Navigation path

Left navigation

Additional tools

Aġenda Diġitali: Il-Kummissjoni tikkonsulta dwar espansjoni massiva tat-tidwil LED fl-Ewropa

European Commission - IP/11/1554   15/12/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Aġenda Diġitali: Il-Kummissjoni tikkonsulta dwar espansjoni massiva tat-tidwil LED fl-Ewropa

Brussell, il-15 ta' Diċembru 2011 – Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat Green Paper u nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tad-tidwil ibbażat fuq l-LED. It-tidwil LED huwa waħda mill-forom ta' tidwil l-aktar versatili u effiċjenti fl-użu tal-enerġija – u meta mqabbel ma' teknoloġiji oħra tat-tidwil jista' jiffranka sa 70 % ta' enerġija u flus. Mobilizzazzjoni aktar veloċi tal-LED se tiżgura s-suċċess tal-industrija Ewropea tat-tidwil u se tgħin biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija mit-tidwil b'20 % sal-2020. It-tidwil LED qed jaffronta għadd ta' sfidi fis-suq: prezzijiet tax-xiri ogħla peress li din it-teknoloġija hija aktar sofistikata meta mqabbla mal-alternattivi, nuqqas ta' familjarità fost l-utenti potenzjali u nuqqas ta' standards komuni. Għal dan il-għan il-konsultazzjoni se tibqa' għaddejja sad-29 ta' Frar 2012 sabiex jinġabru opinjonijiet dwar l-ideat tal-Kummissjoni.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes qalet: "L-espansjoni tat-tidwil LED ma teħtieġ l-ebda sforz mentali żejjed. Tfisser aktar flus f'butek u pjaneta aktar b'saħħtu. Jekk jogħġobkom agħtuna l-ideat tagħkom dwar kif nistgħu nħaffu l-mobilizzazzjoni tagħha u nimmassimizzaw l-għadd ta' impjiegi u l-iffrankar li l-Ewropa tista' tikseb mill-espansjoni tal-użu tat-tidwil LED."

Il-mistoqsijiet ewlenin għall-konsultazzjoni pubblika jinkludu:

  • Liema azzjonijiet jistgħu jgħinu biex jingħelbu l-ostakli eżistenti u tiġi aċċellerata l-mobilizzazzjoni tal-LED fl-Ewropa?

  • Kif nistgħu niżguraw prodotti LED ta' kwalità tajba u sikuri fis-suq Ewropew li jissodisfaw l-aspettattivi tal-konsumaturi?

  • Kif nistgħu nirrinforzaw il-kooperazzjoni tas-setturi tat-tidwil mal-arkitetti, id-disinjaturi tat-tidwil, l-installaturi tal-elettriku u s-setturi tal-kostruzzjoni u tal-bini?

  • L-UE kif tista' tappoġġa bl-aqwa mod l-intraprenditorija u l-kompetittività fis-settur tat-tidwil?

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa huwa li tingħata spinta lil tidwil li jiffranka l-enerġija u li jkun ibbażat fuq l-LED (ara IP/10/581, MEMO/10/199 u MEMO/10/200).

Sfond

Bit-tneħħija gradata, sa Settembru 2012, tal-bejgħ ta' bozoz tradizzjonali fl-UE, fil-ftit snin li ġejjin madwar 8 biljun bozza inkandexxenti fid-djar, l-uffiċini u t-toroq Ewropej se jkollhom jiġu ssostitwiti b'soluzzjonijiet ta' tidwil li jkunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Dawn jinkludu teknoloġiji tat-tidwil LED u LED organiku (jew OLED) magħrufa wkoll bħala Solid State Lighting (SSL).

It-teknoloġija SSL toffri kemm dawl u prestazzjoni viżwali ta' kwalità għolja kif ukoll għażliet ta' disinn tajbin immens.

It-teknoloġija SSL tista' tmexxi l-innovazzjoni fis-setturi tat-tidwil u l-kostruzzjoni u toffri opportunatijiet mill-aqwa għan-negozji tagħna – ħafna minnhom SMEs – u twassal għal aktar impjiegi u tkabbir fl-Ewropa.

Links utli:

Il-Green Paper u l-konsultazzjoni pubblika

Il-websajt tal-Aġenda Diġitali

Il-websajt ta' Neelie Kroes

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter

Kuntatti :

Ryan Heath (+32 2 296 17 16); Twitter: @ECspokesRyan

Linda Cain (+32 2 299 90 19)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website