Navigation path

Left navigation

Additional tools

IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Nittraduċu għall-Ewropa…l-iskola!

Brussell, l-24  ta’ Novembru 2011 – Dalgħodu ’l fuq minn 3 000 żagħżugħ minn 720 skola sekondarja minn madwar l-Ewropa ħadu sehem fil-konkors tal-UE Tradutturi Żgħażagħ (“Juvenes Translatores”). L-istudenti li għandhom 17-il sena, se jittestjaw l-għarfien tagħhom tal-lingwi barranin, filwaqt li jaraw humiex tajbin bħala tradutturi professjonali.

“Il-konkors Juvenes Translatores huwa mezz eċċellenti ta' kif aħna nistgħu nippromwovu t-tagħlim tal-lingwi u t-traduzzjoni bħala karriera sodisfaċenti għaż-żgħażagħ,” qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ. "Billi ħafna mill-parteċipanti se jkunu qed jittraduċu għall-ewwel lingwa tagħhom, il-konkors jenfasizza wkoll l-impenn tagħna lejn id-diversità lingwistika, waħda mill-ikbar kwalitajiet tal-Ewropa."

L-istudenti traduċew test ta' paġna skont l-għażla tagħhom minn kwalunkwe waħda mill-kombinazzjonijiet ta’ lingwi mill-506 kombinazzjonijiet possibbli fost it-23 lingwa uffiċjali tal-UE. Din is-sena t-tema tat-testi għat-traduzzjoni kienet il-volontarjat biex titfakkar is-Sena Ewropea tal-Volontarjat.

It-tradutturi tal-Kummissjoni Ewropea se jikkoreġu dawn it-testi u jagħżlu rebbieħ minn kull pajjiż. F'Marzu 2012 ir-rebbieħa kollha jiġu mistiedna fi Brussell biex il-Kummissarju Vassiliou tippreżentalhom il-premju tagħhom.

Il-konkors, li issa ilu jiġi organizzat ħames snin, ġie estiż għall-ewwel darba għall-iskejjel li jinsabu fi gżejjer li huma parti mill-Istati Membri tal-UE: il-Kaledonja Ġdida, il-Gżejjer Kanarji, Madeira, il-Gwadelup u Martinique. Il-lista sħiħa tal-iskejjel li qegħdin jipparteċipaw hija disponibbli fuq il-websajt tal-konkors:

ec.europa.eu/translatores/selected

Il-konkors ispira inizjattivi simili fl-Istati Uniti tal-Amerka u t-Turkija. Fil-verżjoni Amerikana, organizzata mill-Università ta’ Illinois, il-parteċipanti għandhom il-possibbiltà li jittraduċu għall-Ingliż minn kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. Fit-Turkija il-konkors, Genç Çevirmenler Yarışması (il-Konkors tat-Tradutturi Żgħażagħ) huwa miftuħ għall-istudenti universitarji li jittraduċu mill-Ingliż, il-Fra nċiż jew il-Ġermaniż għat-Tork.

Sfond

Il-konkors huwa miftuħ għall-istudenti li twieldu fl-1 994 u jsir fl-istess ħin fl-iskejjel magħżula kollha (bejn l-għaxra ta’ filgħodu u nofsinhar).

L-għadd ta' skejjel li jieħdu sehem minn kull pajjiż jiddependi minn kemm Membri tal-Parlament Ewropew se jkollu kull pajjiż fl-2014. Kull skola ressqet għall-konkors sa ħames studenti. Jekk pajjiż jaqbeż il-kwota (ara hawn taħt), il-Kummissjoni tuża metodu ta' għażla każwali . Il-kwoti għal kull pajjiż huma :

L-Awstrija

19

Il-Belġju

22

Il-Bulgarija

18

Ċipru

6

Ir-Repubblika Ċeka

22

Id-Danimarka

13

L-Estonja

6

Il-Finlandja

13

Franza

74

Il-Ġermanja

96

Il-Greċja

22

L-Ungerija

22

L-Irlanda

12

L-Italja

73

Il-Latvja

9

Il-Litwanja

12

Il-Lussemburgu

6

Malta

6

Il-Pajjiżi l-Baxxi

26

Il-Polonja

51

Il-Portugall

22

Ir-Rumanija

33

Is-Slovenja

8

Is-Slovakkja

13

Spanja

54

L-Isvezja

20

Ir-Renju Unit

73

 

 

L- għadd totali

751

Aktar tagħrif:

Il-websajt tal-konkors: ec.europa.eu/translatores

Il-Facebook: facebook.com/translatores

Twitter: @translatores

DĠ Traduzzjoni: ec.europa.eu/dgs/translation

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website