Navigation path

Left navigation

Additional tools

IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) se joħloq aktar ċentri tal-innovazzjoni

Brussell, it-30 ta' Novembru 2011 – L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) se jżid b'mod sinifikattiv l-isforzi tiegħu biex jistimula l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fl-UE permezz tal-ħolqien ta' sitt ċentri tal-innovazzjoni transkonfinali ġodda, magħrufin bħala Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs), bejn l-2014 u l-2020. Il-Kummissjoni Ewropea allokat baġit ta' 2.8 biljun1 ewro fil-qafas finanzjarju li jmiss biex tippermetti l-espansjoni tal-EIT u sabiex tikkonsolida l-iżvilupp tal-KICs eżistenti tagħha li jiffokaw fuq it-tibdil fil-klima, l-enerġija sostenibbli u l-ICT.

"Il-pakkett il-ġdid li qed nipproponu għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huwa bxara tajba għan-negozji, għar-riċerka u għall-qasam akkademiku tal-Ewropa. Qegħdin ninvestu fil-ħolqien tal-imprendituri ta' għada u fit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE sabiex nibqgħu fost l-aqwa fid-dinja," qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Illum, il-Kummissjoni adottat ukoll proposta għall-EIT l-"Aġenda Strateġika għall-Innovazzjoni", li tiddefinixxi l-qafas għall-operat tal-Istitut għas-snin li ġejjin. Il-Kummissjoni tistenna li din tipprovdi impetu għall-ħolqien ta' sa 600 kumpanija li għadhom fil-bidu tagħhom u għat-taħriġ ta' 25,000 student u 10,000 PhD f'kurrikula ġodda li jgħaqqdu x-xjenza eċċellenti ma' komponent b'saħħtu tal-intraprenditorija.

L-EIT iġib flimkien istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja eċċellenti, ċentri tar-riċerka u negozji bl-intenzjoni li jidħol għal sfidi soċjali kbar b'mod innovattiv. Dan jikkumplimenta inizjattivi Ewropej oħra fl-edukazzjoni u r-riċerka u huwa parti essenzjali mill-Programm Qafas il-ġdid għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Horizon 2020. (ara aktar fil-MEMO/11/851) Il-Kummissjoni qed tippjana li twaqqaf il-KICs il-ġodda f'żewġ fażijiet.

  • L-ewwel grupp, li għandu jitwaqqaf fl-2014, se jkollu dawn it-temi: l-innovazzjoni għal għajxien b'saħħtu u maturazzjoni attiva (it-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-benessri taċ-ċittadin ta' kull età); l-Ikel għall-futur (Food4future) (katina alimentari sostenibbli, mir-razzett sal-platt); il-materja prima (l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni sostenibbli tal-materja prima).

  • Il-mewġa ta' KICs li jmiss u li għandha tiġi stabbilita fl-2018, se tiffoka fuq: manifattura b'valur miżjud (l-iżvilupp ta' proċessi tal-manifattura aktar kompetittivi, sostenibbli u li jirrispettaw l-ambjent); soċjetajiet intelliġenti u siguri (l-indirizzar tan-nuqqas ta' sigurtà permezz tal-iżvilupp u tal-iskjerament ta' soluzzjonijiet innovattivi fl-ICT); u l-mobilità urbana (it-tħaddim ta' sistema ta' mobilità urbana aktar inklusiva, intelliġenti u sigura)

It-temi ntgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni pubblika mal-komunità tal-innovazzjoni.

Il-Kuntest

Il-missjoni ewlenija tal-EIT, li kien stabbilit fl-2008 bħala organu awtonomu tal-UE, hija l-promozzjoni tal-kompetittività tal-Istati Membri billi jressaq flimkien istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja eċċellenti, ċentri tar-riċerka u negozji sabiex jiffukaw fuq l-sfidi soċjali prinċipali. L-għan huwa li jintlaħqu dawn l-objettivi permezz tal-KICs, it-tnedija tal-kunċett ta' sħubija-pubblika-privata transkonfinali. L-EIT għandu kwartieri amministrattivi f'Budapest, waqt li l-KICs joperaw minn 16-il post madwar l-Ewropa, minn Barċellona sa Stokkolma.

Għal iktar informazzjoni:

http://ec.europa.eu/education/eit/eit-home_en.htm

Websajt tal-EIT: http://eit.europa.eu

Evalwazzjoni esterna tal-EIT

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/evalreports/education/2011/eitreport_en.pdf

Riżultati tal-konsultazzjoni pubblika miftuħa

http://ec.europa.eu/education/eit/eit-consultation_en.htm

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

1 :

Meta wieħed jikkunsidra l-istima tal-inflazzjoni bejn l-2014 u l-2020, l-ammont huwa ta' 3.2 biljun ewro


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website