Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Kooperazzjoni u mobilità iktar b'saħħithom fil-qalba tal-istrateġija mġedda tal-UE dwar il-migrazzjoni

Brussell, it-18 ta' Novembru 2011 – L-UE teħtieġ issaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-UE sabiex taħsad aħjar il-benefiċċji reċiproċi li tista' ġġib il-migrazzjoni. Minkejja li l-migrazzjoni hija minn tal-ewwel fl-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea, ir-rebbiegħa Għarbija u l-avvenimenti fin-Nofsinhar tal-Mediterran fl-2011 enfasizzaw iżjed il-ħtieġa għal politika ta’ migrazzjoni koerenti u komprensiva għall-UE. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li ssaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-migrazzjoni u l-mobilità mal-pajjiżi sħab tal-UE li mhumiex membri, b'hekk tapprofondixxi l-proposti li hemm fil-Komunikazzjoni dwar Sħubija u Prosperità kondiviża man-Nofsinhar tal-Mediterran, tat-8 ta' Marzu. L-approċċ il-ġdid huwa spjegat fl-'Approċċ Globali tal-UE għall-Migrazzjoni u l-Mobilità' mġedded li jqiegħed il-mobilità ta' ċittadini minn pajjiżi terzi fiċ-ċentru u li jagħmel is-sħubijiet iktar sostenibbli u iktar iħarsu 'l quddiem. Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi matul il-fruntieri esterni tal-UE hija importanti minħabba li tolqot firxa wiesgħa ta' nies, bħal viżitaturi għal żjarat qosra, turisti, studenti, riċerkaturi, negozjanti jew qraba li jkunu qed iżuru u hija marbuta mal-politika tal-viża.

"Qed nistabbilixxu qafas ta' politika strateġika għall-migrazzjoni u l-iżvilupp li huwa ċar u konsistenti. L-UE se tkun imħejjija aħjar għall-governanza tal-migrazzjoni kemm internament kif ukoll globalment jekk tkompli ssaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni li għandha mal-pajjiżi sħab. L-Approċċ Globali tal-UE għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM) il-ġdid jirrappreżenta l-qafas strateġiku neċessarju biex iġib valur miżjud lill-azzjoni tal-UE u tal-Istati Membri f'dan il-qasam," qalet Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni.

Issa se tingħata prijorità lil żewġ oqfsa operazzjonali ewlenin:

L-ewwel nett, is- Sħubijiet ta' Mobilità se jiġu offerti lill-Viċinat immedjat tal-UE u fil-bidu mat-Tuniżija, il-Marokk u l-Eġittu. Is-sħubijiet ta' mobilità joffru qafas konkret għal djalogu u kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE. Dawn is-sħubijiet jiffukaw biex tiġi ffaċilitata u organizzata l-migrazzjoni legali, biex ikun hemm miżuri effettivi u umanitarji biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari, kif ukoll jittieħdu passi konkreti lejn it-tisħiħ tal-eżiti tal-iżvilupp li jinkisbu mill-migrazzjoni . Il-konklużjoni tal-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi u r-riammissjoni jiffurmaw parti minn dawn is-sħubijiiet.

Għal pajjiżi oħra, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jiġu stabbiliti Aġendi Komuni dwar il-Migrazzjoni u l-Mobilità li jikkostitwixxu livell avanzat ta' kooperazzjoni, ibbażati fuq numru ta' rakkomandazzjonijiet komuni, miri u impenji għal djalogu u kooperazzjoni.

Se jitwaqqfu Ċentri ta' Migrazzjoni u Mobilità sabiex jipprovdu riżorsi u appoġġ għal individwi u għal pajjiżi sħab fl-oqsma tat-tlaqqigħ bejn il-ħiliet u x-xogħol. Barra minn dan, il-Portal onlajn tal-UE għall-Immigrazzjoni li tnieda llum se jgħin lill-migranti biex jagħmlu għażliet iktar infurmati dwar il-migrazzjoni u l-mobilità lejn l-UE.

