Navigation path
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa EUR 2.5 biljuni biex titkabbar l-kompetittività tan-negozju u għall-SMEs 2014-2020 Brussell, 30 ta’ Novembru 2011 – Il-promozzjoni tal-aċċess għall-finanzi u t-tħeġġiġ tal-kultura intraprenditorjali, inkluż il-ħolqien ta’ intrapriżi żgħar, huma l-qofol tal-programm il-ġdid ta' appoġġ finanzjarju, ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell illum. B’baġit ta’ EUR 2.5 biljuni tul il-perjodu 2014-2020, il-Programm għall-Kompetittività tan-Negozju u l-Intrapriżi ż-Żgħar u ta' Daqs Medju huwa strument ta’ finanzjament li b’mod wiesa’ qed ikompli l-attivitajiet tal-Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) preżenti. Il-miri tal-programm il-ġdid, b'mod partikolari, huma: 1) intraprendituri, b’mod partikolari tal-SMEs, li se jibbenifikaw minn aċċess aktar faċli ta’ finanzjament għan-negozju tagħhom, 2) ċittadini li jridu jaħdmu għal rashom u jiffaċċjaw diffikultajiet fit-twaqqif jew l-iżvilupp tan-negozju tagħhom stess, 3) l-awtoritajiet tal-Istati Membri li se jkunu assistiti b’mod aħjar fl-isforzi tagħhom biex jelaboraw u jimplimentaw riforma ta’ politika effettiva. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani, responsabbli mill-Industrija u l-Intraprenditorija, stqarr: “It-tħaffif tal-aċċess għall-finanzi, is-swieq u l-politiki ta’ intraprenditorija għall-SMEs huwa ċ-ċavetta biex tingħeleb il-kriżi. Dan il-programm se jgħin jintuża l-potenzjal tat-tkabbir għall-intrapriżi li jiffukaw fuq li jkabbru l-industrija reali. Aħna se nsaħħu l-kompetittività tan-negozji u noħolqu impjiegi ġodda, u fl-aħħar mill-aħħar nirrinfurzaw il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija tal-UE." Għal aktar informazzjoni: Ara s-CIP programme preżenti u l-Access to finance under the current CIP programme. Sfond Il-Programm għall-Kompetittività tan-Negozju u l-Intrapriżi ż-Żgħar u ta' Daqs Medju se jiffoka fuq l-istrumenti finanzjarji u l-appoġġ lill-internazzjonalizzjoni tal-intrapriżi u se jkun simplifikat – biex ssir eħfef għan-negozji ż-żgħar li jibbenefikaw minnu. Il-programm għandu l-miri ġenerali li ġejjin:
Il-Programm hu mistenni li jassisti kull sena 39,000 impriża filwaqt li jgħinhom joħolqu jew isalvaw 29,500 impjieg u jvaraw 900 prodotti, servizzi jew proċessi tan-negozju ġdid kull sena. L-aċċess għall-kreditu se jkun eħfef għall-intraprendituri, b’mod partikolari dawk li jixtiequ ivaraw attivitajiet transkonfinali, b’EUR 3.5 biljuni antiċipati flimkien ma' self u investiment għan-negozji Ewropej. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm se jkun ta’ EUR 2.5 biljuni, li minnhom EUR 1.4 biljun se jkunu allokati lill-istrumenti finanzjarji. Il-bqija se jintefaq fuq il-finanzajment tan-Netwerk Ewropej għall-Intrapriża, il-kooperazjzoni internazzjonali industrijali u l-edukazzjoni intraprenditorjali. Għal iktar tagħrif: IP/11/1475 u MEMO/11/848 Horizon 2020 IP/11/1479 u MEMO/11/851 Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
|
Side Bar