE li jaffettwaw direttament u indirettament lit-tfal għandhom jiġu mfassla, implimentati u mmonitorjati billi jitqies il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal. It-tfal jistgħu jaffaċċjaw ostakli serji meta jkunu involuti ma’ sistemi ġudizzjarji. Id-drittijiet tagħhom jistgħu jinkisru wkoll jekk huma jaffaċċjaw sistemi ġudizzjari li ma jieħdux ħsieb l-interessi tat-tfal. Barra minn hekk, tfal li huma partikolarment vulnerabbli – dawk li qegħdin jikbru fil-faqar, fl-esklużjoni soċjali jew li għandhom diżabilità – jeħtieġu ħarsien speċjali. Il-Kummissjoni se tqis b’mod speċjali t-tfal bħala parti minn proposta dwar kif jitħarsu l-vittmi ta’ delitt, tipproponi salvagwardji għat-tfal suspettati u tirrevedi regoli eżistenti fil-każijiet ta’ kustodja transkonfinali. Il-Kummissjoni se tħares b’mod attiv u se tagħti s-setgħa lit-tfal bħala utenti ta’ teknoloġiji onlajn u se tiġġieled is-cyber-bullying, it-tħejjija għall-abbuż sesswali, li jiġu esposti għal kontenut dannuż, u esperjenzi mhux gradevoli meta jużaw teknoloġiji onlajn. Sabiex titkabbar il-konsapevolezza u tippromwovi ċittadinanza attiva fost it-tfal, il-Kummissjoni se twaqqaf punt ta’ dħul uniku għat-tfal fil-portal EUROPA b’informazzjoni, li jkollha aċċess faċli, dwar id-drittijiet tat-tfal u l-linji politiki tal-UE. L-azzjoni tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tat-tfal hija parti mill-isforzi tagħha sabiex timplimenta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li torbot legalment lill-istituzzjonijiet tal-UE meta jipproponu liġijiet u fuq l-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE. F’Ottubru 2010, il-Kummissjoni adottat strateġija sabiex timplimenta b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet tal-Karta (IP/10/1348). Ix-xahar id-dieħel, se tippubblika l-ewwel rapport annwali dwar id-drittijiet fundamentali, li ser isegwi wkoll il-progress dwar l-applikar tad-drittijiet tat-tfal. Sfond It-Trattat ta’ Lisbona jeħtieġ li l-UE tippromwovi l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal. Id-drittijiet tat-tfal jiffurmaw ukoll parti mid-drittijiet fundamentali li l-UE hija impenjata li tirrispetta skont l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, is-27 pajjiż tal-UE rratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. L-Istrateġija Ewropa 2020 (IP/10/225) u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni sabiex jiġi implimentat il-Programm ta’ Stokkolma (IP/10/447) stabbilixxa viżjoni għas-seklu 21 ta’ Ewropa li fiha t-tfal tal-lum ikollhom edukazzjoni aħjar, aċċess għas-servizzi u għar-riżorsi, li huma meħtieġa sabiex jikbru u kif ukoll ħarsien tajjeb tad-drittijiet tagħhom. Għal iktar informazzjoni Id-Drittijiet tat-tfal fl-UE: http://ec.europa.eu/justice/policies/children/policies_children_intro_en.htm Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Ġustizzja: http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm Il-paġna fuq l-internet ta' Viviane Reding, Viċi President u Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza: http://ec.europa.eu/Commission il-Kummissjoni_2010-2014/reding/index_en.htm ANNEX Overview of 11 actions The Commission will contribute to making the justice systems in the EU more child-friendly and to improving children's well being notably by:
|
Side Bar