Kull sentejn se jibda jitħejja Rapport dwar l-Approċċ Globali , li jibda minn Ġunju 2013, sabiex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni u jiġi żgurat il-progress.

Sfond

L-Approċċ Globali tal-UE għall-Migrazzjoni u l-Mobilità' (GAMM) il-ġdid imġedded ser:

  • Ikun iktar integrat mal-politika barranija u l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp tal-UE. Għandu jiġi implimentat b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, inklużi d-delegazzjonijiet tal-UE, u l-Istati Membri tal-UE.

  • Ikun allinjat aħjar mal-objettivi tal-UE dwar il-politika interna, l-aktar l-Istrateġija Ewropa 2020 iżda wkoll mal-politiki tal-ambjent u l-edukazzjoni. Sabiex tiġi ggarantita l-prospertità, l-Ewropa għandha ssir destinazzjoni aktar attraenti fil-kompetizzjoni globali għat-talent.

  • Titqiegħed iktar attenzjoni fuq il-mobilità u politika tal-viża.

  • Jikkumplimenta t-tliet pilastri tal-Approċċ Globali - il-migrazzjoni legali, il-migrazzjoni irregolari, u l-migrazzjoni u l-iżvilupp bir-raba' pilastru dwar il-protezzjoni internazzjonali u d-dimensjoni esterna tal-politika dwar l-ażil .

  • Jagħmel l-azzjoni tal-UE iktar iċċentrata fuq il-migrazzjoni, bil-għan li l-migranti jingħataw iktar setgħa u jissaħħulhom id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi tagħhom tal-oriġini, kif ukoll f'dawk tat-transitu u tad-destinazzjoni. Se tiġi indirizzata wkoll il-migrazzjoni inter-reġjonali barra mill-UE.

  • Ikompli jagħti prijorità lill-Viċinat tal-UE, is-Sħubija UE-Afrika u l-pajjiżi tal-Lvant permezz tal-'proċess ta' Praga'.

  • Jidentifika t-tħassib u l-interessi li l-UE tikkondividi mal-imsieħba tagħha u jintensifika l-kooperazjoni. Sa mill-2005 il-Kummissjoni Ewropea ffinanzjat madwar 300 proġett relatati mal-migrazzjoni f’pajjiżi mhux tal-UE, li jammontaw għall-valur ta’ EUR 800 miljun (ara MEMO/11/801 għal xi eżempji konkreti).

L-Approċċ Globali tal-UE għall-Migrazzjoni oriġinali kien ġie adottat fl-2005 u kien imfassal bħala qafas ta' politika biex jindirizza l-aspetti kollha relevanti tal-migrazzjoni b'mod ibbilanċjat u komprensiv bi sħubija mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Dan ġie evalwat fl-ewwel nofs tal-2011 permezz ta' konsultazzjoni pubblika wiesgħa li kkonfermat l-utilità tiegħu, minkejja li enfasizzat ukoll il-ħtieġa għal koerenza iktar b'saħħitha ma' oqsma oħra ta' politika kif ukoll bilanċ tematiku u ġeografiku aħjar.

Filwaqt li jibnu fuq sitt snin ta' esperjenza, il-proposti li qed tagħmel il-Kummissjoni llum jikkonfermaw ukoll il-prijoritajiet politiċi spjegati fil-Komunikazzjonijiet tal-4 ta' Mejju ( IP/11/532 u MEMO/11/273 ) u tal-24 ta' Mejju 2001 ( IP/11/629 ).

Għal aktar informazzjoni

MEMO/11/800 : It-tkattir ta' djalogu u ta' sħubija strateġika mal-pajjiżi mhux fl-UE

MEMO/11/801 : Eżempji konkreti fil-kuntest tal-GAMM

IP/11/1370 : PI fuq il-Portal tal-UE rigward l-Immigrazzjoni

Paġna ewlenija tas-sit ta' Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/malmstrom/welcome/default_en.htm

Paġna ewlenija tad-DĠ għall-Affarijiet Interni:

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/index_en.htm

Kuntatti:

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site