Navigation path

Left navigation

Additional tools

Avveniment mhux ta’ min jitilfu: Imħabbra kelliema prinċipali ġodda dwar ir-Rebbiegħa Għarbija matul il-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp f’Varsavja

European Commission - IP/11/1502   05/12/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Avveniment mhux ta’ min jitilfu: Imħabbra kelliema prinċipali ġodda dwar ir-Rebbiegħa Għarbija matul il-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp f’Varsavja

Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011 – Il-Prim Ministru Interim tat-Tuneżija, l-E.T. Beji Caid El Sebsi, u President il-Kunsill Transitorju Nazzjonali tal-Libja, l-E.T. Mustafa Mohammed Abdul Jalil, huma l-aktar mistiedna reċenti li kkonfermaw l-attendenza tagħhom għall-jiem Ewropej għall-Iżvilupp bejn il-15 u s-16 ta’ Diċembru, li, wara l-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija, se jkunu ffokati għall-ewwel darba fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza.

Iż-żewġ kelliema l-ġodda se jingħaqdu ma’ lista twila ta’ mexxejja dinjina ta’ profil għoli u personalitajiet mix-xena internazzjonali li huma diġà kkonfermati; dawn jinkludu l-President tan-Niġer, l-E.T. is-Sur Mahamadou Issoufou, lill-President tal-Ħaiti, l-E.T. is-Sur Michel Martelly, lill-President tal-Ġeorġja, l-E.T. is-Sur Mikheil Saakashvili, l-E.T. is-Sinjura Roza Isakovna Otunbaeva, il-President tar-Repubblika Kirgiża, u l-Professur Shirin Ebadi, rebbieħ tal-Premju Nobel. Tista’ ssib lista tal-VIPs li kkonfermaw l-attendenza tagħhom hawn

(http://www.eudevdays.eu/2011-forum/programme/useful-documents)

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, il-Kummissarju għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, u l-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, Għajnuna Umanitarja u Respons għall-Kriżijiet, Kristalina Georgieva, kollha se jattendu. Il-President Pollakk, Bronisław Komorowski, se jieħdu parti fi-ċerimonja tal-ftuħ.

Streaming fuq l-internet

L-avveniment tkun tista’ ssegwih fuq l-internet kif ikun qed iseħħ jew inkella tista’ tagħżel panels u diskorsi partikolari. Ir-ritratti u l-filmati se jkunu disponibbli biex jitniżżlu u l-websajt se tinkludu s-servizz ta’ kwotazzjonijiet. Nistednuk biex isegwi l-avveniment fuq www.eudevdays.eu

Parteċipanti oħrajn ta’ livell għoli u l-programm

Il-Jiem Ewropej dwar l-Iżvilupp, li din is-sena huma organizzati mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Presidenza Pollakka, kisbu reputazzjoni bħala wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-kalendarju internazzjonali tal-iżvilupp u se jinżammu f’Varsavja bejn il-15 u s-16 ta' Diċembru.

It-tema ċentrali tal-Jien Ewropej għall-Iżvilupp se tkun ir-rabta bejn l-iżvilupp u d-demokrazija. Organizzati għall-ewwel darba f’pajjiż fuq in-naħa tal-Lvant ta’ dik li kienet il-Purtiera tal-Ħadid, u fil-kuntest tat-tibdil politiku li għaddej fid-dinja Għarbija, l-edizzjoni tal-2011 se tlaqqa’ flimkien atturi ewlenin miż-żewġ reġjuni.

L-avveniment se jipprovdi pjattaforma biex l-esperjenzi ta’ tranżizzjoni tal-Ewropa tal-Lvant jitqiegħed f’kuntest ġdid.

It-temi ewlenin oħra huma:

(Il-programm uffiċjal jinstab hawn:

http://www.eudevdays.eu/2011-forum/programme/agenda-overview)

Il-Kummissarju Andris Pielbags se jkun disponibbli għal konferenza stampa il-Ħamis, il-15 ta’ Diċembru, fis-13h00.

L-avveniment mifrux fuq jumejn se jkun ukoll opportunità għall-komunità tal-iżvilupp biex tiddiskuti l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea lejn il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-"Aġenda għal bidla" – impenn biex jiżdied l-impatt tal-għajnuna permezz tal-iffukar fuq inqas setturi u fuq dawk il-pajjiżi l-iktar fil-bżonn.

Akkreditazzjoni

Il-formola tal-akkreditazzjoni għall-ġurnalisti tista’ timtela onlajn bl-użu tal-gwida onlajn

http://www.eudevdays.eu/sites/default/files/docs/EDD_2011_Media_Guide_v6.pdf

Sfond

Il-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp tnedew fl-2006 bħala opportunità għal imsieħba ewlenin li jingħaqdu flimkien biex jitkellmu dwar kif l-għajnuna ssir aktar effettiva. Fil-ħames edizzjonijiet preċedenti ħadu sehem 36 Kap tal-Istat, 60 Kap tal-Gvern jew ministri u seba’ rebbieħa tal-Premju Nobel. Għall-aħħar edizzjoni tal-2010 fi Brussell kien hemm 5,000 parteċipant.

Organizzati mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp huwa l-forum prinċipali tal-Ewropa dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-affarijiet internazzjonali. Għandhom firxa globali u jipprovdu pjattaforma kollaborattiva li tlaqqa’ flimkien eluf ta’ proponenti tal-iżvilupp, dawk li jieħu d-deċiżjonijiet u prattikanti.

“L-Iżvilupp u d-Demokrazija” hija t-tema u l-attenzjoni prinċipali tal-edizzjoni tal-2011. Għoxrin sena ilu, l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant esperjenzaw tranżizzjonijiet intensi. Is-sena l-oħra rat il-bidu ta’ rewwixti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani. Mhemmx żmien aħjar biex issa tinġabar il-komunità tal-iżvilupp biex tara l-affarijiet fejn waslu, biex tanalizza u tirrevedi r-rabtiet bejn it-tibdil politiku u l-progress soċjoekonomiku.

Il-ġurnalisti għandhom jirreġistraw sas-7 ta’ Diċembru.

Għal aktar informazzjoni:

Biex tirreġistra mur https://accreditation.pl2011.eu/

Il-websajt tal-Jiem Ewropej għall-Iżviupp

http://www.eudevdays.eu/

Il-websajt tad-DĠ għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni – EuropeAid:

http://ec.europa.eu/europeaid/index_mt.htm

Il-websajt tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/piebalgs/index_en.htm

Kuntatti :

Catherine Ray (+32 2 296 99 21)

Wojtek Talko (+32 2 297 85 51)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website