Navigation path

Left navigation

Additional tools

Films appoġġati mill-MEDIA jmorru tajjeb fl-Oscars Ewropej

European Commission - IP/11/1499   04/12/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Films appoġġati mill-MEDIA jmorru tajjeb fl-Oscars Ewropej

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2011 – Sitt films appoġġati mill-programm għaċ-ċinema MEDIA tal-Unjoni Ewropea kienu fost dawk onorati fil-Premjazzjoni tal-Films Ewropej f’Berlin fit-3 ta' Diċembru. Melancholia irċieva l-premju għall-aqwa film Ewropew. Fil-kategoriji tal-premijiet ewlenin l-oħrajn, Susanne Bier tħabbret bħala l-aħjar Direttriċi Ewropea, Colin Firth bħala l-aħjar Attur Ewropew, u Tilda Swinton bħala l-aħjar Attriċi Ewropea. Barra minn hekk, The King's Speech irċieva l-Premju tal-Għażla tal-Poplu għall-Aqwa Film Ewropew u Stephen Frears kien onorat bil-premju tal-Akkademja tal-Film Ewropew għall-karriera. Jean-Pierre u Luc Dardenne ġabru l-Premju tal-Awtur tal-Iskript Ewropew.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ qalet: “Hu ta’ pjaċir għalija li 10 mit-12-il premju tal-films Ewropej intrebħu minn films appoġġati mill-MEDIA. L-awguri minn qalbi lir-rebbieħa kollha li jepitomizzaw kull ma hu l-aħjar fl-Ewropa kreattiva tagħna.

Sbatax mill-24 film innominat għall-premijiet irċevew appoġġ li jammonta għal aktar minn EUR 7.5 miljuni mill-programm MEDIA għall-produzjzoni u d-distribuzzjoni. B’mod ġenerali, il-programm MEDIA qed jikkontribwixxi EUR 755 miljun lill-industrija tal-films u awdjoviżiva fil-perjodu 2007-2013 b’fokus fuq it-titjib tad-distribuzzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta baġitarja tagħha għall-2014-2020 li tipproponi EUR 900 miljun bħala appoġġ lis-settur awdjoviżiv u taċ-ċinema bħala parti mill-programm il-ġdid tal-Kummissjoni "Ewropa Kreattiva" (ara IP/11/1399).

Il-Premjazzjoni tal-Films Ewropej hija organizzati mill-Akkademja tal-Film Ewropew.

Il-lista sħiħa tal-films appoġġati mill-MEDIA fil-Premjazzjoni tal-Films Ewropej tinsab fl-anness.

Għal aktar informazzjoni:

Dwar il-programm MEDIA tal-UE:

http://ec.europa.eu/media

Dwar il-Premjazzjoni tal-Films Ewropej:

http://www.europeanfilmacademy.org/the-european-film-awards/

Anness

Films appoġġati mill-MEDIA fil-Premjazzjoni tal-Films Ewropej 2011

L-AQWA FILM EWROPEW

LE GAMIN AU VELO (The Kid with a Bike), dirett minn Jean-Pierre u Luc Dardenne (il-pajjiżi ta’ produzzjoni: Il-Belġju/Franza/l-Italja)

HÆVNEN (In a Better World), Susanne Bier (id-Danimarka)

THE KING’S SPEECH, Tom Hooper (ir-Renju Unit)

LE HAVRE, Aki Kaurismäki (il-Finlandja/Franza/il-Ġermanja)

MELANCHOLIA, Lars von Trier (id-Danimarka/l-Iżvezja/Franza/il-Ġermanja)

ID-DIRETTUR EWROPEW

Susanne Bier GĦAL HÆVNEN (In a Better World)

Jean-Pierre u Luc Dardenne għal LE GAMIN AU VELO

Aki Kaurismäki għal LE HAVRE

Béla Tarr għal A TORINOI LO (The Turin Horse)

Lars von Trier għal MELANCHOLIA

L-ATTRIĊI EWROPEA

Kirsten Dunst f’MELANCHOLIA

Cécile de France f’LE GAMIN AU VELO (The Kid with a Bike)

Charlotte Gainsbourg f’MELANCHOLIA

Tilda Swinton f’WE NEED TO TALK ABOUT KEVIN

L-ATTUR EWROPEW 2011

Colin Firth f’THE KING’S SPEECH

Mikael Persbrandt f’HÆVNEN (In a Better World)

Michel Piccoli f’HABEMUS PAPAM

André Wilms f’LE HAVRE

L-ISCREENWRITER EWROPEW

Jean-Pierre u Luc Dardenne għal LE GAMIN AU VELO

Anders Thomas Jensen għal HÆVNEN (In a Better World)

Aki Kaurismäki għal LE HAVRE

Lars von Trier għal MELANCHOLIA

IL-PREMJU ĊINEMATOGRAFU EWROPEW CARLO DI PALMA

Manuel Alberto Claro għal MELANCHOLIA

Fred Kelemen għal A TORINOI LO (The Turin Horse)

Adam Sikora għal ESSENTIAL KILLING

L-EDITUR EWROPEW

Tariq Anwar għal THE KING’S SPEECH

Mathilde Bonnefoy għal DREI (Three)

Molly Malene Stensgaard għal MELANCHOLIA

ID-DISINJATUR TAL-PRODUZZJONI EWROPEW

Paola Bizzarri għal HABEMUS PAPAM

Antxón Gómez għal LA PIEL QUE HABITO (The Skin I Live in)

Jette Lehmann għal MELANCHOLIA

IL-KOMPOŻITUR EWROPEW

Alexandre Desplat għal THE KING’S SPEECH

Alberto Iglesias għal LA PIEL QUE HABITO (The Skin I Live in)

Mihály Vig għal A TORINOI LO (The Turin Horse)

L-ISKOPERTA EWROPEA TAL-2011 - Prix FIPRESCI

MICHAEL, l-Awstrija ta’ Markus Schleinzer

SMUKKE MENESKER (Nothing’s All Bad), ta’ Mikkel Munch-Fals

TILVA ROŠ, is-Serbja ta’ Nikola Ležaić

ID-DOKUMENTARJU TAL-AKKADEMJA TAL-FILM EWROPEW 2011 - Prix ARTE

PINA, il-Ġermanja ta’ Wim Wenders

IL-FILM ANIMAT TAL-AKKADEMJA TAL-FILM EWROPEW 2011

LE CHAT DU RABBIN (The Rabbi’s Cat), Franza dirett minn Antoine Delesvaux u Joann Sfar

CHICO & RITA, Spanja/Isle of Man ta’ Tono Errando, Javier Mariscal u Fernando Trueba

UNE VIE DE CHAT (A Cat in Paris), Franza/il-Belgju ta’ Jean-Loup Felicioli u Alain Gagnol

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website