Chemin de navigation
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa It-tibdil fil-klima: Intejbu r-regoli tal-UE għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra Brussell, it-2 3 ta’ Novembru 2011 – Huwa ta’ importanza kbira li jkollna dejta f’waqtha u preċiża dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra (GHG) sabiex inkunu nafu jekk l-UE u l-Istati Membri tagħha humiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tal-emissjonijiet tagħhom u biex jiġu żviluppati politiki ġodda b’saħħithom li jindirizzaw l-isfida klimatika . Illum il-Kummissjoni Ewropea pproponiet leġiżlazzjoni biex ittejjeb b'mod sinifikanti l-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet GHG, b’mod partikolari biex tissodisfa r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-pakkett ta’ liġijiet għall-klima u l-enerġija tal-UE għall-perjodu 2013-2020. Connie Hedegaard, il-Kummissarju Ewropew għall-Azzjoni Klimatika qalet: "Il-proposta tal-lum tikkontribwixxi biex inżommu rekord aħjar tal-progress tagħna lejn il-kisba tal-miri tal-emissjonijiet tagħna permezz tat-titjib tat-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-kwalità tad-dejta rrappurtata . Din il-proposta se tgħin ukoll fil-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF), l-avjazzjoni u t-trasport marittimu fost setturi oħra . Nittamaw li dawn ir-regoli ġodda se jistabbilixxu wkoll eżempju fil-kuntest ta’ negozjati internazzjonali dwar il-klima u jservu bħala punt ta’ referenza għat-trasparenza tal-azzjoni klimatika minn pajjiżi żviluppati. " L-UE u l-Istati Membri diġà jikkooperaw sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet GHG taħt it-termini ta' Deċiżjoni adottata fl-2004 1 . Huma jipproduċu inventarji annwali tal-GHG li huma użati biex jiġi vvalutat il-progress lejn il-kisba tal-miri tal-emissjonijiet skont il-Protokoll ta' Kyoto . Huma jiġbru u jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-GHG u dwar il-politiki tagħhom u l-miżuri biex inaqqsu l-emissjonijiet . Ir-regoli attwali huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Protokoll ta’ Kyoto . Ir-Regolament ġdid propost isaħħaħ dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u rappurtar skont ir-rekwiżiti tal-pakkett tal-klima u l-enerġija tal-2009 . Dan ir-Regolament imur pass lil hinn minn Kyoto u jipprovdi għal trasparenza ikbar fid-dejta u l-informazzjoni mogħtija filwaqt li jiżgura l-konformità mal-impenji tal-UE dwar it-tibdil fil-klima . L-għanijiet ewlenin tar-reviżjoni proposta huma :
Ir-reviżjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ se jkopri l-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali . Ir-reviżjoni teħtieġ l-approvazzjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew sabiex issir liġi . Qed jiġu introdotti dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ u rappurtar għall-kumpaniji relatati mal-emissjonijiet mill-istallazzjonijiet koperti mill-EU-ETS permezz ta’ leġiżlazzjoni separata ta’ implimentazzjoni (ara http://ec.europa.eu/clima/news/articles/news_2011110901_en.htm ) . Ara wkoll Q & A MEMO/11/816
Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto . |
Side Bar