Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

It-trasport: il-pubbliku jista' jibda jivvota għas-sistemi elettroniċi tal-ippjanar tal-vjaġġi

Commission Européenne - IP/11/1500   05/12/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

It-trasport: il-pubbliku jista' jibda jivvota għas-sistemi elettroniċi tal-ippjanar tal-vjaġġi

Brussell, il-5 ta' Diċembru 2011, iċ-ċittadini Ewropej illum ġew mistiedna biex jibdew jivvutaw għas-sistemi multimodali tal-ippjanar tal-vjaġġi favoriti tagħhom bħala parti mill-ewwel Sfida tal-Mobbiltà Ewropea mnedija mill-Viċi-President Siim Kallas, il-Kummissarju għall-Mobbiltà u t-Trasport. L-idea ta' din l-isfida hija li tinħoloq sensibilizzazzjoni dwar is-sistemi komprensivi tal-ippjannar tal-vjaġġi li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u li joffru modi ta' trasport alternattivi, kif ukoll li tistimulha l-iżvilupp tagħhom. Issa huwa ż-żmien li l-pubbliku jgħid tiegħu dwar is-sistemi sottomessi.

Meta nieda l-isfida l-Viċi President Kallas qal: "Il-frammentazzjoni tal-lum tas-sistemi tal-ippjannar tal-vjaġġi mhijiex kompatibbli mas-suq Uniku Ewropew tat-trasport li lkoll għandna bżonn. Għalfejn għadni ma nistax nippjana jew nibbukkja l-vjaġġ tiegħi fl-Ewropa, nibdel mill-ajru għall-ferrovoja jew għall-baħar, għat-trasport urban jew bit-triq fi proċess wieħed u onlajn? It-teknoloġija diġà teżisti, kull ma neħtieġu huwa li l-affarijet jibdew jiċċaqalqu." Waqt li kien qed jinawgura l-votazzjoni pubblika, is-Sur Kallas żied: "Il-fatt li tkun tista' ssib u tqabbel pjanijiet ta' ivvjaġġar alternattiv bi ftit għafsiet sempliċi u mingħajr l-uġigħ ta' ras ta' ħafna websajts ser jgħin lil dak li jkun, jagħżel l-aħjar soluzzjoni personalizzata ta' trasport; ser jippermetti lis-sistemi kollha tat-trasport taħdem aħjar u b'mod aktar effiċjenti. Għandna bżonn inkomplu nirsistu biex niksbu aktar progress iżda issa huwa li waqt li nivverifikaw fejn wasalna sal-lum: u intom tistgħu tgħidu tagħkom!"

L-isfida għal sistema ta' ppjanar tal-ivvjaġġar verament Ewropea kienet miftuħa għal kulħadd, għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet jew għal kull min huwa interessat fl-ivvjaġġar. Ġew sottomessi 28 eżempju ta' sistemi ta' ppjannar tal-ivvjaġġar u 22 idea innovattiva ġdida. Sfortunatament mhux is-sistemi sottomessi kollha - minkejja li kienu innovattivi u faċli biex jintużaw - setgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti transfruntieri u multimodali stretti.

Issa, matul il-perjodu bejn il-5 ta' Diċembru 2011 u t-13 ta' Jannar 2012, il-pubbliku ser jivvota għat-12-il sistema li ntgħażlu f'lista mqassra. Sadanittant, ġurija esperta ser tiltaqa' biex tiddelibera dwar l-ideat sottomessi. L-aħjar sottomessjonijiet f'kull kategorija ser jitħabbru mill-Viċi President Kallas f'avveniment stampa fi Brussell fi Frar 2012. Bħala premju, ir-rebbieħa f'kull kategorija ser jiġu mistiedna għall-Kungress Dinji tal-ITS tas-sena d-dieħla fi Vjenna (22-26 ta' Ottubru 2012) sabiex jippreżentaw l-ideat u s-soluzzjonijiet tagħhom fl-istand tal-Kummissjoni.

Il-websajt aġġornata tal-isfida (www.eujourneyplanner.eu) fiha l-mappa tas-sistemi tal-ippjannar fil-votazzjoni-e, kif ukoll lista sħiħa tas-sistemi tal-ippjannar tal-ivvjaġġar u l-ideat sottomessi lill-Kummissjoni b'reazzjoni għall-Isfida.

L-isfidi kbar li jħabbat wiċċu magħhom is-settur tat-trasport illum, bħaż-żieda fil-konġestjoni, il-prezz tal-fjuwil u t-tibdil tal-klima jesiġu li nfittxu u nsibu modi aktar intelliġenti biex nivvjaġġaw. Aktar vjaġġar multimodali - bl-użu ta' tipi differenti ta' trasport bħal parti minn vjaġġ wieħed mill-għatba tal-bieb sad-destinazzjoni - huwa parti mis-soluzzjoni. Dan humiex biss aħjar għall-ambjent, iżda x'aktarx ukoll li jkun orħos u joffri soluzzjonijiet personalizzati għall-ivvjaġġar. Għalkemm diġà jeżistu iktar minn 100 sistema ta' ppjanar tal-ivvjaġġar, għad m'hemm l-ebda sistema li tippermetti liċ-ċittadini Ewropej isibu l-informazzjoni jew jibbukkjaw biljett għal vjaġġ kollu fl-Ewropa, irrispettivament mill-għadd ta' pajjiżi jew modi ta' trasport involuti.

Contatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site