Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-ġlieda kontra l-Frodi: Ġew adottati programmi ġodda kontra l-frodi biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE sal-2020

Commission Européenne - IP/11/1561   19/12/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-ġlieda kontra l-Frodi: Ġew adottati programmi ġodda kontra l-frodi biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE sal-2020

Brussell, id-19 ta’ Novembru 2011 – Il-Politika tal-UE Kontra l-Frodi toffri kontribut sostanzjali biex kull sena tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-baġits tal-UE u tal-Istati Membri. Il-politika tiżgura li l-baġits tal-UE u dawk nazzjonali jkunu prottetti sew, li l-flus jintefqu għall-iskop intiż u jaslu għand il-benefiċjarji proprji.

Sabiex il-Kummissjoni tkompli bil-ħidma tagħha f'dan il-qasam, illum adottat żewġ proposti għall-programmi Hercule III u Pericles 2020. B'baġit ta'EUR 110 miljun u EUR 7.7 miljun rispettivament, dawn il-programmi ser idumu seba' snin minn Jannar 2014.

Algirdas Šemeta, il-Kummissarju għat-Tassazzjoni, id-Dwana, l-Awditjar u l-Ġlieda kontra l-Frodi, qal: "Il-frodi kontra l-bagit tal-UE mhumiex reat mingħajr vittmi. Jikkonċerna liċ-ċittadini Ewropej kollha għaliex jintmiss il-but ta' kulħadd. Peress li l-UE tinsab fil-qalba ta' kriżi finanzjarja globali, huwa ta' importanza partikolari li nipproteġu d-dħul tagħna u niżguraw li ċ-ċittadini tagħna jibbenefikaw kemm jista' jkun mill-fondi tal-UE."

Hercule III

Il-programm Hercule III huwa ddedikat għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjari tal-UE. Dan il-programm jiffoka b'mod partikolari fuq il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, permezz tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, u istituzzjonijiet u entitajiet Ewropej oħrajn.

Il-programm għandu l-għan li jiżgura protezzjoni ndaqs fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-aġenziji kollha tal-UE. L-azzjonijiet ipprovduti taħt il-programm Hercule III jinkludu: appoġġ tekniku u operazzjonali lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra attivitajiet transkonfinali illegali, u attivitajiet ta' taħriġ professjonali.

Il-programm Hercule preċedenti kiseb riżultati importanti bħal pereżempju 70 proġett ta' assistenza teknika li ffinanzjaw ix-xiri ta' tagħmir tekniku sofistikat għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li qed jiġġieldu kontra l-frodi, kif ukoll taħriġ fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi għal aktar minn 5 300 ħaddiem tal-infurzar tal-liġi.

Pericles 2020

Il-programm Pericles 2020 huwa programm ta' skambju, assistenza u taħriġ biex tisaħħaħ il-protezzjoni tal-karti u l-muniti tal-ewro fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha.

Il-proġetti ffinanzjati taħt il-programm Pericles jinkludu fost l-oħrajn, seminar dwar l-“Istrateġija Komuni għall-protezzjoni tal-ewro fiż-żona tal-Mediterran", kors ta' taħriġ dwar il-falsifikazzjoni tal-flus fl-Amerika Latina u għadd ta' skambji tal-persunal bejn l-awtoritajiet fl-UE u barra minnha.

Il-passi li jmiss

L-abbozzi tar-Regolamenti ser jiġu diskussi mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li jiġu adottati sal-aħħar tal-2012, sabiex il-programm il-ġdid ikun jista’ jibda fl-1 ta’ Jannar 2014.

In-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-baġit kollu tal-UE ser ikomplu b'mod parallel (ara MEMO/11/468)

Għal aktar tagħrif dwar Hercule III u Pericles 2014-2020, ara:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/programmes/

MEMO/11/921

Għat-testi leġiżlattivi ara: http://ec.europa.eu/anti_fraud/programmes/

Kuntatti:

Emer Traynor (+32 2 292 15 48)

Natasja Bohez Rubiano (+32 2 296 64 70)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site