Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-uffiċjali tal-UE qegħdin jaffaċċjaw – telf ta' 1.8% tal-kapaċità tal-akkwist fl-aġġustament annwali tal-paga

European Commission - IP/11/1445   24/11/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

L-uffiċjali tal-UE qegħdin jaffaċċjaw – telf ta' 1.8% tal-kapaċità tal-akkwist fl-aġġustament annwali tal-paga

Brussell, l-24 ta' Novembru 2011 – Fi żmien meta l-għoli tal-ħajja fil-Belġju żdied bi 3.6%, u l-ħaddiema taċ-ċivili fil-Bejġju qegħdin jirċievu aġġustament tal-paga ta' 3.6%, il-formola għall-kalkolu tal-aġġustament annwali tal-paga għall-uffiċjali tal-UE wasslet għal telf ta' -1.8% fil-kapaċità tal-akkwist.

Il-formola, magħrufa bħala "Il-Metodu", issegwi l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivili, 'il fuq jew 'l isfel, minn basket ta' tmien Stati Membri (ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja, il-Belġju, il-Lussemburgu – li jirrappreżentaw 76% tal-PGD tal-UE). Fi kliem ieħor, hija bbażata fuq deċiżjonijiet politiċi meħuda mill-gvernijiet nazzjonali f'dawk l-Istati Membri.

Din is-sena, filwaqt li kien hemm varjazzjonijiet kbar bejn il-pajjiżi kkonċernati, il-bidla kkombinata fil-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivili nazzjonali fil-basket tal-Istati Membri hija ta' 1.8%. Għalhekk qiegħed jiġi propost l-istess telf għall-ħaddiema taċ-ċivili tal-UE, irrispetivament fejn ikunu bbażati fl-UE u għal liema istituzzjoni jew aġenzija tal-UE huma jaħdmu. Dan għandu jiġi aġġustat mal-għoli tal-ħajja tal-pajjiż fejn ikunu bbażati l-uffiċjali.

L-inflazzjoni għolja fil-Belġju (3.6%) tfisser li l-aġġustament nominali tal-paga għall-uffiċjali tal-UE fi Brussell għandu jkun ta' 1.7% (meta mqabbel ma' 3.6% għall-ħaddiema taċ-ċivili tal-Bejġju). L-uffiċjali tal-UE li huma bbażati fil-Ġermanja se jaraw il-paga tagħhom tiġi aġġustata b'0.6% (meta mqabbla ma' 1.3% għall-ħaddiema taċ-ċivili tal-Ġermanja, li se jirċievu wkoll żidiet addizzjonali sa 2.4% għall-aħħar tas-sena), 0.4% fil-Pajjiżi l-Baxxi (2% tal-ħaddiema taċ-ċivili tal-Pajjiżi l-Baxxi) u 1.9% fi Franza (2% tal-ħaddiema taċ-ċivili ta' Franza).

Ħafna mill-uffiċjali tal-UE li qegħdin jaħdmu fi Stati Membri oħrajn se jkollhom tnaqqis nominali fil-paga, pereżempju fi Praga (-2.7%), fiLjubljana (‑2.2%), f'Sofia (-1.7%), f'Ateni (-1.1%) u f'Ruma (-0.1%).

Fl-4 ta' Novemrbu, l-Istati Membri staqsew lill-Kummissjoni biex tinvoka l-klawżola ta' eċċezzjoni, li tippermetti b'mod effettiv għas-sospensjoni tal-Metodu jekk jiġu ssodisfati kriterji legali speċifiċi relatati ma' "deterjorament serju u bla mistenni fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali" – li ma jistatx jitkejjel bil-Metodu. Analiżi, ibbażata fuq it-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Ħarifa tal-2011, li ħarġet fl-10 ta' Novembru, uriet li dawk il-kondizzjonijiet ma ġewx issodisfati, u li – it-tnaqqis propost ta' 1.8% fil-kapaċità tal-akkwist tkopri bi sħiħ iċ-ċirkustanzi mibdula tal-ħaddiema nazzjonali taċ-ċivili. Il-proposta issa qiegħda f'idejn il-Kunsill għall-adozzjoni qabel l-aħħar tas-sena.

Madankollu, dan ma jeskludix ir-riformi strutturali fis-servizz ċivil Ewropew. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qiegħda tipproponi wkoll tnaqqis ta' 5% tal-persunal fl-istituzzjonijiet u fl-aġenziji kollha, żieda fil-ġimgħa minima tax-xogħol sa 40 siegħa mingħajr aġġustamenti li jikkumpensaw għal dan fil-pagi, żieda tal-età normali għall-irtirar minn 63 għal 65, tnaqqis sinifikanti tal-irtirar bikri kif ukoll miżuri relatati mar-regoli dwar il-karriera, bħal tnaqqis sinifikanti tas-salarji għal ċerti karigi.

Dan huwa skont il-miżuri meħuda jew diskussi għas-servizzi ċivili nazzjonali u għandhom jiġġeneraw tfaddil konsiderevoli għal aktar minn EUR 1 biljun matul il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss, u EUR 1 biljun kull sena fit-tul. Barra minn hekk, sabiex jiġi indirizzatt it-taqlib finanzjarju reċenti u t-tħassib li għaddej bħalissa biex jinkiseb tfaddil fl-amministrazzjonijiet nazzjonali u tnaqqis fil-baġits nazzjonali, il-Kummissjoni ddeċidiet mhux biss li żżomm taxxa speċjali li se tiskadi fl-2013, iżda wkoll biex tiżdied din it-taxxa tas-solidarjetà (li hija applikata flimkien mat-taxxa fuq l-introjtu) minn 5.5% għal 6%.

Dawn ir-riformi strutturali proposti jinkludu bidliet fil-Metodu. Jekk jiġu aċċettati, il-proposti se jissimplifikaw il-Metodu u se jkunu estiżi għal għaxar snin. Ir-rappreżentanza tal-basket tal-Istati Membri għandha titwessa' biex tinkludi l-Istati Membri kollha. Klawżola ġdida ta' eċċezzjoni għandha tippermetti reazzjoni xierqa f'każ ta' kriżi ekonomika meta jitqiesu l-aġġustament annwali.

Contact :

Antonio Gravili (+32 2 295 43 17)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website